Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/138 tas-16 ta' Jannar 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Traditional Welsh Caerphilly/Traditional Welsh Caerffili (IĠP))
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/138@2018-01-16/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) It-talba mressqa mir-Renju Unit biex id-denominazzjoni Traditional Welsh Caerphilly/Traditional Welsh Caerffili tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(2) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni Traditional Welsh Caerphilly/Traditional Welsh Caerffili tiġi rreġistrata,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Id-denominazzjoni Traditional Welsh Caerphilly/Traditional Welsh Caerffili (IĠP) hija rreġistrata. Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.3. Ġobon kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2018. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Phil Hogan Membru tal-Kummissjoni