Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2426 tal-21 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/2426@2017-12-21/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK.
(2) Fid-19 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta' Diċembru 2015.
(3) Fit-28 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill ġedded id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta' Jannar 2018 sabiex ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk.
(4) Wara li saret valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.
(5) Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 1
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Lulju 2018..
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017. Għall-Kunsill Il-President M. Maasikas