Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/509 tat-22 ta' Marzu 2018 li taħtar il-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/509@2018-03-22/mt
Contents
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) Skont id-Deċiżjoni 2010/223/UE tal-Kunsill Ewropew, il-mandat tas-Sur Vítor CONSTÂNCIO, Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew, jiskadi fil-31 ta' Mejju 2018 u għaldaqstant huwa neċessarju li jinħatar Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew ġdid.
(2) Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Luis DE GUINDOS JURADO li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Is-Sur Luis DE GUINDOS JURADO huwa b'dan maħtur Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mill-1 ta' Ġunju 2018.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2018. Għall-Kunsill Ewropew Il-President D. Tusk