Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/627 tal-20 ta' April 2018 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2018-04-20from 2018-05-14
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/627@2018-04-20/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1) Il-verżjoni lingwistika Ġermaniża tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha l-iżbalji fl-Anness II, il-Parti D, il-kategorija tal-ikel 12.2 u fl-Anness II, il-Parti E, il-kategoriji tal-ikel 0, 01.7.1, 05.2, 11.1, 12.2, 12.2.2, 13.2 u 17.1. Għalhekk fil-verżjoni lingwistika Ġermaniża, isem il-kategorija tal-ikel 12.2 u l-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel fil-kategoriji tal-ikel 0, 01.7.1, 05.2, 11.1, 12.2, 12.2.2, 13.2 u 17.1 għandhom jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(2) Il-verżjoni lingwistika Griega tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha l-iżbalji fl-Anness II, il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 05.2. Għalhekk fil-verżjoni lingwistika Griega, il-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel fil-kategorija tal-ikel 05.2 għandhom jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(3) Il-verżjoni lingwistika Ċeka tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha l-iżbalji fl-Anness II, il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 08.2. Għalhekk fil-verżjoni lingwistika Ċeka, il-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel fil-kategorija tal-ikel 08.2 għandhom jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(4) Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bil-Ġermaniż u bil-Grieg tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandhom għalhekk jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati b'dawk il-korrezzjonijiet.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2018-04-20