Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/708 tad-19 ta' April 2017 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' April 2017 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/708@2017-04-19/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tat-tewm.
(2) Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni A mressqin tul l-ewwel sebat ijiem kalendarji tax-xahar ta' April 2017, għas-subperjodu mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Awwissu 2017, għal ċerti kwoti, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni A, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006.
(3) Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni A mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Awwissu 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2017. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS ————
Oriġini Numru tal-ordni Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Awwissu 2017 (f'%) Iċ-Ċina Importaturi tradizzjonali 09.4105 — Importaturi ġodda 09.4100 0,511358 Pajjiżi terzi oħra Importaturi tradizzjonali 09.4106 — Importaturi ġodda 09.4102 —