Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1969 tat-12 ta' Diċembru 2018 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta' qabel

In forceVersion 2018-12-12from 2018-12-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/1969@2018-12-12/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦALL-2018 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, u b'mod partikulari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1) Il-kwoti tas-sajd għall-2017 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2372, u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127.

(2) Il-kwoti tas-sajd għall-2018 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360, u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120.

(3) Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, hija għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta' dak l-Istat Membru.

(4) L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd irid isir fis-sena jew fis-snin sussegwenti billi jiġu applikati l-fatturi rispettivi ta' multiplikazzjoni mogħtija f'dawk il-paragrafi.

(5) Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għall-2017. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqsu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2018 u, fejn rilevanti, fis-snin sussegwenti, għall-istokkijiet mistada żżejjed.

(6) Fl-2016, Spanja stadet iktar mill-kwota tagħha għall-alonga fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N (ALB/AN05N). Fuq talba ta' Spanja, it-tnaqqis korrispondenti nqasam nofs b'nofs fuq sentejn (l-2017 u l-2018). L-ewwel nofs tat-tnaqqis, jiġifieri 1134,677 tunnellata, tnaqqas mill-kwota ta' Spanja għall-2017 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2309. Il-kwota oriġinali ta' Spanja għall-alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N (ALB/AN05N) għall-2018, kif ġiet stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/120, diġà kienet tirrifletti tnaqqis ta' 945,560 tunnellata. Għalhekk jenħtieġ li titnaqqas il-kwantità ta' 189,117-il tunnellata li fadal mill-kwota ta' Spanja għall-2018.

(7) Jenħtieġ li t-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd previst f'dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis applikabbli għall-kwoti tal-2018 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013.

(8) Billi l-kwoti jingħataw f'tunnellati, jenħtieġ li s-sajd eċċessiv ta' kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata ma jitqiesx,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/2285, (UE) 2017/1970, (UE) 2017/2360 u (UE) 2018/120 għall-2018 għandhom jitnaqqsu kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2018. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦALL-2018 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED

Stat Membru Kodiċi tal-ispeċi Kodiċi taż-żona Isem l-ispeċi Isem iż-żona Il-kwota oriġinali tal-2017 (f'kilogrammi) Il-ħatt l-art permess għall-2017 (il-kwantità totali adattata f'kilogrammi) Il-qabdiet totali li saru fl-2017 (il-kwantità f'kilogrammi) Il-konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess Is-sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f'kilogrammi) Il-fattur ta' multiplikazzjoni Fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni It-tnaqqis pendenti mis-sena jew mis-snin ta' qabel (il-kwantità f'kilogrammi) It-tnaqqis li jrid isir fl-2018 (il-kwantità f'kilogrammi) BE RJU 07D. Ir-raja ondjata L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId 2000 2000 5648 282,40 % 3648 1,00 / / 3648 BE SRX 07D. Ir-rebekkini u r-raj L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId 96000 91353 95695 104,75 % 4342 / / / 4342 BE SRX 67AKXD Ir-rebekkini u r-raj L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa sa c u VIIe sa k 762000 907100 919333 101,35 % 12233 / / / 12233 DK MAC 2A34. Il-kavalli Iż-żoni IIIa u IV u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb u IIIc u tas-subdiviżjonijiet 22 sa 32 22031 17525756 17992741 102,66 % 466985 / / / 466985 DK MAC 2A4 A-N Il-kavalli L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa 16004 14538090 14801414 101,81 % 263324 / / / 263324 DK MAC 2CX14- Il-kavalli Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV / 5341916 5342930 100,02 % 1014 / / / 1014 DK NOP 04-N. Il-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji marbutin miegħu L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV 0 0 16298 Ma japplikax 16298 1,00 A / 24447 DK OTH 1N2AB. Speċijiet oħrajn L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II / 0 9979 Ma japplikax 9979 1,00 / / 9979 DK POK 1N2AB. Il-pollakkju l-iswed L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II / 0 9508 Ma japplikax 9508 1,00 / / 9508 ES ALB AN05N L-alonga tat-Tramuntana L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N 14981130 13961453 13940306 99,85 % – 21147 / / 189117 189117 ES GHL 1N2AB. Il-ħalibatt ta' Greenland L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II / 19200 36090 187,97 % 16890 1,00 A / 25335 ES GHL N3LMNO Il-ħalibatt ta' Greenland Iż-żona 3LMNO tan-NAFO 4067000 4061001 4072229 100,28 % 11228 / C / 11228 ES POK 1N2AB. Il-pollakkju l-iswed L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II / 86500 88150 101,91 % 1650 / / / 1650 ES SWO AS05N Il-pixxispad L-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar ta' 5° N 4715270 4715270 4808206 101,97 % 92936 / / / 92936 FR GHL 1N2AB. Il-ħalibatt ta' Greenland L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II / 0 6868 Ma japplikax 6868 1,00 / / 6868 FR YFT IOTC It-tonn l-isfar Iż-Żona ta' Kompetenza tal-IOTC 29501000 29651000 29960730 101,04 % 309730 / / / 309730 IE HKE 8ABDE. Il-merluzz Iż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe / 0 1300 Ma japplikax 1300 1,00 C / 1300 IE MAC 2CX14- Il-kavalli Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV 86426000 86319537 86520982 100,23 % 201445 / / / 201445 NL WHG 56-14 Il-merlangu Iż-żona VI, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV / 0 18648 Ma japplikax 18648 1,00 / / 18648 PL COD 3BC+24 Il-bakkaljaw Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24 654000 915170 947501 103,53 % 32331 / C / 32331 PT ALB AN05N L-alonga tat-Tramuntana L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N 2413800 2332800 2564017 109,91 % 231217 / / / 231217 PT ALF 3X14- Il-fonsa l-ħamra L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV 182000 182626 185582 101,62 % 2956 / / / 2956 PT ANE 9/3411 L-inċova Iż-żoni IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF 6522000 8992936 9141377 101,65 % 148441 / / / 148441 PT BUM ATLANT Il-marlin blu L-Oċean Atlantiku 52320 51259 56271 109,78 % 5012 / / / 5012 PT LEZ 8C3411 Il-megrims Iż-żoni VIIIc, IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF 36000 139400 142316 102,09 % 2916 / / / 2916 PT SBR 09- Il-paġella l-ħamra L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona IX 37000 72027 75905 105,38 % 3878 / / / 3878 PT SRX 89-C. Ir-rebekkini u r-raj L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX 1156000 1132824 1211808 106,97 % 78984 / / / 78984 PT SWO AN05N Il-pixxispad L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N 1170830 1738532 1854956 106,70 % 116424 / / / 116424 UK MAC 2CX14- Il-kavalli Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV 237677000 222116471 224288943 100,98 % 2172472 / A / 2172472

Versions

  1. 2018-12-12