Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2016-07-28from 1001-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/590@2016-07-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Standards tad-dejta u formati għar-rappurtar tat-tranżazzjoni
  3. Artikolu 2 Tifsira tat-tranżazzjoni
  4. 2.
  5. 3.
  6. 5.
  7. Artikolu 3 Tifsira tal-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni
  8. 1.
  9. Artikolu 4 Trażmissjoni ta' ordni
  10. 1.
  11. 2.
  12. Artikolu 5 Identifikazzjoni tad-ditta tal-investiment li teżegwixxi tranżazzjoni
  13. Artikolu 6 Deżinjazzjoni biex jiġu identifikati persuni fiżiċi
  14. 4.
  15. Artikolu 7 Dettalji tal-identità tal-klijent u l-identifikatur u dettalji ta' min jieħu d-deċiżjoni
  16. Artikolu 8 Identifikazzjoni tal-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment
  17. 3.
  18. Artikolu 9 Identifikazzjoni tal-persuna jew tal-algoritmu tal-kompjuter responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni
  19. Artikolu 10 Deżinjazzjoni biex tiġi identifikata rinunzja applikabbli
  20. Artikolu 11 Deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ ta' pożizzjoni qasira
  21. Artikolu 12 Rappurtar ta' eżekuzzjoni għal taħlita ta' strumenti finanzjarji
  22. Artikolu 13 Kundizzjonijiet li bihom għandhom jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma identifikaturi ta' entità ġuridika
  23. 1.
  24. Artikolu 14 Rappurtar ta' tranżazzjonijiet eżegwiti mill-fergħat
  25. 3.
  26. Artikolu 15 Metodi u arranġamenti għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji
  27. 1.
  28. Artikolu 16 Determinazzjoni tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità
  29. 1.
  30. 5.
  31. Artikolu 17 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
  32. ANNEX
  33. ANNESS I Tabella 1 Tabella 2 Didaskalija għat-Tabella 2 Dettalji li għandhom jiġu rrapportati f'rapporti ta' tranżazzjoni
  34. ANNESS II Identifikaturi nazzjonali tal-klijenti għall-persuni fiżiċi li għandhom jintużaw fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(9) tiegħu,

Billi:

(1) għall-finijiet tal-analiżi effettiva tad-dejta mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jkun hemm konsistenza fl-istandards u fil-formati użati meta jiġu rrappurtati t-tranżazzjonijiet.

(2) Minħabba l-prattiki tas-suq, l-esperjenza superviżorja u l-iżviluppi tas-suq, it-tifsira ta' tranżazzjoni għall-finijiet tar-rappurtar għandha tkun wiesgħa. Għandha tkopri x-xiri u l-bejgħ ta' sturmenti rappurtabbli kif ukoll każijiet oħrajn ta' akkwist jew ċessjoni ta' strumenti rappurtabbli, billi dawn jistgħu anke jwasslu għal tħassib ta' abbuż tas-suq. Barra minn hekk, bidliet fl-ammont nozzjonali jista' jagħti lok għal tħassib dwar il-possibbiltà ta' abbuż tas-suq billi huma simili fin-natura tagħhom għal tranżazzjonijiet ta' xiri jew ta' bejgħ addizzjonali. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddistingwu dawk il-bidliet minn xiri jew bejgħ ieħor, l-informazzjoni dwar dawk il-bidliet għandhom jiġu rrapurtati speċifikament f'rapporti dwar it-tranżazzjonijiet.

(3) Il-kunċett ta' tranżazzjoni ma għandux jinkludi atti jew avvenimenti li ma jeħtiġux li jiġu rrapportati lil awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq. Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar dawn l-atti u avvenimenti ma tkunx inkluża f'rapporti dwar it-tranżazzjonijiet, dawn għandhom jiġu esklużi speċifikament mill-kunċett ta' tranżazzjoni.

(4) Sabiex jiġi ċċarat liema ditti tal-investiment huma meħtieġa biex jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet, għandhom jiġu speċifikati l-attivitajiet jew is-servizzi li jwasslu għal tranżazzjoni. Għaldaqstant, ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata li tkun qiegħda teżegwixxi tranżazzjoni meta hija twettaq servizz jew attività msemmija fil-punti 1, 2 u 3 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment skont mandat diskrezzjonali mogħti minn klijent, jew tittrasferixxi strumenti finanzjarji lejn jew minn kontijiet, diment li f'kull każ dawn is-servizzi jew attivitajiet ikunu rriżultaw fi tranżazzjoni. Madankollu, skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-ditti tal-investiment li jitqiesu li jkunu trażmettew ordnijiet li jirriżultaw fi tranżazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu li jkunu għamlu eekuzzjoni ta' dawk it-tranżazzjonijiet.

(5) Sabiex jiġi evitat nuqqas ta' rappurtar jew rappurtar doppju minn ditti tal-investiment li jittrażmettu ordnijiet lil xulxin, id-ditta ta' investiment li tkun beħsiebha tittrażmetti l-ordni għandha taqbel mad-ditta li tirċievi l-ordni jekk id-ditta riċeventi tirrapportax id-dettalji kollha tat-tranżazzjoni li tirriżulta jew tittrażmettix l-ordni lil ditta oħra tal-investiment. Fin-nuqqas ta' ftehim, l-ordni għandha titqies mhux trażmessa u kull ditta tal-investiment għandha tippreżenta rapport dwar it-tranżazzjoni tagħha li jkun fiha d-dettalji [kollha] li għandhom x'jaqsmu mat-tranżazzjoni li kull ditta tal-investiment tkun qed tirrapporta. Barra minn hekk, id-dettalji dwar l-ordni li għandha tiġi trażmessa bejn id-ditti għandhom ikunu speċifikati sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni li tkun rilevanti, preċiża u kompluta.

(6) Sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni ċerta u effiċjenti ta' ditti tal-investiment responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet, dawn id-ditti għandhom jiżguraw li jkunu identifikati fir-rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentat skont l-obbligu ta' rappurtar tat-tranżazzjoni tagħhom billi jintużaw identifikaturi ta' entità ġuridika (legal entity identifier, LEI) validati, maħruġin u debitament imġedda.

(7) Sabiex tkun żgurata identifikazzjoni konsistenti u b'saħħitha tal-persuni fiżiċi msemmija fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni, dawn għandhom ikunu identifikati permezz ta' konkatenazzjoni tal-pajjiż tan-nazzjonalità tagħhom flimkien ma' identifikaturi assenjati mill-pajjiż taċ-ċittadinanza ta' dawn il-persuni. Meta dawn l-identifikaturi ma jkunux disponibbli, il-persuni fiżiċi għandhom jiġu identifikati permezz ta' identifikaturi maħluqa minn konkatenazzjoni tad-data tat-twelid tagħhom u isimhom.

(8) Sabiex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tas-suq, l-identifikazzjoni tal-klijent għandha tkun konsistenti, unika u b'saħħitha. Għaldaqstant, ir-rapporti tat-tranżazzjoni għandhom jinkludu l-isem sħiħ u d-data tat-twelid tal-klijenti li huma persuni fiżiċi u għandhom jidentifikaw il-klijenti li huma entitajiet ġuridiċi mil-LEI tagħhom.

(9) Il-persuni jew l-algoritmi tal-kompjuter li jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-investiment jistgħu jkunu responsabbli għal abbuż tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, meta d-deċiżjonijiet dwar l-investiment jittieħdu minn persuna li ma tkunx il-klijent jew minn algoritmu tal-kompjuter, il-persuna jew l-algoritmu għandhom jiġu identifikati fir-rapport tat-tranżazzjoni permezz ta' identifikaturi uniċi, b'saħħithom u konsistenti. Meta aktar minn persuna waħda f'ditta ta' investiment tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment, il-persuna li tieħu r-responsabbiltà primarja għad-deċiżjoni għandha tiġi identifikata fir-rapport.

(10) Il-persuni jew l-algoritmi tal-kompjuter responsabbli biex jiddeterminaw il-post għall-aċċess jew ditta tal-investiment li għandhom jiġu trażmessi l-ordnijiet jew kwalunkwe kundizzjoni oħra relatata mal-eżekuzzjoni tal-ordni lilha jistgħu b'hekk ikunu responsabbli għal abbuż tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, persuna jew algoritmu tal-kompjuter fi ħdan id-ditta tal-investiment li tkun responsabbli għal dawn l-attivitajiet għandhom jiġu identifikati fir-rapport dwar it-tranżazzjoni. Meta jkun hemm involut kemm persuna kif ukoll algoritmu tal-kompjuter, jew ikunu involuti aktar minn persuna jew algoritmu waħda, id-ditta tal-investiment għandha tiddetermina, fuq bażi konsistenti skont kriterji predeterminati, liema persuna jew algoritmu jkunu primarjament responsabbli għal dawk l-attivitajiet.

(11) Sabiex jippermettu monitoraġġ effettiv tas-suq, ir-rapporti tat-tranżazzjoni għandhom jinkludu informazzjoni preċiża dwar kull bidla fil-pożizzjoni ta' ditta tal-investiment jew il-klijent tagħha li tirriżulta minn tranżazzjoni li għandha tiġi rappurtata fil-mument meta tkun saret it-tranżazzjoni. Għaldaqstant, id-ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw oqsma relatati f'rapport ta' tranżazzjoni individwali b'mod konsistenti u għandhom jirrapportaw tranżazzjoni jew partijiet differenti ta' tranżazzjoni b'tali mod li r-rapporti tagħhom, kollettivament, jipprovdu stampa globali ċara li tirrifletti b'mod preċiż tibdil fil-pożizzjoni.

(12) Tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira għandhom jiġu indikati speċifikament bħala tali irrispettivament minn jekk dawn it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxux tranżazzjoni sħiħa jew parzjali ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira.

(13) Is-sorveljanza effettiva tas-suq fil-każ ta' tranżazzjoni f'taħlita ta' strumenti finanzjarji tippreżenta sfidi partikolari għas-sorveljanza tas-suq. Jeħtieġ li l-awtorità kompetenti jkollha viżjoni globali u tkun tista' tara b'mod separat it-tranżazzjoni fir-rigward ta' kull strument finanzjarju li jkun parti minn tranżazzjoni li fiha aktar minn strument finanzjarju wieħed involut. Għaldaqstant, id-ditti tal-investiment li jagħmlu eżekuzzjoni tranżazzjonijiet f'taħlita ta' strumenti finanzjarji għandhom jirrapportaw it-tranżazzjoni għal kull strument finanzjarju b'mod separat u jorbtu dawk ir-rapporti b'identifikatur li jkun uniku fil-livell tad-ditta għall-grupp ta' rapporti tat-tranżazzjoni relatati ma' dik l-eżekuzzjoni.

(14) Sabiex tissalvagwardja l-effettività tas-sorveljanza tal-abbuż tas-suq ta' persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma LEIs skont il-prinċipji stabbiliti internazzjonalment sabiex jiġi żgurat li l-persuni ġuridiċi jkunu identifikati b'mod konsistenti u uniku. Id-ditti tal-investiment għandhom jiksbu LEIs mill-klijenti tagħhom qabel ma jipprovdu servizzi li jwasslu għal obbligi ta' rappurtar fir-rigward ta' tranżazzjonijiet imwettqa f'isem dawk il-klijenti u jużaw dawk il-LEIs fir-rapporti tat-tranżazzjoni tagħhom.

