Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/252 tad-19 ta' Frar 2018 dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ tas-suq għas-settur tal-pollam fi Franza

In forceVersion 2018-02-19from 2018-02-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/252@2018-02-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2
  3. Artikolu 3
  4. 1.
  5. Artikolu 4
  6. ANNEX
  7. Żoni u perjodi regolati kif jissemmew fl-Artikolu 2

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 220(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017, Franza kkonfermat bosta tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u bagħtet notifiki dwar dawn it-tifqigħat. B'kollox, ġew ikkonfermati 486 tifqigħa fi Franza. L-ispeċijiet milquta huma l-papri, il-wiżż, id-dundjani, il-farawni u s-summien kif ukoll flieles, tiġieġ, sriedaq, ħosien, tiġieġ imsemmen, tiġieġ ta' età żgħira u tiġieġ li jbid tal-ispeċi Gallus domesticus.

(2) Minnufih u b'mod effiċjenti, Franza ħadet il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji kollha meħtieġa skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE.

(3) B'mod partikolari, Franza ħadet miżuri ta' kontroll, ta' monitoraġġ u ta' prevenzjoni filwaqt li stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza (iż-żoni regolati) skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247, (UE) 2017/417, (UE) 2017/554, (UE) 2017/696, (UE) 2017/780 u (UE) 2017/1139. Biex tikkontrolla u tipprevjeni t-tixrid tal-marda, Franza imponiet żewġ settijiet ta' miżuri, l-ewwel fil-forma ta' restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-għasafar, projbizzjoni milli jitqiegħdu fihom tjur u l-estensjoni tal-perjodi ta' mistrieħ f'azjendi tal-pollam fiż-żoni regolati stabbiliti wara tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotop H5; u t-tieni fil-forma tal-implimentazzjoni ta' estensjoni ulterjuri, fl-istabbilimenti tal-papri u tal-wiżż li jinsabu fiż-żoni regolati fil-31 ta' Marzu 2017, tal-perjodi ta' mistrieħ u ta' projbizzjoni milli jitqiegħdu fihom tjur sat-28 ta' Mejju 2017.

(4) Permezz tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri, Franza rnexxielha trażżan u twaqqaf għalkollox it-tixrid tal-marda. Il-miżuri tal-Unjoni u dawk nazzjonali rigward is-saħħa tal-annimali, kif ukoll il-miżuri veterinarji, ġew applikati sad-29 ta' Settembru 2017 fl-azjendi kollha rilevanti.

(5) Franza infurmat lill-Kummissjoni li l-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji meħtieġa, li kienu ġew applikati biex irażżnu u jeradikaw it-tixrid tal-marda, affettwaw għadd kbir ħafna ta' operaturi u li dawk l-operaturi ġarrbu telf ta' introjtu li ma kienx eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(6) Fit-12 ta' April, fit-3 ta' Awwissu u fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet talbiet formali minn Franza għall-finanzjament parzjali ta' ċerti miżuri eċċezzjonali skont l-Artikolu 220(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(7) B'riżultat tal-miżuri tas-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji li ġew applikati, il-perjodi ta' mistrieħ sanitarju ġew estiżi, l-introduzzjoni tat-tjur ġiet ipprojbita u ġew ristretti fl-azjendi l-movimenti tat-tipi kollha ta' tjur fiż-żoni regolati stabbiliti wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5. Dan kien jikkonċerna l-ispeċijiet li ġejjin: il-papri, il-wiżż, id-dundjani, il-farawni u s-summien, kif ukoll flieles, tiġieġ, sriedaq, ħosien, tiġieġ imsemmen, tiġieġ ta' età żgħira u tiġieġ li jbid tal-ispeċi Gallus domesticus. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-pollam f'dawn l-azjendi. Għalhekk jixraq li jingħata kumpens għal dan it-telf.

(8) B'riżultat tal-miżuri tas-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji li ġew applikati, it-tqegħid tal-papri u tal-wiżż fl-azjendi kollha fiż-żoni regolati ġie pprojbit sat-28 ta' Mejju 2017. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-laħam tal-pollam f'dawn l-azjendi tal-papri u tal-wiżż. Għalhekk jixraq li jingħata kumpens għal dan it-telf.

(9) Skont l-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-finanzjament parzjali mill-Unjoni jrid ikun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba minn Franza għall-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq. Jenħtieġ li l-kwantitajiet massimi eliġibbli għal finanzjament fir-rigward ta' kull miżura eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq jiġu ffissati mill-Kummissjoni wara li tkun fliet it-talba li tkun irċeviet mingħand Franza.

