Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2037 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 5b, 6b u 6aN minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/2037@2018-12-17/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.
(2) Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2018.
(3) Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd ta' dak l-istokk,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2018 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2 Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, João Aguiar Machado Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNEX
ANNESS
Nru 50/TQ120 Stat Membru Franza Stokk HER/5B6ANB Speċi Aringa (Clupea harengus) Żona L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 5b, 6b u 6aN Data tal-għeluq 26.11.2018