(15) Sabiex jiġu żgurati sistemi effiċjenti u effettivi ta' monitoraġġ tas-suq, ir-rapporti tat-tranżazzjoni għandhom jiġu ppreżentati darba biss u lil awtorità kompetenti waħda li tkun tista' tibgħathom lil awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn. Għaldaqstant, meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni, hija għandha tippreżenta r-rapport lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment irrispettivament minn jekk tkunx involuta fergħa jew le, jew jekk id-ditta ta' rapportar tkunx eżegwiet it-tranżazzjoni permezz ta' fergħa fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, meta tiġi eżegwita tranżazzjoni kompletament jew parzjalment permezz ta' fergħa ta' ditta tal-investiment li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, ir-rapport għandu jiġi ppreżentat darba biss lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkunu jistgħu jissorveljaw is-servizzi pprovduti mill-fergħat fit-territorju tagħhom, jeħtieġ li dawn jirċievu rapporti dwar it-tranżazzjoni dwat l-attivitajiet tal-fergħat. Għal din ir-raġuni, u biex ir-rapporti dwar tranżazzjonijiet ikunu jistgħu jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha għall-fergħat li jieħdu sehem f'dawk it-tranżazzjonijiet, jeħtieġ li tiġi inkluża dejta granulari dwar l-attività tal-fergħa fir-rapporti.

(16) Id-dejta kompluta u preċiża tar-rapportar tat-tranżazzjoni ta' dejta hija essenzjali għas-sorveljanza tal-abbuż tas-suq. Għaldaqstant, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment għandu jkollhom metodi u arranġamenti sabiex jiġi żgurat li r-rapporti tat-tranżazzjoni kompluti u preċiżi jkunu ppreżentati lil awtoritajiet kompetenti. ARMs ma għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament ladarba dawn ikunu soġġetti għal reġim speċifiku tagħhom speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 u jkollhom rekwiżiti analogi li jiżguraw il-kompletezza u l-preċiżjoni tad-dejta.

(17) Sabiex ikunu jistgħu jiġu intraċċati l-kanċellazzjonijiet jew il-korrezzjonijiet, id-ditta tal-investiment għandha żżomm id-dettalji tal-korrezzjonijiet u tal-kanċellazzjonijiet pprovduti lilha mill-ARM fil-każ fejn l-ARM, skont l-istruzzjonijiet mingħand id-ditta tal-investiment, tħassar jew tikkoreġi rapport tat-tranżazzjoni ppreżentat f'isem ditta tal-investiment.

(18) Id-determinazzjoni tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità jippermetti li r-rapporti tat-tranżazzjoni jitwasslu lil awtoritajiet kompetenti oħrajn u jippermetti li l-investituri jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jirrappurtaw il-pożizzjonijiet qosra tagħhom skont l-Artikoli 5, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-regoli li jiddeterminaw l-awtorità kompetenti rilevanti skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ħadmu b'mod effettiv għal ħafna mill-istrumenti finanzjarji u għaldaqstant għandhom jibqgħu l-istess. Madankollu, għandhom jiġu introdotti regoli ġodda speċifikament għal dawk l-istrumenti li mhumiex koperti mid-Direttiva 2004/39/KE, jiġifieri għal strumenti ta' dejn maħruġin minn entità ta' pajjiż terz, kwoti tal-emissjonijiet u għal derivattivi ma hemm l-ebda identifikatur globali immedjat sottostanti għalihom, jew huwa basket jew indiċi mhux fiż-ŻEE.

(19) Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(20) Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati u ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(21) L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Standards tad-dejta u formati għar-rappurtar tat-tranżazzjoni

Rapport tat-tranżazzjoni jinkludi d-dettalji kollha msemmija fit-Tabella 2 tal-Anness I li huma relatati mal-istrumenti finanzjarji kkonċernati. Id-dettalji kollha li għandhom jiġu inklużi fir-rapport tat-tranżazzjoni jiġu ppreżentati skont l-istandards u l-formati speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness I, f'forma elettronika u li tinqara elettronikament u f'mudell komuni XML skont il-metodoloġija tal-ISO 20022.

Artikolu 2 Tifsira tat-tranżazzjoni

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-konklużjoni ta' akkwist jew ċessjoni ta' strument finanzjarju msemmija fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jikkostitwixxu tranżazzjoni.

2. Akkwiżizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi s-segwenti:

2.

(a) xiri ta' strument finanzjarju;

(b) dħul f'kuntratt tad-derivattivi;

(c) żieda fl-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi.

3. Ċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi s-segwenti:

3.

(a) bejgħ ta' strument finanzjarju;

(b) għeluq ta' kuntratt tad-derivattivi;

(c) tnaqqis fl-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi.

4. Għall finijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, tranżazzjoni tinkludi wkoll akkwiżizzjoni simultanja u ċessjoni ta' strument finanzjarju meta ma jkun hemm l-ebda bidla fis-sjieda ta' dak l-istrument finanzjarju iżda tkun meħtieġa pubblikazzjoni ta' wara n-negozjar skont l-Artikoli 6, 10, 20 jew 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

5. Tranżazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ma tinkludix is-segwenti: L-esklużjoni prevista fil-punt (a) ma tapplikax għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli li membru tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali huwa kontroparti għalihom. L-esklużjoni prevista fil-punt (i) ma tapplikax għall-offerti pubbliċi inizjali kif ukoll jekk offerti pubbliċi sekondarji jew pjazzamenti, jew ħruġ tad-dejn.

5.

(a) tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli kif definit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b) kuntratt li jirriżulta esklużivament għal finijiet ta' kklerjar jew ta' saldu;

(c) saldu ta' obbligi reċiproki bejn il-partijiet meta l-obbligazzjoni netta tiġi trasferita 'l quddiem;

(d) akkwiżizzjoni jew ċessjoni li tkun biss riżultat ta' attività ta' kustodja;

(e) ċessjoni jew novazzjoni ta' wara n-negozjar ta' kuntratt tad-derivattivi meta waħda mill-partijiet għall-kuntratt tad-derivattivi tkun sostitwita minn parti terza;

(f) kompressjoni tal-portafoll;

(g) il-ħolqien jew it-tifdija ta' unitajiet ta' impriża ta' investiment kollettiv mill-amministratur tal-impriża ta' investiment kollettiv;

(h) l-eżerċizzju ta' dritt inkorporat fi strument finanzjarju, jew il-konverżjoni ta' bond konvertibbli u t-tranżazzjoni li tirriżulta fi strument finanzjarju sottostanti;

(i) il-ħolqien, l-iskadenza jew it-tifdija ta' strument finanzjarju bħala riżultat ta' termini kuntrattwali predeterminati, jew bħala riżultat ta' avvenimenti obbligatorji li jmorru lil hinn mill-kontroll tal-investitur meta ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-investiment mill-investitur fil-mument tal-ħolqien, tal-iskadenza jew tat-tifdija tal-istrument finanzjarju;

(j) tnaqqis jew żieda fl-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi b'riżultat ta' termini kuntrattwali predeterminati jew avvenimenti obbligatorji meta l-investitur ma jkun ħa l-ebda deċiżjoni dwar l-investiment fil-mument tal-bidla fl-ammont nozzjonali;

(k) bidla fil-kompożizzjoni ta' indiċi jew basket li jseħħ wara l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni;

(l) akkwiżizzjoni skont pjan ta' investiment mill-ġdid tad-dividendi;

(m) akkwiżizzjoni jew ċessjoni ta' pjan ta' inċentiv ta' azzjonijiet mill-impjegati, jew li jirriżultaw mill-amministrazzjoni ta' fond ta' assi mhux iddikjarati, jew ta' intitolamenti ta' ishma residwi frazzjonali wara avvenimenti korporattivi jew bħala parti minn programmi ta' tnaqqis ta' azzjonisti meta jiġu ssodisfati l-kriterji kollha segwenti:

(m)

(i) id-dati tal-akkwiżizzjoni jew taċ-ċessjoni jkunu predeterminati u ppubblikati minn qabel;

(ii) id-deċiżjoni dwar l-investiment li tikkonċerna l-akkwiżizzjoni jew iċ-ċessjoni li tittieħed minn investitur tammonta għal għażla mill-investitur li jidħol fit-tranżazzjoni mingħajr l-ebda kapaċità li jvarja unilateralment it-termini tat-tranżazzjoni;

(iii) ikun hemm dewmien ta' mill-inqas għaxart ijiem ta' negozju bejn id-deċiżjoni dwar l-investiment u l-mument tal-eżekuzzjoni;

(iv) il-valur tat-tranżazzjoni huwa ffissat għall-ekwivalenti ta' EUR 1000 għal tranżazzjoni ta' darba għall-investitur partikolari fl-istrument partikolari jew, meta l-arranġament jirriżulta fi tranżazzjonijiet, il-valur kumulattiv tat-tranżazzjoni jkun iffissat għall-ekwivalenti ta' EUR 500 għall-investitur partikolari fl-istrument partikolari għal kull xahar kalendarju;

(n) offerta ta' skambju u ta' prezz fuq bond jew forma oħra ta' dejn titolizzat meta t-termini u l-kundizzjonijiet tal-offerta jkunu predeterminati u ppubblikati minn qabel u d-deċiżjoni dwar l-investiment tammonta għal għażla mill-investitur li jidħol fit-tranżazzjoni mingħajr il-possibbiltà li unilateralment ivarja t-termini tagħha;

(o) akkwiżizzjoni jew ċessjoni li tkun biss riżultat ta' trasferiment ta' kollateral.

Artikolu 3 Tifsira tal-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni

1. Ditta tal-investiment titqies li tkun eżegwiet tranżazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 meta tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi segwenti jew twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet segwenti li jirriżultaw fi tranżazzjoni:

1.

(a) ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet b'rabta ma' strument finanzjarju wieħed jew iktar;

(b) l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti;

(c) in-negozju li jsir minn xi ħadd għal rasu;

(d) it-teħid ta' deċiżjoni dwar l-investiment skont mandat diskrezzjonali mogħti minn klijent;

(e) it-trasferiment ta' strumenti finanzjarji lejn jew minn kontijiet.

2. Ditta tal-investiment ma titqiesx li tkun eżegwiet tranżazzjoni meta tittrażmetti ordni skont l-Artikolu 4.

Artikolu 4 Trażmissjoni ta' ordni

1. Ditta tal-investiment li tittrażmetti ordni skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (ditta trażmittenti) titqies li tkun trażmettiet dik l-ordni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet segwenti: Għall-finijiet tal-punt (c) il-kuntratt jispeċifika t-terminu perentorju biex jingħataw id-dettalji tal-ordni mid-ditta trażmittenti lid-ditta riċeventi u jipprovdi li d-ditta riċeventi tivverifika jekk id-dettalji tal-ordni riċevuti jkunx fihom żbalji ovvji jew ommissjonijiet qabel ma jippreżenta rapport dwar it-tranżazzjoni jew jittrażmetti l-ordni skont dan l-Artikolu.

