Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/922 tas-17 ta' Mejju 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Traditional Welsh Perry (IĠP))
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/922@2017-05-17/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni Traditional Welsh Perry ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni Traditional Welsh Perry għandha tiġi rreġistrata,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Id-denominazzjoni Traditional Welsh Perry (IĠP) hija rreġistrata. Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014 tal-Kummissjoni.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Phil Hogan Membru tal-Kummissjoni