Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/940 tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu formiku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/940@2017-06-01/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali,u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.
(2) F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu formiku. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(3) L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu formiku bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi addittivi teknoloġiċi.
(4) Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta' April 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' aċidu formiku ma għandha ebda effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni hija effettiva fit-trażżin jew fit-tnaqqis tan-numru ta' patoġeni batteriċi fil-materjal tal-għalf u fl-għalf. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(5) Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-aċidu formiku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
(6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-awtorizzazzjoni
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi addittivi teknoloġiċi u mill-grupp funzjonali tejjieba tal-kundizzjoni iġjenika, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet imniżżlin f'dak l-Anness.
Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2017. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS 1.2.3.
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv L-addittiv Formula kimika, deskrizzjoni, metodi analitiċi Speċi jew kategorija ta' annimal L-età massima Il-kontenut minimu Il-kontenut massimu Dispożizzjonijiet oħrajn Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni mg ta' aċidu formiku/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % Addittivi teknoloġiċi: tejjieba tal-kundizzjoni iġjenika 1k236 Aċidu formiku L-ispeċi kollha tal-annimali — — 10000 Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna. It-taħlita ta' sorsi differenti ta' aċidu formiku ma għandhiex teċċedi l-kontenut massimu awtorizzat fl-għalf komplet. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza. 21.6.2027
ANNESS
Kompożizzjoni tal-addittiv
Aċidu formiku (≥ 84,5 %) Għamla likwida
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Aċidu formiku ≥ 84,5 % H2CO2 Nru tal-CAS: 64-18-6
Metodu analitiku
Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu formiku: metodu tal-kromatografija tal-joni mgħammar bid-detezzjoni tal-konduttività elettrika (IC-ECD).