(10) Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' kumpens żejjed, jenħtieġ li l-ammont tal-finanzjament parzjali b'rata fissa jkun ibbażat fuq studji tekniċi u ekonomiċi jew fuq dokumenti kontabilistiċi u jenħtieġ li jiġu ffissati f'livell xieraq għal kull annimal u għal kull prodott skont il-kategoriji ta' annimali prodotti f'termini ta' speċijiet u wkoll f'termini tal-metodu ta' produzzjoni, jiġifieri l-produzzjoni standard, il-produzzjoni fil-beraħ, il-produzzjoni ċċertifikata skont l-iskema nazzjonali, il-produzzjoni ċċertifikata skont l-iskema Label Rouge, il-produzzjoni koperta b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP), u fl-aħħar nett, f'termini tat-tul tal-katina tal-provvista — jiġifieri ċiklu twil għall-produtturi tal-pollam li jipproduċu annimali ħajjin biss, u katina ta' provvista qasira għal produtturi tal-pollam li jipproduċu annimali ħajjin u li jittrasformawhom fi prodotti pproċessati.

(11) Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' finanzjament doppju, jenħtieġ li t-telf imġarrab ma jkunx ġie kkumpensat b'għajnuna mill-Istat jew b'assigurazzjoni, u jenħtieġ li l-finanzjament parzjali mill-Unjoni skont dan ir-Regolament ikun limitat għal annimali u għal prodotti eliġibbli, li għalihom ma tkun ġiet riċevuta l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014.

(12) Jenħtieġ li l-livell u t-tul ta' żmien tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq previsti f'dan ir-Regolament ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi appoġġat is-suq. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq japplikaw biss għall-produzzjoni tal-pollam fl-azjendi li jinsabu fiż-żoni regolati u għat-tul ta' żmien fis-seħħ tal-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Franċiża u tal-Unjoni rigward l-486 tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja li ġew ikkonfermati bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017, u rigward iż-żoni regolati fil-31 ta' Marzu 2017.

(13) Biex tkun żgurata l-flessibbiltà f'każ li l-għadd ta' annimali li ma jkunux ġew prodotti u li huma eliġibbli għall-kumpens ikun differenti mill-għadd massimu stabbilit f'dan ir-Regolament li huwa bbażat fuq stimi, il-kumpens jista' jiġi aġġustat fi ħdan ċerti limiti, sakemm l-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata parzjalment mill-Unjoni jiġi rispettat.

(14) Għall-fini ta' ġestjoni baġitarja tajba ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq, jenħtieġ li dawk il-pagamenti li jsiru minn Franza lill-benefiċjarji sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2018 biss ikunu eliġibbli għal finanzjament parzjali mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ma jkunx applikabbli.

(15) Sabiex l-eliġibbiltà u l-korrettezza tal-pagamenti jiġu żgurati, jenħtieġ li l-awtoritajiet Franċiżi jwettqu kontrolli ex ante.

(16) Sabiex l-Unjoni tkun tista' twettaq il-kontroll finanzjarju tagħha, jenħtieġ li Franza tgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-pagamenti.

(17) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni immedjata minn Franza tal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(18) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba minn Franza biex tappoġġa s-suq tal-pollam li ntlaqat serjament mill-486 tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 li nstabu u li ġew innotifikati minn Franza bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2 In-nefqa mġarrba minn Franza għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni:

Artikolu 2

(a) sakemm iddum l-applikazzjoni tal-miżuri tas-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji msemmija fl-atti tal-leġiżlazzjoni Franċiża u tal-Unjoni elenkati fl-Anness; kif ukoll

(b) għal dawk l-azjendi tal-pollam li jkunu ġew soġġetti għall-miżuri tas-saħħa tal-annimali u għall-miżuri veterinarji u li jinsabu fiż-żoni msemmija fl-atti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik Franċiża elenkati fl-Anness (iż-żoni regolati); kif ukoll

(c) jekk tkun tħallset minn Franza lill-benefiċjarji sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2018. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ma għandux japplika; kif ukoll

(d) jekk l-annimal jew il-prodott, għall-perjodu msemmi fil-paragrafu a), ma jkunx ibbenefika minn xi kumpens permezz tal-għajnuna mill-Istat jew minn assigurazzjoni, u li għalih ma jkun ingħata l-ebda kontribut finanzjarju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014.

Artikolu 3

1. Il-livell massimu tal-finanzjament parzjali mill-Unjoni għandu jkun ta' EUR 32500000, kif ġej:

1.

