Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1715 tat-12 ta' Novembru 2018 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2020, l-ammont annwali għall-2019, l-ewwel ħlas parzjali għall-2019 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta' kontribuzzjonijiet għas-snin 2021 u 2022
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1715@2018-11-12/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2015/323, il-Kummissjoni trid tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru 2018 li tispeċifika: (a) l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għall-2020; (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2019; (c) l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2019; u (d) tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2021-2022.
(2) Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2015/323, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jimmaniġġa.
(3) L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2015/323 jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet jużaw l-ewwel l-ammonti stipulati fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi taħt l-10 FEŻ għall-BEI u l-11-il FEŻ għall-Kummissjoni.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2171 stabbiliet il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għall-2019 għal EUR 4600000000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300000000 għall-BEI,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2020 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4900000000. Dan għandu jinqasam f'EUR 4600000000 għall-Kummissjoni, u EUR 300000000 għall-BEI.
Artikolu 2 L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2019 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4700000000. Dan għandu jinqasam f'EUR 4400000000 għall-Kummissjoni, u EUR 300000000 għall-BEI.
Artikolu 3 Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2019 huma stipulati fit-tabella stabbilita fl-Anness.
Artikolu 4 It-tbassir mhux vinkolanti indikattiv għall-ammont annwali mistenni ta' kontribuzzjonijiet għall-2021 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4000000000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300000000 għall-BEI, u għall-2022 għal EUR 3500000000 għall-Kummissjoni u EUR 400000000 għall-BEI.
Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Novembru 2018. Għall-Kunsill Il-President G. Blümel
ANNEX
ANNESS
STATI MEMBRI Skema tal-10 FEŻ, % Skema tal-11-il FEŻ, % L-1el ħlas parzjali tal-2019 (EUR) Total Il-Kummissjoni Il-BEI Il-11-il FEŻ L-10 FEŻ IL-BELĠJU 3,53 3,24927 64985400,00 3530000,00 68515400,00 Il-BULGARIJA 0,14 0,21853 4370600,00 140000,00 4510600,00 IĊ-ĊEKJA 0,51 0,79745 15949000,00 510000,00 16459000,00 ID-DANIMARKA 2,00 1,98045 39609000,00 2000000,00 41609000,00 IL-ĠERMANJA 20,50 20,57980 411596000,00 20500000,00 432096000,00 L-ESTONJA 0,05 0,08635 1727000,00 50000,00 1777000,00 L-IRLANDA 0,91 0,94006 18801200,00 910000,00 19711200,00 IL-GREĊJA 1,47 1,50735 30147000,00 1470000,00 31617000,00 SPANJA 7,85 7,93248 158649600,00 7850000,00 166499600,00 FRANZA 19,55 17,81269 356253800,00 19550000,00 375803800,00 IL-KROAZJA 0,00 0,22518 4503600,00 0,00 4503600,00 L-ITALJA 12,86 12,53009 250601800,00 12860000,00 263461800,00 ĊIPRU 0,09 0,11162 2232400,00 90000,00 2322400,00 IL-LATVJA 0,07 0,11612 2322400,00 70000,00 2392400,00 IL-LITWANJA 0,12 0,18077 3615400,00 120000,00 3735400,00 IL-LUSSEMBURGU 0,27 0,25509 5101800,00 270000,00 5371800,00 L-UNGERIJA 0,55 0,61456 12291200,00 550000,00 12841200,00 MALTA 0,03 0,03801 760200,00 30000,00 790200,00 IN-NETHERLANDS 4,85 4,77678 95535600,00 4850000,00 100385600,00 L-AWSTRIJA 2,41 2,39757 47951400,00 2410000,00 50361400,00 IL-POLONJA 1,30 2,00734 40146800,00 1300000,00 41446800,00 IL-PORTUGALL 1,15 1,19679 23935800,00 1150000,00 25085800,00 IR-RUMANIJA 0,37 0,71815 14363000,00 370000,00 14733000,00 IS-SLOVENJA 0,18 0,22452 4490400,00 180000,00 4670400,00 IS-SLOVAKKJA 0,21 0,37616 7523200,00 210000,00 7733200,00 IL-FINLANDJA 1,47 1,50909 30181800,00 1470000,00 31651800,00 L-IŻVEZJA 2,74 2,93911 58782200,00 2740000,00 61522200,00 IR-RENJU UNIT 14,82 14,67862 293572400,00 14820000,00 308392400,00 TOTAL EU-28 100,00 100,00 2000000000,00 100000000,00 2100000000,00