Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/226 tal-15 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/226@2018-02-15/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR).
(2) Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK. L-isem tal-missjoni nbidel għal EUCAP Somalia, u l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018 u l-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub ġie estiż sat-28 ta' Frar 2017.
(3) Fis-27 ta' Frar 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/349 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-28 ta' Frar 2018.
(4) Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata biex tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej: L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 27335900..
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018. Għall-Kunsill Il-President K. Valchev