(a) Għat-telf fil-produzzjoni tal-wiżż u tal-papri fiż-żoni regolati, għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:

(a)

(i) Għal produtturi b'katina ta' provvista qasira:

Papri ppastardjati (mulard) fil-bidu tat-trobbija koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 0,24 għal kull annimal għal massimu ta' 420877 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 01059910, imsemmna: EUR 1,13 għal kull annimal għal massimu ta' 469483 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 01059910, lesti: EUR 4,41 għal kull annimal għal massimu ta' 596122 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 01059910, karkassi sħaħ: EUR 2,20 għal kull annimal għal massimu ta' 624494 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 01059910, imqattgħin f'biċċiet: EUR 4,275 għal kull annimal għal massimu ta' 434960 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 01059910, ipproċessati: EUR 19,055 għal kull annimal għal massimu ta' 152038 annimal;

Wiżż fil-bidu tat-trobbija kopert bil-kodiċi NM 01059920: EUR 2,455 għal kull annimal għal massimu ta' 5625 annimal;

Wiżż kopert bil-kodiċi NM 01059920, karkassi sħaħ: EUR 10,595 għal kull annimal għal massimu ta' 9832 annimal;

Wiżż kopert bil-kodiċi NM 01059920, ipproċessat: EUR 23,33 għal kull annimal għal massimu ta' 3004 annimal;

Papri koperti bil-kodiċi NM 01059910, għax-xiwi: EUR 5,16 għal kull annimal għal massimu ta' 215-il annimal;

Wiżż kopert bil-kodiċi NM 01059920, għax-xiwi: EUR 11,505 għal kull annimal għal massimu ta' 215-il annimal;

(ii) Għal produtturi b'katina ta' provvista twila:

Papri ppastardjati (mulard) standard fil-bidu tat-trobbija, b'IĠP u tal-Label Rouge koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 0,24 għal kull annimal għal massimu ta' 7681851 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) imsemmna u standard, koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 0,515 għal kull annimal għal massimu ta' 456754 annimal;

Papri b'IĠP ippastardjati (mulard) imsemmna koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 0,68 għal kull annimal għal massimu ta' 6464618-il annimal;

Papri ppastardjati (mulard) tal-Label Rouge imsemmna koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 0,81 għal kull annimal għal massimu ta' 724618-il annimal;

Papri standard ippastardjati (mulard) lesti koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 1,48 għal kull annimal għal massimu ta' 776279 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) b'IĠP u lesti koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 1,645 għal kull annimal għal massimu ta' 5929395 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) lesti tal-Label Rouge koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 2,63 għal kull annimal għal massimu ta' 633228 annimal;

Papri Cairina moschata koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 0,48 għal kull annimal għal massimu ta' 104958 annimal;

Papri Cairina moschata ċċertifikati koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 0,585 għal kull annimal għal massimu ta' 215-il annimal;

Papri Cairina moschata tal-Label Rouge koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 0,625 għal kull annimal għal massimu ta' 215-il annimal;

Kuluverti koperti bil-kodiċi NM 01059910: EUR 1,1325 għal kull annimal għal massimu ta' 2000 annimal;

Wiżż imsemmen kopert bil-kodiċi NM 01059920: EUR 2,855 għal kull annimal għal massimu ta' 26572 annimal;

Wiżż lest kopert bil-kodiċi NM 01059920: EUR 5,54 għal kull annimal għal massimu ta' 19082 annimal;

(b) Għat-telf fil-produzzjoni tal-pollam għajr il-papri u l-wiżż li jinsabu fiż-żoni regolati, għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal u għal kull jum:

(b)

(i) Għal produtturi b'katina ta' provvista qasira:

Tiġieġ kopert bil-kodiċi NM 01059400, karkassi sħaħ: EUR 0,02459 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 178319-il annimal;

Tiġieġ kopert bil-kodiċi NM 01059400, imqatta' f'biċċiet: EUR 0,03776 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 2097 annimal;

Tiġieġ kopert bil-kodiċi NM 01059400, ipproċessat: EUR 0,086 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 705 annimali;

Farawni bil-kodiċi NM 01059950, karkassi sħaħ: EUR 0,021335 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 4181 annimal;

Farawni koperti bil-kodiċi NM 01059950, imqattgħin f'biċċiet: EUR 0,032765 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Dundjani koperti bil-kodiċi NM 01059930, karkassi sħaħ: EUR 0,045895 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Dundjani koperti bil-kodiċi NM 01059930, imqattgħin f'biċċiet: EUR 0,070485 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Ħosien koperti bil-kodiċi NM 01059400, karkassi sħaħ: EUR 0,038595 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Poulards koperti bil-kodiċi NM 01059400, karkassi sħaħ: EUR 0,045085 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

(ii) Għal produtturi b'katina ta' provvista twila:

Tiġieġ u sriedaq standard koperti bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,00191 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 2235243 annimal;

