Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1599 tal-15 ta' Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1599@2018-10-15/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Fit-23 ta' April 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta' kummerċ ħieles (FTA) mal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN). Dik l-awtorizzazzjoni pprevediet il-possibbiltà ta' negozjati bilaterali.
(2) Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tmexxi negozjati bilaterali dwar FTA ma' Stati Membri individwali tal-ASEAN, li jibdew b'Singapore, li kellhom isiru skont id-direttivi attwali ta' negozjar.
(3) In-negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (il-Ftehim) ġew konklużi, u l-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal konklużjoni f'data aktar tard,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3 Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ottubru 2018. Għall-Kunsill Il-President E. Köstinger