Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1731 tat-12 ta' Novembru 2018 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1731@2018-11-12/mt
Contents
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,
Billi:
(1) Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116, (UE) 2015/190 u (UE) 2015/994 li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar il-5 ta' April 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/552, is-Sur KASTRUP LARSEN ġie sostitwit mis-Sur Erik NIELSEN bħala membru. Fis-7 ta' Marzu 2017, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/426, is-Sur Erik NIELSEN ġie sostitwit mis-Sinjura Kirstine BILLE bħala membru u s-Sinjura Kirsten JENSEN ġiet maħtura mill-ġdid bħala membru.
(2) Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sinjura Kirstine Bille u tas-Sinjur Jens Christian GJESING saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(3) Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur John SCHMIDT ANDERSEN u tas-Sinjura Kirsten JENSEN saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
Artikolu 1
(a) bħala membri:
Is-Sur Jens Christian GJESING, Kunsillier Haderslev,
Is-Sinjura Kirstine BILLE, 2. Viċi Sindku Syddjurs,
(b) bħala membri supplenti:
Is-Sinjura Kirsten JENSEN, Sindku Hillerød,
Is-Sur Karsten SØNDERGAARD NIELSEN, Sindku Egedal.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Novembru 2018. Għall-Kunsill Il-President G. Blümel