Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/316 tat-2 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, applikabbli mit-3 ta' Marzu 2018
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/316@2018-03-02/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 10011100, 10011900, ex10019120 [il-qamħ komuni għaż-żrigħ], ex10019900 [il-qamħ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ], 10021000, 10029000, 10051090, 10059000, 10071090 u 10079000, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni tagħhom, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.
(2) L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, kull tant żmien għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni tas-CIF għall-prodotti kkonċernati.
(3) Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz tal-importazzjoni li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni tas-CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.
(4) Sa mill-21 ta' Settembru 2017 id-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-Kanada li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 10011100, 10011900, ex10019900 [il-qamħ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ] 10021000 u 10029000 għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.
(5) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu li jibda fit-3 ta' Marzu 2018, li jkunu applikabbli sa ma jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda.
(6) Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Mit-3 ta' Marzu 2018, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2018. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS I
Id-dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 li japplikaw mit-3 ta' Marzu 2018 Il-Kodiċi tan-NM Deskrizzjoni tal-merkanzija Dazju tal-importazzjoni (EUR/t) 10011100 QAMĦ durum għaż-żrigħ 0,00 10011900 QAMĦ durum ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ 0,00 ta' kwalità medja minbarra dak għaż-żrigħ 0,00 ta' kwalità baxxa minbarra dak għaż-żrigħ 0,00 ex10019120 QAMĦ komuni għaż-żrigħ 0,00 ex10019900 QAMĦ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ 0,00 10021000 SEGALA għaż-żrigħ 0,00 10029000 SEGALA minbarra dik għaż-żrigħ 0,00 10051090 QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra l-qamħirrum ibridu 0,00 10059000 QAMĦIRRUM minbarra dak għaż-żrigħ 0,00 10071090 SORGU tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ 0,00 10079000 SORGU tal-qamħ minbarra dak għaż-żrigħ 0,00
ANNESS II FATTURI GHALL-KALKOLU TAD-DAZJI STABBILITI FL-ANNESS I 1.2.
Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010: (EUR/t) Qamħ komuni Qamħirrum Il-Borża ta' Minneapolis ta' Chicago Kwotazzjoni 194,602 118,235 Primjum fuq il-Golf 84,909 21,861 Primjum fuq l-Għadajjar il-Kbar — — Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010: Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku – Rotterdam: 17,619 EUR/t Spejjeż għat-trasport: L-Għadajjar il-Kbar – Rotterdam: — EUR/t