Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 tat-8 ta' Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/12@2018-01-08/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.
(2) Fit-22 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2397(2017) li żiedet sittax-il persuna u entità mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi.
(3) L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Jannar 2018. Għall-Kunsill Il-President E. Kraleva
ANNEX
ANNESS
Il-persuni u l-entità li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3) kif stabbilit fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/1509:
(a) Persuni fiżiċi Isem Magħruf ukoll bħala Informazzjoni ta' identifikazzjoni Data tad-deżinjazzjoni min-NU Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet 64. CH'OE SO'K MIN Data tat-twelid: 25.7.1978 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Ch'oe So'k-min huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. Fl-2016, Ch'oe So'k-min kien il-viċi rappreżentant tal-uffiċċju tal-fergħa tal-Foreign Trade Bank f'dik il-lokalità barranija. Huwa kien assoċjat ma' trasferimenti ta' flus kontanti minn dak l-uffiċċju barrani tal-Foreign Trade Bank lejn banek affiljati ma' organizzazzjonijiet speċjali tal-Korea ta' Fuq u operattivi tar-Reconnaissance General Bureau f'lokalitajiet barranin fi sforz sabiex jiġu evitati sanzjonijiet. 65. CHU HYO'K Ju Hyok Data tat-twelid: 23.11.1986 Nru tal-passaport 836420186 maħruġ fit-28.10.2016, jiskadi fit-28.10.2021. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Chu Hyo'k huwa ċittadin Nord Korean li huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. 66. KIM JONG SIK Kim Cho'ng-sik Sena tat-twelid: 1967-1969. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel Indirizz: RDPK 22.12.2017 Uffiċjal ewlieni li jiggwida l-isforzi ta' żvilupp tal-AQM tar-RDPK. Iservi bħala Viċi Direttur tal-Partit tal-Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet tal-Korea. 67. KIM KYONG IL Kim Kyo'ng-il Lokalità: il-Libja Data tat-twelid: 1.8.1979 Nru tal-passaport 836210029. Ċittadinanza: RDPK. Sess: Raġel 22.12.2017 Kim Kyong Il huwa l-viċi kap rappreżentant tal-Foreign Trade Bank fil-Libja. 68. KIM TONG CHOL Kim Tong-ch'o'l Data tat-twelid:28.1.1966 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Kim Tong Chol huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. 69. KO CHOL MAN Ko Ch'o'l-man Data tat-twelid: 30.9.1967 Nru tal-passaport 472420180 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Ko Chol Man huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. 70. KU JA HYONG Ku Cha-hyo'ng Lokalità: il-Libja Data tat-twelid: 8.9.1957 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Ku Ja Hyong huwa l-kap rappreżentant tal-Foreign Trade Bank fil-Libja. 71. MUN KYONG HWAN Mun Kyo'ng-hwan Data tat-twelid: 22.8.1967 Nru tal-passaport 381120660, jiskadi fil-25.3.2016. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Mun Kyong Hwan huwa rappreżentant barrani tal-Bank of East Land. 72. PAE WON UK Pae Wo'n-uk Data tat-twelid: 22.8.1969 Ċittadinanza: RDPK Nru tal-passaport 472120208, jiskadi fit-22.2.2017 Sess: Raġel 22.12.2017 Pae Won Uk huwa rappreżentant barrani tal-Bank Daesong. 73. PAK BONG NAM Lui Wai Ming; Pak Pong Nam; Pak Pong-nam Data tat-twelid: 6.5.1969. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Pak Bong Nam huwa rappreżentant barrani tal-Ilsim International Bank. 74. PAK MUN IL Pak Mun-il Data tat-twelid 1.1.1965 Nru tal-passaport 563335509, jiskadi fis-27.8.2018. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Pak Mun Il huwa uffiċjal barrani tal-Korea Daesong Bank. 75. RI CHUN HWAN Ri Ch'un-hwan Data tat-twelid: 20.8.1965 Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fil-11.3.2019. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Ri Chun Hwan huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. 76. RI CHUN SONG Ri Ch'un-so'ng Data tat-twelid: 30.10.1965 Nru tal-passaport 654133553, jiskadi fil-11.3.2019. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Ri Chun Song huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. 77. RI PYONG CHUL Ri Pyo'ng-ch'o'l Sena tat-twelid: 1948 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel Indirizz: RDPK 22.12.2017 Membru supplenti tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon 78. RI SONG HYOK Li Cheng He Data tat-twelid: 19.3.1965 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Ri Song Hyok huwa rappreżentant barrani għall-Koryo Bank u Koryo Credit Development Bank u ġie rrapurtat li stabbilixxa kumpanniji tal-isem biex jakkwista oġġetti u jwettaq transazzjonijiet finanzjarji f'isem il-Korea ta' Fuq. 79. RI U'N SO'NG Ri Eun Song; Ri Un Song Data tat-twelid: 23.7.1969 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel 22.12.2017 Ri U'n-so'ng huwa rappreżentant barrani tal-Korea Unification Development Bank.
(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi Isem Magħruf ukoll bħala Lokalità Data tad-deżinjazzjoni min-NU Informazzjoni oħra 54. MINISTERU GĦALL-FORZI ARMATI TAL-POPLU (MPAF) Pyongyang, RDPK 22.12.2017 Il-Ministeru għall-Forzi Armati tal-Poplu jimmaniġġja l-ħtiġijiet amministrattivi u loġistiċi ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean.