Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1536 tad-9 ta' Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar l-adeżjoni tal-Awstralja mal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1536@2018-10-09/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Fit-2 ta' Ġunju 2015, l-Awstralja applikat għall-adeżjoni mal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku (il-GPA rivedut).
(2) L-impenji tal-Awstralja dwar il-kopertura huma stabbiliti fl-offerta finali tagħha, kif ippreżentata lill-Partijiet għall-GPA rivedut (il-Partijiet) fis-7 ta' Marzu 2018.
(3) Għalkemm hija komprensiva, l-offerta tal-Awstralja ma tipprovdix kopertura sħiħa. Għalhekk huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti konċessjonijiet speċifiċi għall-Awstralja għall-kopertura tal-Unjoni. Dawn il-konċessjonijiet, kif riflessi fit-Tehmiża ma' din id-Deċiżjoni, se jsiru parti mit-termini tal-adeżjoni għall-GPA rivedut għall-Awstralja u se jkunu riflessi fid-deċiżjoni adottata mill-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku (il-Kumitat tal-GPA) rigward l-adeżjoni tal-Awstralja.
(4) L-adeżjoni tal-Awstralja mal-GPA rivedut hija mistennija li tkun ta' kontribut pożittiv lejn il-ftuħ ulterjuri tas-swieq tal-akkwist pubbliku f'livell internazzjonali.
(5) L-Artikolu XXII(2) tal-GPA rivedut jipprevedi li kwalunkwe Membru tad-WTO jista' jaċċedi għall-GPA rivedut skont termini li għandhom jiġu miftiehma bejn dak il-Membru u l-Partijiet, b'tali termini li jiġu stabbiliti f'deċiżjoni tal-Kumitat tal-GPA.
(6) Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-GPA relattivament għall-adeżjoni tal-Awstralja,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku għandha tkun li tiġi approvata l-adeżjoni tal-Awstralja mal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku, soġġett għat-termini speċifiċi ta' adeżjoni stabbiliti fit-Tehmiża ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2018. Għall-Kunsill Il-President E. Köstinger
ANNEX
Tehmiża
TERMINI TAL-UE GĦALL-ADEŻJONI TAL-AWSTRALJA GĦALL-GPA (s)
Mal-adeżjoni tal-Awstralja mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi: Mal-adeżjoni tal-Awstralja mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi: Mal-adeżjoni tal-Awstralja għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi, in-Nota 6 tan-Noti tal-Anness 3 tal-Appendiċi I Impenji tal-Unjoni Ewropea għandha tinkludi l-punti li ġejjin wara l-punt wara l-punt r): l-akkwist mill-entitajiet tal-akkwist li joperaw fl-oqsma li ġejjin: fir-rigward ta' provvisti, servizzi, fornituri u provdituri ta' servizzi mill-Awstralja.
TERMINI TAL-UE GĦALL-ADEŻJONI TAL-AWSTRALJA GĦALL-GPA
3. il-punt 3 tat-Taqsima 2 (L-awtoritajiet kontraenti tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri tal-UE) tal-Anness 1 tal-Appendiċi I Impenji tal-Unjoni Ewropea għandu jaqra kif ġej: Għal prodotti, servizzi, fornituri u provdituri ta' servizzi fl-Istati Uniti; il-Kanada; il-Ġappun; Hong Kong, iċ-Ċina; Singapore; il-Korea; l-Armenja; it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu, in-New Zealand u l-Awstralja, l-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti tal-gvern ċentrali li ġejjin, sakemm dawn ma jkunux immarkati b'asterisk.
2. in-Nota 2 tan-Noti tal-Anness 1 tal-Appendiċi I Impenji tal-Unjoni Ewropea għandha tinbidel kif ġej: Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XVIII ma għandhomx japplikaw għal fornituri u provdituri ta' servizzi mill-Ġappun, il-Korea, l-Istati Uniti u l-Awstralja fil-kontestazzjoni tal-għoti ta' kuntratti lil fornitur jew provditur ta' servizz ta' Partijiet oħra għajr dawk imsemmija, li huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-UE, sakemm l-UE taċċetta li dawn ma għadhomx joperaw miżuri diskriminatorji favur ċerti negozji domestiċi żgħar u tal-minoranzi.
(h)(i)(j) in-Nota 1 tan-Noti tal-Anness 2 tal-Appendiċi I Impenji tal-Unjoni Ewropea għandha tinkludi l-punti li ġejjin wara l-punt g): l-akkwist minn awtoritajiet kontraenti reġjonali u lokali (awtoritajiet kontraenti ta' unitajiet amministrattivi elenkati taħt NUTS 2 u 3 u unitajiet amministrattivi iżgħar, kif imsemmi fir-Regolament (KE) 1059/2003 (kif emendat)) fir-rigward ta' prodotti, servizzi, fornituri u provdituri ta' servizzi mill-Awstralja; l-akkwist ta' bejn 200000 SDR u 355000 SDR minn awtoritajiet kontraenti reġjonali u ta' bejn 200000 SDR u 400000 SDR għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku koperti f'dan l-Anness ta' prodotti u servizzi għal fornituri u provdituri ta' servizzi mill-Awstralja; l-akkwist mill-entitajiet tal-akkwist koperti f'dan l-Anness ta': fir-rigward ta' fornituri u provdituri ta' servizzi mill-Awstralja.
(h)(i)(j)
i
vetturi bil-mutur, kif deskritt fil-Kapitoli tan-Nomenklatura Magħquda (NM) speċifikati hawn taħt: 8702 Vetturi bil-mutur għat-trasport għal għaxar persuni jew aktar, inkluż ix-xufier 8703 Karozzi bil-mutur u vetturi oħrajn bil-mutur prinċipalment maħsubin għat-trasport ta' persuni (minbarra dawk tal-intestatura 8702), inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq 8704 Vetturi bil-mutur għat-trasport ta' prodotti 8705 Vetturi bil-mutur b'għanijiet speċjali, ħlief dawk prinċipalment maħsubin għat-trasport ta' persuni u oġġetti (pereżempju, trakkijiet għall-ħsarat, trakkijiet krejn, vetturi għat-tifi tan-nar, trakkijiet tal-miksers tal-konkos, trakkijiet għall-knis tat-toroq, trakkijiet biex ibexxu, ħwienet tax-xogħol mobbli, unitajiet radjoloġiċi mobbli) 8711 Muturi (inklużi roti mutur (mopeds) u roti mgħammrin b'mutur awżiljarju, bis-side-cars jew le; side-cars 8713 Vetturi għall-ġarr ta' persuni b'diżabbiltà, immotorizzati jew le jew immexxijin b'mod ieħor mekkaniku
ii
komponenti għal vetturi bil-mutur, kif deskritt fil-Kapitoli tan-Nomenklatura Magħquda (NM) speċifikati hawn taħt: 8706 00 Xażis armati bil-magni, għall-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705 8707 Bodis (inklużi kabini), għall-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705 8708 Partijiet u aċċessorji tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705 8714 Partijiet u aċċessorji ta' vetturi tal-intestaturi 8711 sa 8713 8716 Trejlers u semitrejlers; vetturi oħrajn, mhux immexxijin b'mod mekkaniku; partijiet tagħhom
(2) in-Nota 2 tan-Noti tal-Anness 2 tal-Appendiċi I Impenji tal-Unjoni Ewropea għandha tinbidel kif ġej: Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XVIII ma għandhomx japplikaw għal fornituri u provdituri ta' servizzi mill-Ġappun, il-Korea, l-Istati Uniti u l-Awstralja fil-kontestazzjoni tal-għoti ta' kuntratti lil fornitur jew provditur ta' servizz ta' Partijiet oħra għajr dawk imsemmija, li huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-UE, sakemm l-UE taċċetta li dawn ma għadhomx joperaw miżuri diskriminatorji favur ċerti negozji domestiċi żgħar u tal-minoranzi.
TERMINI TAL-UE GĦALL-ADEŻJONI TAL-AWSTRALJA GĦALL-GPA (s) i
il-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb koperti f'dan l-Anness;
ii
il-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni tal-elettriku koperti f'dan l-Anness;
iii
il-faċilitajiet tal-ajruporti koperti f'dan l-Anness;
iv
il-faċilitajiet tal-portijiet marittimi jew tal-portijiet interni jew faċilitajiet oħra tat-terminals koperti f'dan l-Anness;
v
servizzi urbani tal-ferrovija, tat-tram, tat-trolley bus jew servizzi tal-karozzi tal-linja koperti f'dan l-Anness; u
vi
it-trasport bil-ferrovija fuq ferroviji koperti f'dan l-Anness;