Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/2075 tas-7 ta' Diċembru 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2018)

In forceVersion 2018-12-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/2075@2018-12-07/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1) Skont id-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2) Fid-19 ta' Diċembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2438 li taħtar lis-Sur Erik HØEG bħala Kap tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2017 sal-14 ta' Diċembru 2018.

(3) Fit-3 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1884, li estendiet il-mandat tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2020.

(4) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Erik HØEG bħala Kap tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-mandat tas-Sur Erik HØEG bħala Kap tal-EUMM Georgia huwa b'dan estiż mill-15 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2020.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2018. Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Il-President S. From-Emmesberger

Versions

  1. 2018-12-07