Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1231 tat-13 ta' Settembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

In forceVersion 2018-09-13from 2018-09-14
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1231@2018-09-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2) Fit-8 ta' Awwissu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-annotazzjoni ta' entità waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3) Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2018. Għall-Kunsill Il-President J. Bogner-Strauss

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509, entrata 71 taħt l-intestatura (b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi tinbidel b'dan li ġej: Isem Magħruf ukoll bħala Post Data tad-deżinjazzjoni min-NU Informazzjoni oħra 71. PRO-GAIN GROUP CORPORATION 30.3.2018 Kumpannija li tappartjeni lil Tsang Yung Yuan jew ikkontrollata minnu u involuta fi trasferimenti illeċiti ta' faħam tar-RDPK..

Versions

  1. 2018-09-13