Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1494 tat-8 ta' Ottubru 2018 li jemenda għall-291 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ta' ISIL (Da'esh) u l-Al-Qaeda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1494@2018-10-08/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da' esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.
(2) Fl-4 ta' Ottubru 2018 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(3) In order to ensure that the measures provided for in this Regulation are effective it should enter into force immediately,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I għar-Regolament Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2018. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Kap tas-Servizz tal-Istrumenti ta' Politika Barranija
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet: Jama'a Nusrat ul-Islam wa al-Muslimin (JNIM). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.10.2018.