Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/643 tat-3 ta' April 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/643@2017-04-03/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.
(2) Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.
(3) Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2 Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3 Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2017. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, João Aguiar Machado Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNEX
ANNESS
Nru 06/TQ127 Stat Membru Spanja Stokk WHM/ATLANT Speċi Marlin abjad (Tetrapturus albidus) Żona L-Oċean Atlantiku Data tal-għeluq 1.1.2017