1.

(a) l-ordni tkun ġiet riċevuta mingħand il-klijent tagħha jew tirriżulta mid-deċiżjoni tagħha li takkwista jew tiddisponi minn strument finanzjarju speċifiku skont mandat diskrezzjonali pprovdut lilha minn klijent wieħed jew iktar;

(b) ditta trażmittenti tkun trażmettiet id-dettalji tal-ordni msemmija fil-paragrafu 2 lil ditta tal-investiment oħra (ditta riċeventi);

(c) id-ditta riċeventi tkun soġġetta għall-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u taqbel li tirrapporta t-tranżazzjoni li tirriżulta mill-ordni kkonċernata jew li tittrażmetti d-dettalji tal-ordni skont dan l-Artikolu lil ditta tal-investiment oħra.

2. Id-dettalji tal-ordni segwenti jiġu trażmessi skont il-paragrafu 1, jekk ikunu pertinenti għall-ordni speċifika: Għall-finijiet tal-punt (d), meta l-klijent ikun persuna fiżika, il-klijent għandu jinħatar skont l-Artikolu 6. Għall-finijiet tal-punt (j), fejn l-ordni trażmessa tkun riċevuta minn ditta preċedenti li ma tkunx trażmettiet l-ordni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-kodiċi jkun il-kodiċi li jidentifika d-ditta trażmittenti. Meta l-ordni trażmessa tiġi riċevuta minn ditta trażmittenti preċedenti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-kodiċi pprovdut skont il-punt (j) jkun il-kodiċi li jidentifika d-ditta trażmittenti preċedenti.

2.

(a) il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju;

(b) jekk l-ordni hijiex għall-akkwiżizzjoni jew għaċ-ċessjoni tal-istrument finanzjarju;

(c) il-prezz u l-kwantità indikata fl-ordni;

(d) id-deżinjazzjoni u d-dettalji tal-klijent tad-ditta trażmittenti għall-finijiet tal-ordni;

(e) id-deżinjazzjoni u d-dettalji ta' min jiddeċiedi għall-klijent meta d-deċiżjoni dwar l-investiment tittieħed fis-setgħa ta' rappreżentanza;

(f) deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ ta' pożizzjoni qasira;

(g) deżinjazzjoni biex tiġi identifikata persuna jew algoritmu responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment fi ħdan id-ditta trażmittenti;

(h) il-pajjiż tal-fergħa tad-ditta tal-investiment li tkun qed tissorvelja l-persuna responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment u l-pajjiż tal-fergħa tad-ditta tal-investiment li tkun irċeviet l-ordni mill-klijent jew li tkun ħadet deċiżjoni dwar l-investiment għal klijent skont mandat diskrezzjonali mogħti lilha mill-klijent;

(i) għal ordni f'derivattivi ta' komodità, indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b'mod oġġettivament miżurabbli skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(j) il-kodiċi li jidentifika d-ditta trażmittenti.

3. Meta jkun hemm aktar minn ditta trażmittenti waħda fir-rigward ta' ordni speċifika, id-dettalji tal-ordni msemmija fil-punti (d) sa (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jiġu trażmessi fir-rigward tal-klijent tal-ewwel ditta trażmittenti.

4. Meta l-ordni tkun aggregata għal diversi klijenti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tiġi trażmessa lil kull klijent.

Artikolu 5 Identifikazzjoni tad-ditta tal-investiment li teżegwixxi tranżazzjoni

1. Ditta tal-investiment li teżegwixxi tranżazzjoni għandha tiżgura li hija identifikata b'kodiċi ta' identifikatur ta' entità ġuridika validat, maħruġ u mġedded kif xieraq ISO 17442 fir-rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentat skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2. Ditta tal-investiment li teżegwixxi tranżazzjoni għandha tiżgura li d-dejta ta' referenza relatata mal-identifikatur ta' entità ġuridika tagħha tiġġedded skont it-termini ta' kwalunkwe waħda mill-Unitajiet Operazzjonali Lokali tas-Sistema ta' Identifikaturi Globali tal-Entitajiet Ġuridiċi.

Artikolu 6 Deżinjazzjoni biex jiġu identifikati persuni fiżiċi

1. Persuna fiżika tkun identifikat f'rapport dwar it-tranżazzjoni bl-użu ta' deżinjazzjoni li tirriżulta mill-konkatenazzjoni tal-ISO 3166–1 alpha-2 (kodiċi tal-pajjiż b'żewġ ittri) taċ-ċittadinanza tal-persuna, segwit mill-identifikatur nazzjonali tal-klijenti elenkat fl-Anness II abbażi tan-nazzjonalità tal-persuna.

2. L-identifikatur nazzjonali tal-klijenti msemmi fil-paragrafu 1 jiġi assenjat skont il-livelli prijoritarji previsti fl-Anness II bl-użu tal-ogħla identifikatur prijoritarju li jkollha persuna irrispettivament minn jekk din l-identifikazzjoni tkunx diġà magħrufa lid-ditta tal-investiment.

3. Meta persuna fiżika tkun ċittadin ta' aktar minn pajjiż wieħed taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jintużaw il-kodiċi tal-pajjiż tal-ewwel nazzjonalità meta jitpoġġew f'ordni alfabetika skont il-kodiċi ISO 3166–1 alpha- 2 tagħha u l-identifikatur ta' dik in-nazzjonalità assenjat skont il-paragrafu 2. Meta persuna fiżika tkun ta' nazzjonalità ta' pajjiż mhux fiż-ŻEE, jintuża l-identifikatur bl-ogħla prijorità skont il-kaxxa li tirreferi għall-pajjiżi l-oħra kollha previst fl-Anness II. Meta persuna fiżika jkollha nazzjonalità ta' pajjiż fiż-ŻEE u ta' pajjiż li mhux fiż-ŻEE, jintużaw il-kodiċi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tal-pajjiż fiż-ŻEE u l-identifikatur bl-ogħla prijorità ta' dik in-nazzjonalità assenjata skont il-paragrafu 2.

4. Meta l-identifikatur assenjat skont il-paragrafu 2 jirreferi għal CONCAT, il-persuna fiżika tiġi identifikata mid-ditta tal-investiment bl-użu tal-konkatenazzjoni tal-elementi segwenti fl-ordni segwenti:

4.

(a) id-data tat-twelid tal-persuna fil-format SSSSXXJJ;

(b) l-ewwel ħames karattri tal-isem;

(c) l-ewwel ħames karattri tal-kunjom.

5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-prefissi mal-ismijiet jiġu esklużi u l-ismijiet u l-kunjomijiet li jkunu iqsar minn ħames karattri jiġu mehmuża b'# sabiex jiġi żgurat li r-referenzi għall-ismijiet u għall-kunjomijiet skont il-paragrafu 4 ikun fihom ħames karattri. Il-karattri kollha jkunu f'ittri kapitali. Ma jintuża l-ebda apostrofu, aċċent, sink, sinjal tal-punteġġjatura jew spazju.

Artikolu 7 Dettalji tal-identità tal-klijent u l-identifikatur u dettalji ta' min jieħu d-deċiżjoni

1. Rapport dwar it-tranżazzjoni fir-rigward ta' tranżazzjoni eżegwita f'isem klijent li jkun persuna fiżika jinkludi l-isem sħiħ u d-data tat-twelid tal-klijent kif speċifikat fil-Kaxxi 9, 10, 11, 18, 19 u 20 tat-Tabella 2 tal-Anness I.

2. Meta l-klijent ma jkunx il-persuna li tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment fir-rigward ta' dik it-tranżazzjoni, ir-rapport dwar it-tranżazzjoni jidentifika lill-persuna li tieħu dik id-deċiżjoni f'isem il-klijent kif speċifikat fil-kaxxi 12 sa 15 għax-xerrej u fil-kaxxi 21 sa 24 għall-bejjiegħ fit-Tabella 2 tal-Anness I.

Artikolu 8 Identifikazzjoni tal-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment

1. Meta persuna jew algoritmu tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment jieħdu d-deċiżjoni dwar l-investiment li jakkwistaw jew iċedu strument finanzjarju speċifiku, dik il-persuna jew algoritmu tal-kompjuter jiġu identifikati kif speċifikat fil-kaxxa 57 tat-Tabella 2 tal-Anness I. Id-ditta tal-investiment għandha tidentifika biss din il-persuna jew algoritmu tal-kompjuter jekk dik id-deċiżjoni dwar l-investiment tittieħed f'isem id-ditta tal-investiment innifisha, jew f'isem klijent skont mandat diskrezzjonali mogħti lilu mill-klijent.

2. Meta aktar minn persuna waħda fid-ditta tal-investiment jieħdu d-deċiżjoni dwar l-investiment, id-ditta tal-investiment għandha tiddetermina l-persuna li tieħu r-responsabbiltà primarja għal dik id-deċiżjoni. Il-persuna li tieħu r-responsabbiltà primarja għad-deċiżjoni dwar l-investiment għandha tiġi determinata skont kriterji determinati minn qabel u stabbiliti mid-ditta tal-investiment.

3. Meta algoritmu tal-kompjuter fi ħdan id-ditta tal-investiment ikun responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment skont il-paragrafu 1, id-ditta tal-investiment għandha tassenja deżinjazzjoni biex tidentifika l-algoritmu tal-kompjuter f'rapport dwar it-tranżazzjoni. Dik id-deżinjazzjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet segwenti:

3.

(a) tkun unika għal kull sett ta' kodiċi jew strateġija tan-negozjar li tikkostitwixxi l-algoritmu, irrispettivament mill-istrumenti finanzjarji jew mis-swieq li japplika għalihom l-algoritmu;

(b) tintuża b'mod konsistenti meta ssir referenza għall-algoritmu jew għall-verżjoni tal-algoritmu ladarba jiġi assenjat lilha;

(c) tkun unika tul iż-żmien.

Artikolu 9 Identifikazzjoni tal-persuna jew tal-algoritmu tal-kompjuter responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni

1. Meta persuna jew algoritmu tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment li jeżegwixxu tranżazzjoni jiddeterminaw liema ċentru tan-negozjar, internalizzatur sistematiku jew pjattaforma kummerċjali organizzata li jinsabu barra mill-Unjoni għandhom jaċċessaw, lejn liema ditti għandhom jiġu trażmessi ordnijiet jew kwalunkwe kundizzjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni ta' ordni, dik il-persuna jew algoritmu tal-kompjuter jiġu identifikati fil-kaxxa 59 tat-Tabella 2 tal-Anness I.

2. Meta persuna fid-ditta tal-investiment tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, id-ditta tal-investiment għandha tassenja deżinjazzjoni biex tidentifika dik il-persuna f'rapport dwar it-tranżazzjoni skont l-Artikolu 6.

3. Meta algoritmu tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment ikun responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, id-ditta tal-investiment għandha tassenja deżinjazzjoni biex tidentifika l-algoritmu tal-kompjuter skont l-Artikolu 8(3).

4. Meta kemm persuna kif ukoll algoritmu tal-kompjuter ikunu involuti fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, jew aktar minn persuna waħda jew algoritmu wieħed ikunu involuti, id-ditta tal-investiment għandha tiddetermina liema persuna jew liema algoritmu tal-kompjuter ikunu primarjament responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni. Il-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter li jieħdu r-responsabbiltà primarja għall-eżekuzzjoni għandhom jiġu determinati skont kriterji determinati minn qabel u stabbiliti mid-ditta tal-investiment.

Artikolu 10 Deżinjazzjoni biex tiġi identifikata rinunzja applikabbli

Ir-rapporti dwar it-tranżazzjoni jidentifikaw ir-rinunzja applikabbli skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li skontu t-tranżazzjoni eżegwita tkun seħħet skont il-kaxxa 61 tat-Tabella 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11 Deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ ta' pożizzjoni qasira

1. Ir-rapporti dwar it-tranżazzjoni jidentifikaw tranżazzjonijiet li, fil-ħin tal-eżekuzzjoni tagħhom, ikunu tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira, jew ikunu parzjalment tranżazzjoni ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira, skont il-kaxxa 62 tat-Tabella 2 tal-Anness I.

2. Ditta tal-investiment għandha tiddetermina fuq bażi tal-aħjar sforz it-tranżazzjonijiet tal-bejgħ ta' pożizzjoni qasira li fihom il-klijent tagħhom ikun il-bejjiegħ, inkluż meta ditta tal-investiment taggrega ordnijiet mingħand diversi klijenti. Id-ditta tal-investiment għandha tidentifika dawk it-tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira fir-rapport tagħha dwar it-tranżazzjoni skont il-kaxxa 62 tat-Tabella 2 tal-Anness I.

3. Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira f'isimha stess, fir-rapport dwar it-tranżazzjoni hija għandha tindika jekk it-tranżazzjoni ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira tkunx saret f'kapaċità ta' ġenerazzjoni tas-suq ta' negozjant primarju b'eżenzjoni pprovduta mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

Artikolu 12 Rappurtar ta' eżekuzzjoni għal taħlita ta' strumenti finanzjarji

Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni li tinvolvi żewġ strumenti finanzjarji jew aktar, id-ditta tal-investiment għandha tirrapporta t-tranżazzjoni għal kull strument finanzjarju b'mod separat u torbot dawk ir-rapporti b'identifikatur li jkun uniku fil-livell tad-ditta għall-grupp tar-rapporti dwar u t-tranżazzjoni relatati ma' dik l-eżekuzzjoni kif speċifikat fil-kaxxa 40 tat-Tabella 2 tal-Annes I.

Artikolu 13 Kundizzjonijiet li bihom għandhom jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma identifikaturi ta' entità ġuridika

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identifikaturi ta' entità ġuridika jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma skont il-prinċipji segwenti: L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma identifikaturi ta' entità ġuridika bl-użu ta' standards operattivi uniformi globali, li jkunu soġġetti għall-qafas ta' governanza tal-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja għas-Sistema ta' Identifikatur tal-Entità Ġuridika u li jkunu disponibbli bi prezz raġonevoli.

1.

(a) l-uniċità;

(b) l-eżattezza;

(c) il-konsistenza;

(d) in-newtralità;

(e) l-affidabbiltà;

(f) sors miftuħ;

(g) il-flessibbiltà;

(h) l-iskalabbiltà;

(i) l-aċċessibbiltà.

2. Ditta tal-investiment ma għandhiex tipprovdi servizz li jqanqal l-obbligu li tippreżenta rapport dwar it-tranżazzjoni għal tranżazzjoni li tkun iddaħħlet f'isem klijent li jkun eliġibbli għall-kodiċi ta' identifikatur ta' entità ġuridika, qabel ma jakkwista l-kodiċi ta' identifikatur ta' entità ġuridika minn dak il-klijent.

3. Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li t-tul u l-kostruzzjoni tal-kodiċi jkunu konformi mal-istandard ISO 17442 u li l-kodiċi jkun inkluż fil-bażi tad-dejta Global LEI miżmuma mill-Unità Operattiva Ċentrali maħtura mill-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja għas-Sistema ta' Identifikatur tal-Entità Ġuridika u li tirrigwarda l-klijent konċernat.

Artikolu 14 Rappurtar ta' tranżazzjonijiet eżegwiti mill-fergħat

1. Ditta tal-investiment għandha tirrapporta tranżazzjonijiet eżegwiti kompletament jew parzjalment permezz tal-fergħa tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti.

2. Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni kompletament jew parzjalment permezz tal-fergħa tagħha, hija għandha tirrapporta t-tranżazzjoni darba biss.

3. Meta d-dettalji ta' kodiċi tal-pajjiż fir-rigward tal-fergħa tad-ditta tal-investiment li huma meħtieġa li jkunu inklużi f'rapport dwar it-tranżazzjoni skont il-kaxxi 8, 17, 37, 58 jew 60 tat-Tabella 2 tal-Anness I minħabba l-eżekuzzjoni parzjali jew sħiħa ta' tranżazzjoni permezz ta' dik il-fergħa, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi fir-rapport dwar it-tranżazzjoni l-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 għall-fergħa rilevanti fil-każijiet kollha segwenti:

3.

(a) meta l-fergħa tirċievi l-ordni minn klijent jew tieħu deċiżjoni dwar l-investiment għal klijent skont mandat diskrezzjonali mogħti lilha mill-klijent;

(b) meta l-fergħa jkollha responsabbiltà superviżorja għall-persuna responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment ikkonċernata;

(c) meta l-fergħa jkollha responsabbiltà superviżorja għall-persuna responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni;

(d) meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma ta' negozjar organizzata li tinsab barra mill-Unjoni bl-użu tas-sħubija tal-fergħa ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar jew pjattaforma ta' negozjar organizzata.

4. Meta każ wieħed jew aktar ipprovduti fil-paragrafu 3 ma japplikawx għal fergħa tad-ditta tal-investiment, il-kaxxi rilevanti fit-Tabella 2 tal-Anness I jimtlew bil-kodiċi ISO tal-pajjiż għall-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment, jew, fil-każ ta' ditta minn pajjiż terz, il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż meta d-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tagħha.

5. Il-fergħa ta' ditta ta' pajjiż terz għandha tippreżenta r-rapport dwar it-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat il-fergħa. Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz għandha timla l-kaxxi rilevanti fit-Tabella 2 tal-Anness I bil-kodiċi ISO tal-pajjiż għall-Istat Membru tal-awtorità kompetenti awtorizzanti. Meta ditta ta' pajjiż terz tistabbilixxi friegħi f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-Unjoni, dawn il-fergħat għandhom flimkien jagħżlu waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li lilha għandhom jintbagħtu r-rapporti dwar it-tranżazzjoni skont il-paragrafi 1 sa 3.

Artikolu 15 Metodi u arranġamenti għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji

1. Il-metodi u l-arranġamenti li bihom ir-rapporti dwar it-tranżazzjoni jiġu ġġenerati u ppreżentati miċ-ċentri tan-negozjar u mid-ditti tal-investiment jinkludu:

1.

(a) sistemi li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-dejta rrapportata;

(b) mekkaniżmi biex ikun awtentikat is-sors tar-rapport dwar it-tranżazzjoni;

(c) miżuri ta' prekawzjoni li jippermettu t-tkomplija fil-ħin tar-rappurtar fil-każ ta' ħsara fis-sistema ta' rappurtar;

(d) mekkaniżmi li jidentifikaw l-iżbalji u l-omissjonijiet fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni;

(e) mekkaniżmi biex jiġi evitat ir-rappurtar ta' rapporti doppji dwar it-tranżazzjoni, inkluż meta ditta tal-investiment tiddependi fuq ċentru tan-negozjar biex tirrapporta d-dettalji tat-tranżazzjoni eżegwita mid-ditta tal-investiment permezz tas-sistemi taċ-ċentru tan-negozjar skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(f) mekkaniżmi li jiżguraw li ċ-ċentru tan-negozjar biss jippreżenta rapporti f'isem dawk id-ditti tal-investiment li jkunu għażlu li jiddependu fuq iċ-ċentru tan-negozjar biex jibagħtu rapporti f'isimhom għal tranżazzjonijiet kompluti permezz ta' sistemi taċ-ċentru tan-negozjar;

(g) mekkaniżmi li jevitaw ir-rappurtar ta' kwalunkwe tranżazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda obbligu li jingħata rapport skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għax ma jkunx hemm tranżazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew għax l-istrument li huwa s-soġġett tat-tranżazzjoni inkwistjoni ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(h) mekkaniżmi li jidentifikaw tranżazzjonijiet mhux rappurtati li għalihom hemm l-obbligu li jsir rapport skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, inklużi każijiet fejn ir-rapporti dwar it-tranżazzjoni miċħuda mill-awtorità kompetenti kkonċernata ma jkunux ġew ippreżentati mill-ġdid b'suċċess.

2. Meta ċ-ċentru tan-negozjar jew id-ditta tal-investiment issir taf bi kwalunkwe żball jew omissjoni f'rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentata lil awtorità kompetenti, kwalunkwe nuqqas li jiġi ppreżentat rapport dwar it-tranżazzjoni inkluż kwalunkwe nuqqas li jerġa' jiġi ppreżentat rapport rifjutat dwar it-tranżazzjoni għal tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal rappurtar, jew rappurtar ta' tranżazzjoni li għaliha ma jkun hemm l-ebda obbligu li jsir rapport, hija għandha minnufih tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti b'dan il-fatt.

3. Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li r-rapporti dwar it-tranżazzjoni tagħhom ikunu kompluti u preċiżi. Dawk l-arranġamenti jinkludu l-ittestjar tal-proċess ta' rapportar tagħhom u r-rikonċiljazzjoni regolari tar-reġistri ta' negozjar tal-uffiċċji tan-negozjar tagħhom mal-kampjuni tad-dejta pprovduti lilhom mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għal dak l-għan.

4. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jipprovdux kampjuni tad-dejta, id-ditti tal-investiment għandhom jirrikonċiljaw ir-reġistri ta' negozjar tal-uffiċċji tan-negozjar tagħhom mal-informazzjoni li tinsab fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni li jkunu ppreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti, jew li tinsab fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni li ARMs jew ċentri tan-negozjar ikunu ppreżentaw f'isimhom. Ir-rikonċiljazzjoni tinkludi l-iċċekkjar tal-iskadenzi tar-rapport, l-eżattezza u l-kompletezza tal-kaxxi tad-dejta individwali u l-konformità tagħhom mal-istandards u l-formati speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness I.

5. Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li r-rapporti dwar it-tranżazzjoni tagħhom, meta meħuda flimkien, jirriflettu l-bidliet kollha fis-sitwazzjoni tagħhom u fis-sitwazzjoni tal-klijenti tagħhom fl-istrumenti finanzjarji kkonċernati fil-ħin li jitwettqu t-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji.

