Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/970 tat-18 ta' April 2018 li temenda l-Annessi II, III u V tad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2018/970@2018-04-18/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1), (3) u (4) tagħha,
Billi:
(1) Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill titħassar b'effett mis-7 ta' Ottubru 2018 bid-Direttiva (UE) 2016/1629. L-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/1629 jistabbilixxi li r-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji huma dawk stipulati fl-istandard ES-TRIN 2015/1.
(2) Jenħtieġ li l-azzjoni mill-Unjoni fis-settur tan-navigazzjoni interna jkollha l-għan li tiżgura l-uniformità fl-iżvilupp tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jridu jiġu applikati fl-Unjoni.
(3) Il-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta' standards fin-navigazzjoni interna (CESNI) inħoloq fit-3 ta' Ġunju 2015 fil-qafas tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) biex jiġu żviluppati standards tekniċi għall-passaġġi fuq l-ilma interni f'diversi oqsma, b'mod partikolari fir-rigward tal-bastimenti, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-ekwipaġġ.
(4) Is-CESNI adotta Standard Ewropew ġdid li jistabbilixxi Rekwiżiti Tekniċi għall-bastimenti tal-Passaġġi fuq l-Ilma Interni, l-istandard ES-TRIN 2017/1, fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017.
(5) L-istandard ES-TRIN jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi uniformi meħtieġa biex jiżguraw is-sikurezza tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Dan jinkludi dispożizzjonijiet fir-rigward tal-bini tal-bastimenti, l-armar u t-tagħmir għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' bastimenti bħal bastimenti tal-passiġġieri, konvojs imbuttati u bastimenti tal-kontejners, dispożizzjonijiet fir-rigward tat-tagħmir tas-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika, dispożizzjonijiet fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-bastimenti, mudell ta' ċertifikati u reġistru, dispożizzjonijiet tranżizzjonali, kif ukoll struzzjonijiet għall-applikazzjoni tal-istandard tekniku.
(6) Is-CCNR se temenda l-qafas leġiżlattiv tagħha, ir-Regolamenti għall-Ispezzjoni ta' Bastimenti tar-Renu, biex jirreferi għal dan l-istandard il-ġdid u jagħmel mandatorju dan l-istandard il-ġdid fil-qafas tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Reveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu.
(7) Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/1629 tiġi emendata skont dan.
(8) Għall-koerenza, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet emendati jiġu trasposti u japplikaw mill-istess data, kif previst inizjalment għat-traspożizzjoni u għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1629.
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1 Id-Direttiva (UE) 2016/1629 hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta' din id-Direttiva;
(2) L-Anness III huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Direttiva;
(3) L-Anness V huwa emendat skont l-Anness III ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ottubru 2018 u dawn għandhom japplikaw minn din id-data. L-Istati Membri għandhom jgħaddu minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza ta' din ix-xorta waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif trid issir referenza ta' din ix-xorta.
2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva lill-Kummissjoni.
Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2018. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS I
.
ANNESS II REKWIŻITI TEKNIĊI MINIMI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAŻ-ŻONI 1, 2, 3 U 4
Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji huma dawk stipulati fl-istandard ES-TRIN 2017/1.
ANNESS II
L-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/1629 huwa emendat kif ġej:
(1) il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
(1)
2. Tisħiħ u stabbiltà
Tisħiħ u stabbiltà tal-istruttura
Ċertifikat/attestazzjoni minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta;
(2) jiżdied il-punt 8 li ġej:
(2)
8. Makkinarju
Sistemi tal-ikkwartjar
Xaftijiet tal-iskrejjen u aċċessorji
Magni ta' propulsjoni, akkoppjamenti u aċċessorji
Preżenza ta' tagħmir li jimbotta l-pruwa
Sistemi ta' sentina u installazzjonijiet tat-tifi tan-nar
Sorsi tal-enerġija ta' emerġenza u installazzjonijiet elettriċi
Ċertifikat/attestazzjoni minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta.
ANNESS III
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2.01 tal-Anness V tad-Direttiva (UE) 2016/1629 huwa emendat kif ġej:
(1)(c) il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej: espert nawtiku li jkollu liċenzja ta' kaptan ta' inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni, li tawtorizza lid-detentur ibaħħar il-bastiment li jrid jiġi spezzjonat;;
(2)(d) jiżdied il-punt (d) li ġej: espert ta' inġenju tradizzjonali għall-ispezzjoni ta' inġenju tradizzjonali..