Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/2436 tat-18 ta' Diċembru 2017 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

In forceVersion 2017-12-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/2436@2017-12-18/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 u (UE, Euratom) 2015/1790 li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2) Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Giancarlo DURANTE, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-Sur Giovanni SABATINI, Direttore Generale dell'ABI (Associazione Bancaria Italiana), huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017. Għall-Kunsill Il-President K. Simson

Versions

  1. 2017-12-18