Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2007 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

In forceVersion 2018-12-17
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/2007@2018-12-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (2)
  4. (3)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK li stabbilixxiet l-operazzjoni militari Atalanta tal-UE (Atalanta).

(2) Fit-30 ta' Lulju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1083 li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK u estendiet l-Atalanta sal-31 ta' Diċembru 2020.

(3) Fl-14 ta' Novembru 2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2444 (2018), li tterminat il-mandat tal-Grupp ta' Monitoraġġ tas-Somalja u l-Eritrea b'effett mis-16 ta' Diċembru 2018 u stabbilixxiet il-Bord ta' Esperti dwar is-Somalja bl-istess kompiti fir-rigward tas-Somalja.

(4) Fit-22 ta' Novembru 2018, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) qabel li l-Atalanta għandha tkun awtorizzata tittrasferixxi informazzjoni lill-INTERPOL u lill-EUROPOL, inkluża data personali miksuba fl-ambitu tal-qafas legali eżistenti, dwar attivitajiet illegali li mhumiex piraterija, li tkun inġabret matul l-operazzjonijiet tagħha kontra l-piraterija, filwaqt li ma jinbidilx il-mandat tal-Atalanta.

(5) Il-KPS qabel ukoll li fl-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni dwar il-liġi applikabbli għar-rilaxx ta' data personali f'dak il-kuntest.

(6) Jenħtieġ għalhekk li l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK tiġi emendata kif meħtieġ.

(7) F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tiħux sehem fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tiħux sehem fil-finanzjament ta' din l-operazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija emendata kif ġej:

Artikolu 1

(1)(n) fl-Artikolu 2, il-punt (n) huwa sostitwit minn dan li ġej: tappoġġa, b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u skont il-mezzi u l-kapaċitajiet eżistenti, l-attivitajiet tal-Bord ta' Esperti dwar is-Somalja f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2444 (2018) billi timmonitorja u tirrapporta lil dak il-Bord bastimenti ta' interess suspettati li jappoġġaw lin-netwerks tal-piraterija.;

(2) fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 huwa sostitwit minn dan li ġej:

(2)

4. L-Atalanta hija b'dan awtorizzata li tikkondividi mal-Bord ta' Esperti dwar is-Somalja u mas-CMF informazzjoni, minbarra data personali, dwar attivitajiet illegali jew mhux awtorizzati, miġbura matul l-operazzjonijiet kontra l-piraterija.;

(3) fl-Artikolu 15, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

(3)

5. L-operazzjoni Atalanta hija b'dan awtorizzata tirrilaxxa lill-INTERPOL, f'konformità mal-Artikolu 2(h), u lill-EUROPOL, f'konformità mal-Artikolu 2(i), informazzjoni dwar attivitajiet illegali li mhumiex piraterija li tkun inġabret matul l-operazzjonijiet tagħha kontra l-piraterija.

6. Ir-rilaxx ta' data personali skont l-Artikolu 2 għandu jsir f'konformità mal-liġijiet tal-Istat tal-bastiment jew tal-inġenju tal-ajru li jipproċessa tali data personali..

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018. Għall-Kunsill Il-President E. Köstinger

Versions

  1. 2018-12-17