Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/1004 tat-3 ta' Lulju 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2018)

In forceVersion 2018-07-03from 2018-07-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1004@2018-07-03/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2) Fit-8 ta' Diċembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2430, li taħtar lis-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Rafah mill-4 ta' Diċembru 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018.

(3) Fid-29 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/943, li testendi l-mandat ta' EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.

(4) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019

(5) Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta' Lulju 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-mandat tas-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah huwa b'dan estiż mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2018.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2018. Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Il-President W. Stevens

Versions

  1. 2018-07-03