Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/792 tat-28 ta' Mejju 2018 li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

In forceVersion 2018-05-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/792@2018-05-28/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Żvediż,

Billi:

(1) Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116, (UE) 2015/190 u (UE) 2015/994 li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-30 ta' Novembru 2017, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2237, is-Sinjura Heléne FRITZON ġiet sostitwita mis-Sinjura Katrin STJERNFEDT JAMMEH bħala membru.

(2) Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Katrin STJERNFELDT JAMMEH bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Carina NILSSON, Ledamot i kommunfullmäktige, Malmö kommun.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2018. Għall-Kunsill Il-President E. Karanikolov

Versions

  1. 2018-05-28