6. Meta ARM, skont l-istruzzjonijiet mingħand id-ditta tal-investimenti, tħassar jew tikkoreġi rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentat f'isem ditta tal-investiment, dik id-ditta tal-investiment għandha żżomm id-dettalji tal-korrezzjonijiet u tal-kanċellazzjonijiet pprovduti lilha minn ARM.

7. Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jintbagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju taċ-ċentru tan-negozjar.

8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi sikuri meta jiskambjaw rapporti dwar it-tranżazzjoni ma' xulxin.

Artikolu 16 Determinazzjoni tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità

1. Fil-każ ta' titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, kwota tal-emissjonijiet jew unità f'impriża ta' investiment kollettiv, l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal dak l-istrument finanzjarju (l-aktar suq rilevanti) għandu jiġi determinat darba kull sena kalendarja fuq il-bażi tad-dejta tas-sena kalendarja preċedenti, sakemm l-istrument finanzjarju jkun ammess għan-negozjar jew negozjat fil-bidu tas-sena kalendarja preċedenti, kif ġej:

1.

(a) għal strumenti ammessi għan-negozjar f'suq regolat wieħed jew aktar, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq regolat fejn il-fatturat, kif definit fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587, għas-sena kalendarja preċedenti għal dak l-istrument, ikun l-ogħla;

(b) għal strumenti li mhumiex ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati, l-aktar suq rilevanti jkun l-MTF fejn il-fatturat għas-sena kalendarja preċedenti għal dak l-istrument ikun l-ogħla;

(c) għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-ogħla fatturat ikun ikkalkolat billi jiġu esklużi t-tranżazzjonijiet kollha li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet ta' trasparenza qabel in-negozjar skont l-Artikolu 4(1)(a), (b) jew (c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, kwota tal-emissjonijiet jew unità f'impriża ta' investiment kollettiv ma jkunux ammessi għan-negozjar jew negozjati fil-bidu tas-sena kalendarja preċedenti jew meta ma jkunx hemm biżżejjed dejta jew ma jkunx hemm dejta eżistenti biex jiġi kkalkolat il-fatturat skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bl-għan li jiġi determinat l-aktar suq rilevanti għal dak l-istrument finanzjarju, l-aktar suq rilevanti għall-istrument finanzjarju jkun is-suq tal-Istat Membru li fih tkun saret l-ewwel talba għal ammissjoni għan-negozjar jew fejn l-istrument ikun ġie nnegozjat l-ewwel.

3. Fil-każ ta' titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE jew strument tas-suq monetarju li l-emittent tiegħu jkun stabbilit fl-Unjoni, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-emittent.

4. Fil-każ ta' titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE jew strument tas-suq monetarju li l-emittent tiegħu jkun stabbilit barra mill-Unjoni, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru fejn tkun saret l-ewwel talba għal ammissjoni għan-negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju jew fejn l-istrument finanzjarju jkun ġie nnegozjat l-ewwel f'ċentru tan-negozjar.

5. Fil-każ ta' strument finanzjarju li jkun kuntratt derivattiv jew kuntratt għad-differenza jew titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(c) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-aktar suq rilevanti jkun determinat hekk:

5.

(a) meta t-titolu sottostanti fl-istrument finanzjarju jkun titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE jew kwota tal-emissjonijiet li tkun ammessa għan-negozjar f'suq regolat jew tkun innegozjata f'MTF, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq li jitqies li jkun l-aktar suq rilevant għat-titolu sottostanti skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) meta t-titolu sottostanti fi strument finanzjarju jkun titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE jew strument tas-suq monetarju li jkun ammess għan-negozjar f'suq regolat jew ikun innegozjat f'MTF jew OTF, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq meqjus li jkun l-aktar suq rilevant għall-istrument finanzjarju sottostanti skont il-paragrafu 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu;

(c) meta t-titolu sottostanti fi strument finanzjarju jkun basket li jkun fih strumenti finanzjarji, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru li fih l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess l-ewwel għan-negozjar jew ikun ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar;

(d) meta t-titolu sottostanti fi strument finanzjarju jkun indiċi li jkun fih strumenti finanzjarji, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru li fih l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess l-ewwel għan-negozjar jew ikun ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar;

(e) meta t-titolu sottostanti tal-istrument finanzjarju jkun derivattiva ammessa għan-negozjar jew innegozjata f'ċentru tan-negozjar, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru li fih id-derivattiva tkun ġiet ammessa għan-negozjar jew tkun ġiet innegozjata f'ċentru tan-negozjar.

6. Għal strumenti finanzjarji li mhumiex koperti mill-paragrafi 1 sa 5, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru taċ-ċentru ta' negozjar fejn l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar l-ewwel jew li fih l-istrument finanzjarju jkun ġie nnegozjat l-ewwel.

Artikolu 17 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018. Madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) għandu japplika 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(9) tar-Regolament (UE) 2015/2365.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2016. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS I Tabella 1 Tabella 2 Didaskalija għat-Tabella 2 Dettalji li għandhom jiġu rrapportati f'rapporti ta' tranżazzjoni

