Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 tad-9 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España

In forceVersion 2018-10-09from 2018-10-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1518@2018-10-09/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Settembru 2018 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2018/22),

Whereas:

(1) Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2) Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banco de España skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018

(3) Il-Banco de España għażel l-assoċjazzjoni temporanja tal-impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022

(4) Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakkomanda li Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A, bħala assoċjazzjoni temporanja ta' impriżi, jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.

(5) Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 1

3. Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A., bħala assoċjazzjoni temporanja ta' impriżi, huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banca de España għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020..

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2018. Għall-Kunsill Il-President E. Köstinger

Versions

  1. 2018-10-09