Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1072 tat-30 ta' Lulju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

In forceVersion 2018-07-30from 2018-07-31
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1072@2018-07-30/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2) Bħala parti mill-politika tal-Unjoni ta' nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea u ta' Sevastopol, il-Kunsill iqis il-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch bħala azzjoni ulterjuri li ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(3) Il-kostruzzjoni ta' dan il-pont u l-ftuħ uffiċjali tiegħu, fil-15 ta' Mejju 2018, huma passi simboliċi ewlenin fil-konsolidazzjoni tal-kontroll tal-Federazzjoni Russa fuq il-Krimea u Sevastopol illegalment annessi u fl-iżolament ulterjuri tal-peniżola mill-Ukrajna.

(4) Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jenħtieġ li jiżdiedu entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(5) Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu fil-lista ta' entitajiet li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018. Għall-Kunsill Il-President G. Blümel

ANNEX

ANNESS

Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1: Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-Elenkar 42. AO Institute Giprostroymost – Saint-Petersburg АО Институт Гипростроймост – Санкт-Петербург Indirizz: 7 Yablochkova street, St. Petersburg, 197198 Russia, Sit web: http://gpsm.ru Indirizz elettroniku: office@gpsm.ru AO Institute Giprostroymost – Saint-Petersburg ipparteċipat fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tad-diżinn tiegħu tal-Pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Għaldaqstant qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li b'hekk tkompli tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. 31.7.2018 43. PJSC Mostotrest ПАО Мостотрест Indirizz: 6 Barklaya street, Bld. 5 Moscow, 121087, Russia PJSC Mostotrest ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-manutenzjoni tal-pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. 31.7.2018 44. JSC Zaliv Shipyard Судостроительный завод Залив Indirizz: 4 Tankistov street, 298310 Kerch, Crimea Sit web: http://zalivkerch.com JSC Zaliv Shipyard ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-linja tal-ferrovija ġdida lejn il-Pont ta' Kerch, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Għaldaqstant qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. 31.7.2018 45. Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ООО Стройгазмонтаж (груп СГМ) Indirizz: Prospect Vernadskogo 53, Moscow, 119415 Russia Sit web: www.ooosgm.com Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li b'hekk tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. 31.7.2018 46. Stroygazmontazh Most OOO OOO Стройгазмонтаж-Мост Indirizz: Barklaya street 6, building 7, Moscow 121087 Russia Nru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni: 1157746088170 Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7730018980 Sit web: http://kerch-most.ru/tag/sgam-most Indirizz elettroniku: kerch-most@yandex.ru Stroygazmontazh Most OOO hija sussidjarja tal-kuntrattur prinċipali Stroygazmontazh li jimmaniġġja l-proġett ta' kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta' Kerch. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. 31.7.2018 47. CJSC VAD AKTSIONERNOE OBSHCHESTVO VAD АО ВАД Indirizz: 133, Chernyshevskogo street, Vologda, Vologodskaya Oblast 160019, Russia 122 Grazhdanskiy Prospect, suite 5, Liter A, St. Petersburg 195267, Russia Nru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni: 1037804006811 (Russia) Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7802059185 Sit web: www.zaovad.com Indirizz elettroniku: office@zaovad.com CJSC VAD huwa l-kuntrattur ewlieni għall-kostruzzjoni tal-Awtostrada Tavrida fil-Krimea, it-triq fuq l-Istrett ta' Kerch u t-toroq ta' aċċess għalih. L-Awtostrada Tavrida ser tipprovdi aċċess tat-trasportazzjoni għall-Krimea permezz ta' sistema ta' toroq li għadhom kif inbnew li jservu bħala konnessjoni primarja mal-Pont ta' Kerch. Għaldaqstant CJSC VAD qed jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. 31.7.2018

Versions

  1. 2018-07-30