SIMBOLU TIPI TA' DEJTA DEFINIZZJONI {ALPHANUM-n} Sa n karattri alfanumeriċi Kaxxa għal test liberu. {CFI_CODE} 6 karattri Kodiċi CFI tal-ISO 10962 {COUNTRYCODE_2} 2 karattri alfanumeriċi Kodiċi tal-pajjiż b'2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2 {CURRENCYCODE_3} 3 karattri alfanumeriċi Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217 {DATE_TIME_FORMAT} Format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601 Id-data u l-ħin fil-format segwenti: SSSS-XX-JJThh:mm:ss.ddddddZ. Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC. {DATEFORMAT} Format tad-data skont l-ISO 8601 Id-dati għandhom jiġu fformattjati skont il-format segwenti: SSSS-XX-JJ. {DECIMAL-n/m} Numru deċimali sal-figuri n b'kollox li minnhom sal-figuri m jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi. Il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa. {INDEX} 4 karattri alfabetiċi EONA — EONIA EONS — EONIA SWAP EURI — EURIBOR EUUS — EURODOLLAR EUCH — EuroSwiss GCFR — GCF REPO ISDA — ISDAFIX LIBI — LIBID LIBO — LIBOR MAAA — Muni AAA PFAN — Pfandbriefe TIBO — TIBOR STBO — STIBOR BBSW — BBSW JIBA — JIBAR BUBO — BUBOR CDOR — CDOR CIBO — CIBOR MOSP — MOSPRIM NIBO — NIBOR PRBO — PRIBOR LBO- TELBOR IBO– WIBOR TREA– it-Teżor SWAP — SWAP FUSW — Future SWAP {INTEGER-n} Numru sħiħ sal-figuri n b'kollox Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi ta' numri sħaħ. {ISIN} 12-il karattru alfanumeriku Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166 {LEI} 20-il karattru alfanumeriku Identifikatur ta' entità ġuridika kif definit f'ISO 17442 {MIC} 4 karattri alfanumeriċi Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383 {NATIONAL_ID} 35 karattru alfanumeriku L-identifikatur huwa derivat skont l-Artikolu 6 u t-Tabella tal-Anness II. N KAXXA KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT FORMAT U STANDARDS LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAR-RAPPURTAR 1 Staus tar-Rapport Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport dwar it-tranżazzjoni huwiex ġdid jew kanċellazzjoni. Replace: NEWT — Ġdid CANC — Kanċellazzjoni 2 Numru ta' Referenza tat-Tranżazzjoni Numru ta' identifikazzjoni uniku għad-ditta tal-eżekuzzjoni għal kull rapport dwar it-tranżazzjoni. Meta, skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċentru tan-negozjar jippreżenta rapport dwar it-tranżazzjoni f'isem ditta li ma tkunx soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 600/2014, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jimla din il-kaxxa b'numru li jkun ġie ġġenerat internament miċ-ċentru tan-negozjar u li jkun uniku għal kull rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentat miċ-ċentru tan-negozjar. {ALPHANUM-52} 3 Kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar Dan huwa numru ġġenerat miċ-ċentri tan-negozjar u mibgħut kemm lix-xerrejja kif ukoll lill-bejjiegħa skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissojni (UE) 2017/580. Din il-kaxxa hija meħtieġa biss għan-naħa tas-suq ta' tranżazzjoni eżegwita f'ċentru tan-negozjar. {ALPHANUM-52} 4 Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-entità li eżegwenti Kodiċi użat biex jidentifika l-entità li teżegwixxi t-tranżazzjoni. {LEI} 5 Ditta tal-Investiment koperta bid-Direttiva 2014/65/UE Jindika jekk l-entità identifikati fil-kaxxa 4 hijiex ditta tal-investiment koperta mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. true — iva false — le 6 Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-entità li tippreżenta Kodiċi użat biex jidentifika lill-entità li tippreżenta r-rapport dwar it-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Meta r-rapport jiġi ppreżentat mid-ditta eżegwenti direttament lill-awtorità kompetenti, din għandha timtela mil-LEI tad-ditta eżegwenti (fejn id-ditta eżegwenti tkun entità legali). Meta r-rapport ikun ippreżentat minn ċentru tan-negozjar, din għandha timtela mil-LEI tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar. Meta r-rapport ikun ippreżentat minn ARM, din għandha timtela mil-LEI tal-ARM. {LEI} 7 Kodiċi tal-identifikazzjoni tax-xerrej Kodiċi użat biex jidentifika l-akkwirent tal-istrument finanzjarju. Meta l-akkwirent ikun entità ġuridika għandu jintuża l-kodiċi LEI tal-akkwirent. Meta l-akkwirent ma jkunx entità ġuridika, għandu jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6. Meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni li tuża kontroparti ċentrali (central counterparty, CCP) u meta l-identità tal-akkwirent ma tkunx żvelata, jintuża l-kodiċi LEI tas-CCP. Meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni li ma tużax CCP u meta l-identità tal-akkwirent ma tkunx żvelata, jintuża l-kodiċi MIC taċ-ċentru ta' negozjar jew tal-pjattaforma organizzata tan-negozjar barra mill-Unjoni. Meta l-akkwirent ikun ditta tal-investiment li taġixxi bħala internalizzatur sistematiku (systematic internaliser, SI), jintuża l-kodiċi LEI tas-SI. Jintuża INTC biex jindika kont tal-klijenti aggregat fid-ditta tal-investiment sabiex jiġi rrapurtat trasferiment lejn jew minn dak il-kont b'allokazzjoni assoċjata mal-klijent(i) individwali lejn jew minn dak il-kont rispettivament. Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li jkollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u jirċievi primjum. Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-istrument u l-bejjiegħ il-kontroparti li tbigħ l-istrument. Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-varjazzjoni fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu. Fil-każ ta' swaps marbuta ma' rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' swaps bażi (swaps tar-rata tal-imgħax varjabbli għal varjabbli), ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas il-firxa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi l-firxa. Fil-każ ta' swaps u forwards relatati ma' muniti u swaps bejn muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard ISO 4217 u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti tforni din il-munita. Fil-każ ta' swap relatata ma' dividendi, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali. Il-bejjiegħ huwa l-kontroparti li tħallas id-dividend u tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu għajr l-opzjonijiet u l-iswapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni. Il-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni. Fil-każ ta' kuntratt tad-derivattivi marbuta mal-komoditajiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-komodità speċifikata fir-rapport u l-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tforni din il-komodità. Fil-każ ta' ftehim tar-rata forward, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Għal żieda fin-nozzjonali, ix-xerrej għandu jkun l-istess wieħed li jakkwiżixxi l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali. Għal tnaqqis fin-nozzjonali x-xerrej għandu jkun dak li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-akkwirent tal-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali. {LEI} {MIC} {NATIONAL_ID} INTC 8 Il-pajjiż tal-fergħa għax-xerrej Meta l-akkwirent ikun klijent, din il-kaxxa għandha tidentifika l-pajjiż tal-fergħa li tkun irċeviet l-ordni mingħand il-klijent jew li ħadet deċiżjoni dwar l-investiment għalklijent skont mandat diskrezzjonali mogħti lilha mill-klijent kif meħtieġ mill-Artikolu 14(3). Meta din l-attività ma titwettaqx minn fergħa, din għandha timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tal-investiment tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' ditti ta' pajjiż terz). Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, din il-kaxxa timtela fl-użu tal-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti. {COUNTRYCODE_2} 9 Xerrej — isem/ismijiet Isem/ismijiet ix-xerrej. Fil-każ ta' aktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha jiġu inklużi f'din il-kaxxa separati b'virgola. {ALPHANUM-140} 10 Xerrej — kunjom(ijiet) Kunjom/ijiet sħiħ/sħaħ tax-xerrej. Fil-każ ta' aktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha jiġu inklużi f'din il-kaxxa separati b'virgola. {ALPHANUM-140} 11 Xerrej — data tat-twelid Data tat-twelid tax-xerrej {DATEFORMAT} 12 Kodiċi min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej Kodiċi użat biex jidentifika lill-persuna li tieħu d-deċiżjoni biex takkwista l-istrument finanzjarju. Meta d-deċiżjoni tittieħed minn ditta tal-investiment, din il-kaxxa timtela bl-identità tad-ditta tal-investiment u minflok l-individwu li jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment. Meta d-deċiżjoni tittieħed minn entità ġuridika, jintuża l-kodiċi LEI ta' min jieħu d-deċiżjoni. Meta d-deċiżjoni tittieħed minn entità li ma tkunx ġuridika, jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6. {LEI} {NATIONAL_ID} 13 Min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej — Isem/Ismijiet Isem sħiħ/Ismijiet sħaħ ta' min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej. Fil-każ ta' aktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha jiġu inklużi f'din il-kaxxa separati b'virgola {ALPHANUM-140} 14 Min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej — Kunjom/ijiet Kunjom/ijiet sħiħ/sħaħ ta' min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej. Fil-każ ta' aktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha jiġu inklużi f'din il-kaxxa separati b'virgola {ALPHANUM-140} 15 Min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej — Data tat-twelid Data tat-twelid ta' min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej {DATEFORMAT} 16 Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-bejjiegħ Kodiċi użat biex jidentifika lil min jiddisponi mill-istrument finanzjarju. Meta entità ġuridika tiddisponi mill-istrument finanzjarju, jintuża l-kodiċi LEI ta' min jidisponi. Meta entità mhux ġuridika tiddisponi mill-istrument finanzjarju, jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6. Meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni li tuża CCP u meta l-identità ta' min jidisponi ma tkunx żvelata, jintuża l-kodiċi LEI tas-CCP. Meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni li ma tużax CCP u meta l-identità ta' min jidisponi ma tkunx żvelata, jintuża l-kodiċi MIC taċ-ċentru ta' negozjar jew tal-pjattaforma organizzata tan-negozjar barra mill-Unjoni. Meta ditta tal-investiment li taġixxi bħala SI tiddisponi mill-istrument finanzjarju, jintuża l-kodiċi LEI tas-SI Jintuża INTC biex jindika kont tal-klijenti aggregat fid-ditta tal-investiment sabiex jiġi rrapurtat trasferiment lejn jew minn dak il-kont b'allokazzjoni assoċjata mal-klijent(i) individwali lejn jew minn dak il-kont rispettivament. Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li jkollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u jirċievi primjum. Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-istrument u l-bejjiegħ il-kontroparti li tbigħ l-istrument. Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-varjazzjoni fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu. Fil-każ ta' swaps marbuta ma' rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' swaps bażi (swaps tar-rata tal-imgħax varjabbli għal varjabbli), ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas il-firxa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi l-firxa. Fil-każ ta' swaps u forwards relatati ma' muniti u swaps bejn muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard ISO 4217 u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti tforni din il-munita. Fil-każ ta' swap relatata ma' dividendi, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali. Il-bejjiegħ huwa l-kontroparti li tħallas id-dividend u tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu għajr l-opzjonijiet u l-iswapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni. Il-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni. Fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi marbuta mal-komoditajiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-komodità speċifikata fir-rapport u l-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tforni din il-komodità. Fil-każ ta' ftehim tar-rata forward, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Għal żieda fin-nozzjonali, il-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li jiddisponi fit-tranżazzjoni oriġinali. Għal tnaqqis fin-nozzjonali, il-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li jakkwiżixxi l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali. {LEI} {MIC} {NATIONAL_ID} INTC 17-24 Il-kaxxi 17–24 jirriflettu l-kaxxi kollha relatati max-xerrej innumerati 8–15 (dettalji tax-xerrej u ta' min jieħu d-deċiżjoni) għall-bejjiegħ. 25 Indikatur tat-trażmissjoni ta' ordni true timtela mid-ditta trażmittenti fir-rapport tad-ditta trażmittenti meta l-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni speċifikati fl-Artikolu 4 ma jkunux ġew issodisfati false — fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha Replace: true Replace: false 26 Kodiċi ta' identifikazzjoni tad-ditta trażmittenti għax-xerrej Kodiċi użat biex jidentifika d-ditta li tittrażmetti l-ordni Dan għandu jimtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bil-kodiċi ta' identifikazzjoni pprovdut mid-ditta trażmittenti. {LEI} 27 Kodiċi ta' identifikazzjoni tad-ditta trażmittenti għall-bejjiegħ Kodiċi użat biex jidentifika d-ditta li tittrażmetti l-ordni. Dan għandu jimtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bil-kodiċi ta' identifikazzjoni pprovdut mid-ditta trażmittenti {LEI} Dettalji tat-tranżazzjoni 28 Data u ħin tan-negozjar Data u ħin ta' meta ġiet eżegwita t-tranżazzjoni. Għal tranżazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, il-livell ta' granularità jkun skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2017/574. Għal tranżazzjonijiet li ma twettqux f'ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin għandhom ikunu meta l-partijiet jaqblu fuq il-kontenut tal-kaxxi segwenti: kwantità, prezz, muniti fil-kaxxi 31, 34 u 44, kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument, klassifikazzjoni tal-istrument u kodiċi tal-istrument sottostanti, fejn applikabbli. Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f'ċentru tan-negozjar il-ħin irrappurtat ikun preċiż għal mill-inqas l-eqreb sekonda. Meta t-tranżazzjoni tirriżulta minn ordni trażmessa mid-ditta ta' eżekuzzjoni f'isem klijent lil parti terza meta l-kundizzjonijiet għal trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ma jkunux ġew issodisfatti, din għandha tkun id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni minflok il-ħin tat-trażmissjoni tal-ordni. {DATE_TIME_FORMAT} 29 Kapaċità tan-negozjar Indikazzjoni dwar jekk ir-riżultati tat-tranżazzjoni mid-ditta ta' eżekuzzjoni li twettaq negozjar matched principle skont l-Artikolu 4(1)(38) tad-Direttiva 2014/65/UE jew li tinnegozja f'isimha stess skont l-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2014/65/UE. Meta t-tranżazzjoni ma tirriżultax mid-ditta ta' eżekuzzjoni li twettaq negozjar matched principal mill-membru jew mill-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar li twettaq negozjar matched principle jew li tinnegozja f'isimha stess, il-kaxxa għandha tindika li t-tranżazzjoni tkun twettqet taħt xi kapaċità oħra. Replace: DEAL — Negozjar f'isimha stess Replace: MTCH — Matched principal AOTC — Kwalunkwe kapaċità oħra 30 Kwantità In-numru ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju, jew in-numru ta' kuntratti derivattivi fit-tranżazzjoni. Il-valur nominali jew monetarju tal-istrument finanzjarju. Għal imħatri tal-firxiet, il-kwantità għandha tkun il-valur monetarju milgħub għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti. Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, il-kwantità għandha tkun l-ammont nozzjonali li għalih tkun akkwistata jew mibjugħa il-protezzjoni. Għal żieda jew tnaqqis fl-ammont nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi, in-numru għandu jirrifletti l-valur assolut ta' din il-bidla u għandu jiġu espress bħala numru pożittiv. L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-kaxxi 33 u 46. {DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet {DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali 31 Munita tal-kwantità Munita li fiha hija espressal-kwantità. Applikabbli biss jekk il-kwantità tkun espressa bħala valur nominali jew monetarju. {CURRENCYCODE_3} 32 Żieda/tnaqqis fin-nozzjonali tad-derivattivi Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni hijiex żieda jew tnaqqis fin-nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi. Il-kaxxa tapplika biss meta jkun hemm bidla fin-nozzjonali għal kuntratt tad-derivattivi. Replace: INCR — Żieda Replace: DECR — Tnaqqis 33 Prezz Il-prezz negozjat tat-tranżazzjoni ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax akkumulat. Fil-każ ta' kuntratti ta' opzjoni, dan għandu jkun il-primjum tal-kuntratt tad-derivattivi għal kull sottostanti jew punt ta' indiċi. Fil-każ ta' spread bets għandu jkun il-prezz ta' referenza tal-istrument sottostanti. Għal swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (CDS) għandu jkun il-kupun f'punti bażi. Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita. Meta l-prezz attwalment ma jkunx disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun PNDG Fejn il-prezz ma kunx applikabbli l-valur ikun NOAP L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-kaxxi 30 u 46. {DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju {DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala persentaġġ jew rendiment {DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi PNDG fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz NOAP fil-każ li ma jkunx applikabbli l-prezz 34 Munita tal-Prezz Il-munita li biha jiġi espress il-prezz (applikabbli jekk il-prezz huwa espress bħala valur monetarju). {CURRENCYCODE_3} 35 Ammont nett L-ammont nett tat-tranżazzjoni ifisser l-ammont ta' flus kontanti mħallsa mix-xerrej tal-istrument ta' dejn mas-saldu tat-tranżazzjoni. Dan l-ammont ta' flus kontanti jammonta għal: (prezz nadif * valur nominali)+kwalunkwe kupuni dovuti. B'riżultat ta' dan, l-ammont nett tat-tranżazzjoni jeskludi kwalunkwe kummissjoni jew imposti oħra fuq ix-xerrej tal-istrument tad-dejn. Il-kaxxa tapplika biss meta l-istrument finanzjarju jkun id-dejn. {DECIMAL-18/5} 36 Ċentru L-identifikazzjoni taċ-ċentru meta tiġi eżegwita t-tranżazzjoni. Uża l-MIC tas-segment tal-ISO 10383 għal tranżazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, Internalizzatur Sistematiku (SI) jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni. Meta s-segment MIC ma jeżistix, uża l-MIC operattiv. Uża l-kodiċi MIC XOFF għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar, jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar jew li saret talba għall-ammissjoni għalihom, meta t-tranżazzjoni fuq dak l-istrument finanzjarju ma tkunx eżegwita f'ċentru tan-negozjar, SI jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra mill-Unjoni, jew meta ditta tal-investiment ma tkunx taf li qed tinnegozja ma' ditta oħra tal-investiment li taġixxi bħala SI. Uża l-kodiċi MIC XXXX għal strumenti finanzjarji li mhumiex ammessi għan-negozjar jew li huma nnegozjati f'ċentru tan-negozjar jew li ma tkun saret l-ebda talba għal ammissjoni għalihom u li ma jkunux innegozjati fi pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni, iżda meta s-sottostanti jkun ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar. {MIC} 37 Pajjiż tas-sħubija tal-fergħa Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż ta' fergħa tad-ditta tal-investiment li s-sħubija tas-suq tagħha jkun intuża biex tiġi eżegwita t-tranżazzjoni. Meta s-sħubija tas-suq ta' ditta ma tintużax, din il-kaxxa timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' ditti ta' pajjiż terz). Din il-kaxxa timtela biss għan-naħa tas-suq ta' tranżazzjoni eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew fuq pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni. {COUNTRYCODE_2} 38 Pagament bil-quddiem Il-valur monetarju ta' kwalunkwe pagament bil-quddiem riċevut jew imħallas mill-bejjiegħ. Meta l-bejjiegħ jirċievi l-pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela jkun pożittiv. Meta l-bejjiegħ iħallas il-pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela jkun negattiv. {DECIMAL-18/5} 39 Munita tal-pagament bil-quddiem Munita tal-pagament bil-quddiem. {CURRENCYCODE_3} 40 Identifikazzjoni tal-komponent tan-negozjar kumpless Identifikatur, intern għad-ditta tar-rappurtar biex tidentifika r-rapporti kollha relatati mal-istess eżekuzzjoni ta' taħlita ta' strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 12. Il-kodiċi jrid ikun uniku fil-livell tad-ditta tal-grupp ta' rapporti relatati mal-eżekuzzjoni. Il-kaxxa tapplika biss meta japplikaw il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 12. {ALPHANUM-35} Dettalji tal-istrumenti 41 Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju Din il-kaxxa tapplika għall-istrumenti finanzjarji li tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar għalihom, li jkunu ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar jew fuq internalizzatur sistematiku. Tapplika wkoll għal strumenti finanzjarji li għandhom ISIN u huma nnegozjati fuq il-pjattaforma organizzata ta' negozjar barra mill-Unjoni meta s-sottostanti jkun strument finanzjarju nnegozjat f'ċentru tan-negozjar. {ISIN} Il-kaxxi 42–56 mhumiex applikabbli meta: it-tranżazzjonijiet ikunu eżegwiti f'ċentru tan-negozjar jew ditta tal-investiment li taġixxi bħala SI; jew il-kaxxa 41 timtela b'ISIN li teżisti dwar il-lista tad-dejta ta' referenza mill-ESMA 42 Isem sħiħ tal-istrument Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju {ALPHANUM-350} 43 Klassifikazzjoni tal-istrument Tassonomija użata għall-klassfikazzjoni tal-istrument finanzjarju Għandu jingħata Kodiċi CFI sħiħ u preċiż. {CFI_CODE} 44 Munita nozzjonali 1 Munita li fiha jkun iddenominat in-nozzjonali. Fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax jew tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tal-parti 1 jew il-munita 1 tal-par. Fil-każ ta' swapzjonijiet meta s-swap sottostanti jkun ta' munita waħda, din tkun il-munita nozzjonali tas-swap sottostanti. Għal swaptzjonijiet fejn is-sottostanti jkun ta' diversi muniti, din tkun il-munita nozzjonali tal-parti 1 tas-swap. {CURRENCYCODE_3} 45 Munita nozzjonali 2 Fil-każ ta' swaps ta' diversi muniti jew bejn il-muniti, il-munita li fiha tkun demominata l-parti 2 tal-kuntratt. Għal swapzjonijiet fejn is-swap sottostanti tkun ta' diversi muniti, il-munita li fiha tkun denominata l-parti 2 tas-swap {CURRENCYCODE_3} 46 Multiplikatur tal-prezzijiet Għadd ta' unitajiet tal-istrument sottostanti rrappreżentati minn kuntratt tad-derivattivi uniku. Valur monetarju kopert minn kuntratt uniku ta' swap meta l-kaxxa tal-kwantità tindika l-għadd ta' kuntratti ta' swaps fit-tranżazzjoni. Għal futur jew opzjoni fuq indiċi, l-ammont għal kull punt ta' indiċi. Għal spreadbets, il-moviment fil-prezz tal-istrument sottostanti li fuqu tkun ibbażata spreadbet. L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-kaxxi 30 u 33. {DECIMAL-18/17} 47 Kodiċi tal-istrument sottostanti Kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti. Għal ADRs, GDRs u strumenti simili, il-kodiċi ISIN tal-istrument finanzjarju li fuqu jkunu bbażati dawk l-istrumenti. Għal bonds konvertibbli, il-kodiċi ISIN tal-istrument li fih jista' jiġi kkonvertit il-bond. Għal derivattivi jew strumenti oħrajn li jkollhom sottostanti, il-kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti, meta s-sottostanti jkun ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Meta s-sottostanti jkun dividend tal-istokk, allura jiġi indikat il-kodiċi ISIN tas-sehem relatat li jintitola d-dividend sottostanti. Għal Swaps ta' Inadempjenza ta' Kreditu, għandu jingħata l-ISIN tal-obbligu referenzjarju. Fil-każ li s-sottostanti jkun Indiċi u jkollu ISIN, il-kodiċi ISIN għal dak l-indiċi. Meta s-sottostanti jkun basket, inkludi l-ISIN ta' kull kostitwent tal-basket li jkun ammess għan-negozjar jew li jkun innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Il-kaxxa 47 tiġi rrappurtata kemm-il darba jkun meħtieġ sabiex jiġu elenkati l-istrumenti rappurtabbli kollha fil-basket. {ISIN} 48 Isem tal-indiċi sottostanti Meta s-sottostanti ikun indiċi, l-isem tal-Indiċi. {INDEX} Jew {ALPHANUM-25} — jekk l-isem tal-indiċi mhux inkluż fil-lista {INDEX} 49 Terminu tal-indiċi sottostanti Fil-każ li s-sottostanti jkun indiċi, it-terminu ta' żmien tal-indiċi. {INTEGER-3}+DAYS — jiem {INTEGER-3}+WEEK — ġimgħat {INTEGER-3}+MNTH — xhur {INTEGER-3}+YEAR — snin 50 Tip ta' opzjoni Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex call (dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (dritt ta' bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk jistax jiġi ddeterminat huwiex call jew put fil-ħin tal-eżekuzzjoni. F'każ ta' swappzjonijiet: F'każ ta' Limiti massimi u Limiti minimi: Il-kaxxa tapplika biss għal derivattivi li huma opzjonijiet jew ċertifikati. PUTO — Put CALL — Call OTHR — meta ma jistax jiġi ddeterminat jekk humiex call jew put 51 Prezz tal-eżerċitar Prezz predeterminat li fih id-detentur ikollu jixtri jew ibigħ l-istrument sottostanti, jew indikazzjoni li l-prezz ma jistax jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni. Il-kaxxa tapplika biss għal opzjonijiet jew ċertifikati meta l-prezz tal-eżerċitar ikun jista' jiġi ddeterminat fil-ħin tal-eżekuzzjoni. Meta l-prezz attwalment ma jkunx disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun PNDG Meta l-prezz tal-eżerċitar ma jkunx applikabbli, il-kaxxa ma timteliex. {DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju {DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala persentaġġ jew rendiment {DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi PNDG fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz 52 Munita tal-prezz tal-eżerċitar Munita tal-prezz tal-eżerċitar {CURRENCYCODE_3} 53 Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni Indikazzjoni dwar jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċizzata biss f'data fissa (stil Ewropew, u Asjatiku), f'serje ta' dati speċifikati minn qabel (stil ta' Bermuda) jew fi kwalunkwe żmien matul il-ħajja tal-kuntratt (stil Amerikan). Din il-kaxxa hija applikabbli biss għal opzjonijiet, ċertifikati u ċertifikati ta' intitolament. EURO — Ewropew AMER — Amerikan ASIA — Asjatiku BERM — ta' Bermuda OTHR — Kull tip ieħor 54 Data ta' maturità Data ta' maturità tal-istrument finanzjarju. Il-kaxxa tapplika għall-istrumenti ta' dejn b'maturità definita. {DATEFORMAT} 55 Data ta' skadenza Data ta' skadenza tal-istrument finanzjarju. Il-kaxxa tapplika għal derivattivi b'data ta' skadenza definita. {DATEFORMAT} 56 Tip ta' konsenja Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni ġietx saldata fiżikament jew fi flus kontanti. Meta ma tkunx tista' tiġi ddeterminata t-tip ta' konsenja fil-mument tal-eżekuzzjoni, il-valur għandu jkun OPTL Il-kaxxa hija applikabbli biss għal derivattivi. PHYS — Saldu fiżiku CASH — Saldu fi flus kontanti OPTN — Fakultattiva għall-kontroparti jew meta ddeterminata minn parti terza Negozjant, algoritmi, rinunzji u indikaturi 57 Deċiżjoni ta' investiment fid-ditta Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-persuna jew tal-algoritmu fid-ditta tal-investiment li jkunu responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment. Għall-persuni fiżiċi, jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6 Jekk id-deċiżjoni dwar l-investiment tkun saret permezz ta' algoritmu, il-kaxxa timtela kif stabbilit fl-Artikolu 8. Il-kaxxa tapplika biss għad-deċiżjoni dwar l-investiment fid-ditta. Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, din il-kaxxa timtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti. {NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi {ALPHANUM-50} — Algoritmi 58 Pajjiż tal-fergħa li tkun qed tissorvelja lill-persuna responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż tal-fergħa tad-ditta tal-investiment għall-persuna responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment, kif stabbilit fl-Artikolu 14(3)(b). Meta l-persuna responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment ma tkunx ġiet sorveljata minn fergħa, din il-kaxxa timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' ditti ta' pajjiż terz). Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, din il-kaxxa timtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti. Din il-kaxxa ma tapplikax meta d-deċiżjoni dwar l-investiment tkun saret minn algoritmu {COUNTRYCODE_2} 59 Eżekuzzjoni fid-ditta Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-persuna jew tal-algoritmu fid-ditta tal-investiment li tkun responsabbli għall-eżekuzzjoni. Għall-persuni fiżiċi, l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6 għandu jintuża jekk l-eżekuzzjoni tkun saret b'algoritmu, il-kaxxa timtela kif stabbilit fl-Artikolu 9. {NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi {ALPHANUM-50} — Algoritmi 60 Pajjiż tal-fergħa li jissorvelja lill-persuna responsabbli għall-eżekuzzjoni Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż tal-fergħa tad-ditta tal-investiment għall-persuna responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 14(3)(c). Meta l-persuna responsabbli ma tkunx ġiet sorveljata minn fergħa, din il-kaxxa timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' ditti ta' pajjiż terz) Din il-kaxxa ma tapplikax meta l-eżekuzzjoni tkun saret minn algoritmu {COUNTRYCODE_2} 61 Indikatur tar-rinunzja Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni ġietx eżegwita taħt rinunzja ta' qabel in-negozjar skont l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Għal strumenti ta' ekwità: Għal strumenti mhux tal-ekwità: Din il-kaxxa timtela biss għan-naħa tas-suq ta' tranżazzjoni eżegwita taħt rinunzja f'ċentru tan-negozjar. Imla waħda minn dawn il-markaturi jew aktar: 62 Indikatur ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira Bejgħ ta' pożizzjoni qasira konkluż minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem klijent, kif deskritt fl-Artikolu 11. Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni f'isem klijent li jkun qed ibigħ u d-ditta tal-investiment, fuq bażi tal-aħjar sforz, ma tkunx tista' tiddetermina jekk hijiex tranżazzjoni ta' pożizzjoni qasira, din il-kaxxa timtela bUNDI Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, din il-kaxxa timtela mid-ditta riċeventi fir-rapporti tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti. Din il-kaxxa tapplika biss meta l-istrument ikun kopert mir-Regolament (UE) Nru 236/2012, u l-bejjiegħ ikun id-ditta tal-investiment jew klijent tad-ditta tal-investiment. SESH — Bejgħ ta' pożizzjoni qasira b'ebda eżenzjoni SSEX — Bejgħ ta' pożizzjoni qasira b'eżenzjoni SELL — Ebda bejgħ ta' pożizzjoni qasira UNDI — Informazzjoni mhux disponibbli 63 Indikatur ta' wara n-negozjar barra l-Borża Indikatur tat-tip ta' tranżazzjoni skont l-Artikoli 20(3)(a) u 21(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Għall-istrumenti kollha: Għal strumenti ta' ekwità: Għal strumenti mhux tal-ekwità: Imla waħda minn dawn il-markaturi jew aktar: 64 Indikatur tad-derivattivi ta' komodità Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b'mod oġġettivament miżurabbli skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE. Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, din il-kaxxa timtela mid-ditta riċeventi fir-rapporti tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti. Din il-kaxxa tapplika biss għat-tranżazzjonijiet derivattivi ta' komodità. true — iva false — le 65 Indikatur tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli true timtela jekk it-tranżazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-attività iżda hija eżentata mir-rappurtar skont (UE) 2015/2365 inkella timtela false. true — iva false — le

