Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1864 tat-28 ta' Novembru 2018 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2018-11-28from 2018-12-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1864@2018-11-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4) Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2 L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2018. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS ———

Deskrizzjoni tal-oġġetti Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Prodott li huwa kompost mill-ingredjenti li ġejjin (% skont il-piż): 15179099 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 1517, 151790 u 15179099. Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 1504 bħala żejt tal-ħuta minħabba li mħallat maż-żejt tal-ġirasol għax it-test tal-intestatura ma jippermettix taħlitiet ta' żjut tal-annimali u veġetali. It-taħlitiet li jittieklu taż-żjut veġetali u tal-annimali għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 1517 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 1517, l-ewwel paragrafu, punt (3)). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 15179099 bħala taħlita li tista' tittiekel ta' żjut veġetali u tal-annimali. żejt tal-ħuta 99,7307, tokoferoli 0,1885, żejt tal-ġirasol 0,0808. Iż-żejt tal-ħuta hu magħmul minn taħlita ta' żjut ta' ħut tal-familji li ġejjin: Engraulidae, Osmeridae, Carangidae, Clupeidae, Salmonidae and Scombridae. Iż-żejt tal-ħuta mhuwiex żejt tal-fwied tal-ħut. It-tokoferoli jinżiedu intenzjonalment maż-żejt tal-ħuta biex jipprevjenu l-ossidazzjoni tal-lipidi. Iż-żejt tal-ġirasol jaġixxi bħala trasportatur u bħala aġent li jżid il-volum tat-tokoferoli qabel ma dawn jiġu mħallta maż-żejt tal-ħuta. Barra minn hekk, iż-żejt tal-ġirasol jiżgura li t-tokoferoli jinħallu tajjeb fiż-żejt tal-ħuta matul it-taħlit. Il-prodott huwa ppreżentat bl-ingrossa għall-użu fil-produzzjoni ta' kapsuli tal-ġelatina rotob.

Versions

  1. 2018-11-28