Gelex

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/903 tat-23 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2017) 3324) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2017-05-23from 2017-05-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/903@2017-05-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE, u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u tal-gruppi ta' residwi elenkati fl-Anness I tagħha. L-Artikolu 29 ta' dik id-Direttiva jeħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa (il-pjan). Il-pjan jenħtieġ li mill-inqas japplika għall-gruppi ta' residwi u sustanzi elenkati f'dak l-Anness I.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali speċifikati kif elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni (il-lista).

(3) Il-Kolombja ressqet pjan għall-ħalib lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Kolombja għall-ħalib.

(4) Il-Montenegro ressaq pjan għall-ħalib lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Montenegro għall-ħalib.

(5) L-Ukrajna ressqet pjan għall-fniek lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Ukrajna għall-fniek.

(6) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(7) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2017. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS

Kodiċi tal-ISO2 Pajjiż Bovini Ovini/kaprini Porċini Ekwini Pollam Akkwakultura Ħalib Bajd Fniek Anni-mali tal-kaċċa sla-vaġ Anni-mali tal-kaċċa mrob-bija fl-irziezet Għasel AD Andorra X X X X AE l-Emirati Għarab Magħquda X X AL l-Albanija X X X AM l-Armenja X X AR l-Arġentina X X X X X X X X X X X AU l-Awstralja X X X X X X X X BA il-Bożnija-Ħerzegovina X X X X X BD il-Bangladesh X BN il-Brunei X BR il-Brażil X X X X X BW il-Botswana X X X BY il-Belarussja X X X X BZ il-Belize X CA il-Kanada X X X X X X X X X X X X CH l-Iżvizzera X X X X X X X X X X X X CL iċ-Ċilì X X X X X X X X CM il-Kamerun X CN iċ-Ċina X X X X X CO il-Kolombja X X CR il-Costa Rica X CU Kuba X X DO ir-Repubblika Dominicana X EC l-Ekwador X ET l-Etjopja X FK il-Gżejjer Falkland X X X FO il-Gżejjer Faeroe X GE il-Georgia X GH il-Ghana X GL Greenland X X X GT il-Gwatemala X X HN il-Honduras X ID l-Indoneżja X IL Iżrael X X X X X X IN l-Indja X X X IR l-Iran X JM il-Ġamajka X JP il-Ġappun X X KE il-Kenja X KG il-Kirgiżistan X KR il-Korea t'Isfel X X LK is-Sri Lanka X MA il-Marokk X X MD il-Moldova X X X X ME il-Montenegro X X X X X X X X MG Madagascar X X MK l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja X X X X X X X X X MM ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar X MU Mauritius X MX il-Messiku X X X MY il-Malasja X X MZ il-Mozambique X NA in-Namibja X X NC New Caledonia X X X X X NI in-Nikaragwa X X NZ New Zealand X X X X X X X X PA il-Panama X PE il-Perù X PH il-Filippini X PM Saint Pierre u Miquelon X PN il-Gżejjer Pitcairn X PY il-Paragwaj X RS is-Serbja X X X X X X X X X X RU ir-Russja X X X X X X X X RW ir-Rwanda X SA l-Arabja Sawdija X SG Singapore X X X X X X X X X SM San Marino X X X SR is-Suriname X SV El Salvador X SZ is-Swaziland X TH it-Tajlandja X X X TN it-Tuneżija X X X TR it-Turkija X X X X X TW it-Tajwan X X TZ it-Tanzanija X X UA l-Ukrajna X X X X X X X X UG l-Uganda X X US l-Istati Uniti X X X X X X X X X X X UY l-Urugwaj X X X X X X X VE il-Venezwela X VN il-Vjetnam X X ZA l-Afrika t'Isfel X X ZM iż-Żambja X ZW iż-Żimbabwe X X

Versions

  1. 2017-05-23