SSSS hija s-sena;

XX huwa x-xahar;

JJ huwa l-jum;

T — tfisser li għandha tintuża l-ittra Ħ

hh hija s-siegħa;

mm hija l-minuta;

ss.dddddd hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

is-separatur deċimali huwa . (punt);

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b'- (minus);

Il-kaxxi kollha huma obbligatorji, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Għal kontijiet konġunti, il-kaxxi 7–11 għandhom jiġu ripetuti għal kull xerrej.

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, l-informazzjoni fil-kaxxi 7–15 għandha timtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti.

Meta t-trażmissjoni tkun għal ordni trażmessa li ma tkunx issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trasmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, id-ditta riċeventi għandha tittratta d-ditta trażmittenti bħala x-xerrej.

Il-kaxxi 8–15 huma applikabbli biss jekk ix-xerrej ikun klijent

Il-kaxxi 9-11 huma applikabbli biss jekk ix-xerrej ikun persuna fiżika

Il-kaxxi 12–15 huma applikabbli biss jekk min jieħu d-deċiżjoni jaġixxi taħt is-setgħa ta' rappreżentanza

Il-kaxxi 13-15 huma applikabbli biss jekk id-deċiżjoni tittieħed minn persuna fiżika

Għal kontijiet konġunti, il-kaxxi 16-20 għandhom jiġu ripetuti għal kull xerrej.

Meta t-tranżazzjoni għal bejjiegħ tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, l-informazzjoni fil-kaxxi 16-24 għandha timtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi mill-informazzjoni riċevuta mid-diita trażmittenti.

Meta t-trażmissjoni tkun għal ordni trażmessa li ma tkunx issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, id-ditta riċeventi għandha tittratta d-ditta trażmittenti bħala l-bejjiegħ.

Il-kaxxi 26 u 27 jimtlew biss għal rapporti dwar it-tranżazzjoni minn ditta riċeventi fejn ikunu ġew issodsfati l-kundizzjonijiet kollha għat-trażmissjoni fl-Artikolu 4.

Meta impriża taġixxi kemm bħala ditta riċeventi kif ukoll bħala ditta trażmittenti, hija għandha timla l-kaxxa 25 li tindika li hija ditta trażmittenti u għandha timla l-kaxxi 26 u 27 mill-perspettiva tagħha bħala ditta riċeventi.

PUTO, fil-każ ta' swapzjonijiet ta' riċevitur, meta x-xerrej ikollu d-dritt li jidħol fi swap bħala riċevitur b'rata fissa.

Call, fil-każ ta' swapzjonijiet ta' pagatur, meta x-xerrej ikollu d-dritt li jidħol fi swap bħala pagatur b'rata fissa.

-PUTO, fil-każ ta' Limitu Minimu.

-Call, fil-każ ta' Limitu Massimu.

RFPT = Tranżazzjoni tal-prezz ta' referenza

NLIQ = Tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji likwidi

OILQ = Tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji illikwidi

PRIC = Tranżazzjonijiet innegozjati soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz tas-suq attwali tal-istrument finanzjarju tal-ekwità.

SIZE = Tranżazzjoni li taqbeż daqs speċifiku

ILQD = Tranżazzjoni ta' strument illikwidu

RFPT — Tranżazzjoni tal-prezz ta' referenza

NLIQ — Innegozjat (likwidu)

OILIQ — Innegozjat (illikwidu)

PRIC — Innegozjat (kundizzjonijiet)

SIZE — ikbar mid-daqs speċifikat

ILQD — Strument illikwidu

BENC = Tranżazzjonijiet b'parametru referenzjarju

ACTX = Tranżazzjonijiet tat-tip agency cross

LRGS = Tranżazzjonijiet ta' wara n-negozjar fuq skala kbira

ILQD = Tranżazzjoni ta' strument illikwidu

SIZE = Tranżazzjoni li taqbeż daqs speċifiku

CANC = Kanċellazzjonijiet

AMND = Emendi

SDIV = Tranżazzjonijiet ta' dividendi speċjali

RPRI = Tranżazzjonijiet li jkunu rċevew titjib fil-prezz

DUPL = Rapporti duplikati tan-negozjar

TNCP = Tranżazzjonijiet li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet għall-finijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

TPAC = Tranżazzjoni f'pakkett

XFPH = Skambju għal Tranżazzjoni fiżika

BENC — Parametru Referenzjarju

ACTX = Tranżazzjonijiet tat-tip agency cross

LRGS — ta' skala kbira

ILQD — Strument illikwidu

SIZE — ikbar mid-daqs speċifikat

CANC — Kanċellazzjonijiet

AMND — Emendi

SDIV = Tranżazzjonijiet ta' dividendi speċjali

RPRI — Titjib fil-prezz

DUPL — Dupplikazzjonijiet

TNCP — Ma jikkontribwix għall-proċess tal-identifikazzjoni tal-prezz

TPAC — Pakkett

XFPH = Skambju għal Tranżazzjoni fiżika

ANNESS II Identifikaturi nazzjonali tal-klijenti għall-persuni fiżiċi li għandhom jintużaw fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni

ISO 3166 — 1 alpha 2 Isem il-Pajjiż identifikatur tal-ewwel prijorità identifikatur tat-tieni prijorità identifikatur tat-tielet prijorità AT L-Awstrija CONCAT BE Il-Belġju Numru Nazzjonali Belġjan (Numéro de registre national — Rijksregisternummer) CONCAT BG Il-Bulgarija Numru Personali Bulgaru CONCAT CY Ċipru Numru tal-Passaport Nazzjonali CONCAT CZ Ir-Repubblika Ċeka Numru ta' identifikazzjoni:nazzjonali (Rodné číslo) Numru tal-passaport CONCAT DE Il-Ġermanja CONCAT DK Id-Danimarka Numru tal-Identità Personali 10 numri alfanumeriċi: JJXXSSXXXX CONCAT EE L-Estonja Kodiċi ta' Identifikazzjoni Personali Estonjana (Isikukood) ES Spanja Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa (Código de identificación fiscal) FI Il-Finlandja Numru tal-Identità Personali CONCAT FR Franza CONCAT GB Ir-Renju Unit Numru tal-Assigurazzjoni Nazzjonali tar-Renju Unit CONCAT GR Il-Greċja 10 DSS digit investor share CONCAT HR Il-Kroazja Numru ta' Identifikazzjoni Personali (OIB — Osobni identifikacijski broj) CONCAT HU L-Ungerija CONCAT IE L-Irlanda CONCAT IS L-Iżlanda Kodiċi tal-Identità Personali (Kennitala) IT L-Italja Kodiċi fiskali (Codice fiscale) LI Il-Liechtenstein Numru tal-Passaport Nazzjonali Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali CONCAT LT Il-Litwanja Kodiċi Personali (Asmens kodas) Numru tal-Passaport Nazzjonali CONCAT LU Il-Lussemburgu CONCAT LV Il-Latvja Kodiċi Personali (Personas kods) CONCAT MT Malta Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali Numru tal-Passaport Nazzjonali NL In-Netherlands Numru tal-Passaport Nazzjonali Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali CONCAT NO In-Norveġja identifikazzjoni personali ta' 11-il numru (Foedselsnummer) CONCAT PL Il-Polonja Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali (PESEL) Numru tat-Taxxa (Numer identyfikacji podatkowej) PT Il-Portugall Numru tat-Taxxa (Número de Identificação Fiscal) Numru tal-Passaport Nazzjonali CONCAT RO Ir-Rumanija Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali (Cod Numeric Personal) Numru tal-Passaport Nazzjonali CONCAT SE L-Iżvezja Numru tal-identità personali CONCAT SI Is-Slovenja Numru tal-identifikazzjoni personali (EMŠO: Enotna Matična Številka Občana) CONCAT SK Is-Slovakkja Numru Personali (Rodné číslo) Numru tal-Passaport Nazzjonali CONCAT Il-pajjiżi l-oħra kollha Numru tal-Passaport Nazzjonali CONCAT

Versions

  1. 2016-07-28