Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/526 tat-28 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VII d minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/526@2018-03-28/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.
(2) Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.
(3) Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2 Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, João Aguiar Machado Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNEX
ANNESS
Numru 04/TQ120 Stat Membru Il-Belġju Stokk RJU/07D. Speċi Raja ondjata (Raja undulata) Żona L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VII d Data tal-għeluq 1.1.2018