Tiġieġ tal-Label Rouge jew imrobbi fil-beraħ koperti bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,004165 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 5904353 annimal;

Tiġieġ organiku kopert bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,00505 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 295130 annimal;

Farawni standard koperti bil-kodiċi NM 01059950: EUR 0,002325 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 25166 annimal;

Farawni tal-Label Rouge u mrobbija fil-beraħ koperti bil-kodiċi NM 01059950: EUR 0,003655 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 484740 annimal;

Dundjani standard koperti bil-kodiċi NM 01059930: EUR 0,005195 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 66237 annimal;

Dundjani tal-Label Rouge u mrobbija fil-beraħ koperti bil-kodiċi NM 01059930: EUR 0,00654 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Summien standard kopert bil-kodiċi NM 01063980: EUR 0,000605 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 2407761 annimal;

Summien tal-Label Rouge u mrobbija fil-beraħ koperti bil-kodiċi NM 01063980: EUR 0,00107 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 922861 annimal;

Ħosien koperti bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,009475 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Poulards koperti bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,006575 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

(iii) Għall-produtturi tal-flieles fil-bidu tat-trobbija:

Tiġieġ fil-bidu tat-trobbija koperti bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,013135 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 135489 annimal;

Farawni fil-bidu tat-trobbija koperti bil-kodiċi NM 01059950: EUR 0,00812 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 5004 annimali;

Dundjani fil-bidu tat-trobbija koperti bil-kodiċi NM 01059930: EUR 0,01261 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

(iv) Għal produtturi tat-tiġieġ li jbid:

Tiġieġ ta' età żgħira standard għall-bajd kopert bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,00182 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 127001 annimali;

Tiġieġ ta' età żgħira standard għall-bajd miżmuma f'barn koperti bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,002545 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 25460 annimal;

Tiġieġ ta' età żgħira organiku għall-bajd kopert bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,00197 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Tiġieġ għall-bajd miżmum fil-gaġeġ kopert bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,004275 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 118675 annimal;

Tiġieġ għall-bajd miżmum f'barn koperti bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,00575 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Tiġieġ għall-bajd imrobbi fil-beraħ kopert bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,00867 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 33273 annimal;

Tiġieġ għall-bajd, tal-Label Rouge, kopert bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,009585 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Tiġieġ għall-bajd, organiku, kopert bil-kodiċi NM 01059400: EUR 0,01306 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 46887 annimal.

2. F'każ li l-għadd ta' annimali li ma jkunux ġew prodotti u li huma eliġibbli għall-kumpens jaqbeż l-għadd massimu ta' annimali għal kull oġġett u stabbilit fil-paragrafu 1, in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni tista' tiġi aġġustata għal kull oġġett u tisboq l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' għadd massimu ta' annimali għal kull oġġett, sakemm it-total tal-aġġustamenti jibqa' taħt l-10 % tal-livell massimu tan-nefqa ffinanzjata parzjalment mill-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 4 Franza għandha twettaq kontrolli amministrattivi u fiżiċi skont l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B'mod partikolari, Franza għandha tivverifika: Għall-applikanti eliġibbli li jkunu sarulhom il-kontrolli amministrattivi, l-għajnuna finanzjarja tkun tista' tingħata mingħajr ma wieħed jistenna li jsiru l-kontrolli kollha, b'mod partikolari dawk fuq l-applikanti li jintgħażlu għal kontrolli fuq il-post. F'każijiet meta l-eliġibbiltà ta' applikant ma tkunx ġiet ikkonfermata, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata u għandhom jiġu applikati s-sanzjonijiet.

Artikolu 4

(a) l-eliġibbiltà tal-applikant li jkun ressaq it-talba għal appoġġ;

(b) għal kull applikant eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u l-valur tat-telf reali ta' produzzjoni;

(c) li l-ebda applikant eliġibbli ma jkun irċieva finanzjament minn sorsi oħra bħala kumpens għat-telf imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 5 Franza għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti.

Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS

Żoni u perjodi regolati kif jissemmew fl-Artikolu 2

Il-partijiet ta' Franza u l-perjodi stabbiliti skont id-Direttiva 2005/94/KE u speċifikati:

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1139 tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 59).

Fid-Digriet tal-31 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi arranġamenti addizzjonali għall-prevenzjoni, is-sorveljanza u l-ġlieda kontra l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti partijiet tat-territorju (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-2.4.2017, test 24 minn 71).

Fid-Digrieti Prefettorali li jiddikjaraw infezzjoni wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja kkonfermati bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017.

Fid-Digrieti Prefettorali li jirtiraw dikjarazzjonijiet ta' infezzjoni wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja kkonfermati bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017.

Versions

  1. 2018-02-19