Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1029 tat-18 ta' Ġunju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għalemendi għall-awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/1029@2019-06-18/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawk il-preskrizzjonijiet (il-Ftehim Revedut tal-1958). Il-Ftehim Revedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta' Marzu 1998.
(2) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE, l-Unjoni ssieħbet mal-Ftehim li jikkonċerna l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti (il-Ftehim Parallel). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2000.
(3) Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Revedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Revedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel (il-Kumitati rilevanti tal-UNECE) jistgħu jadottaw, kif applikabbli, il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, il-proposti għal modifiki għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, il-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u l-proposti għal emendi għall-awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs (il-megadeċiżjoni).
(4) Il-Kumitati rilevanti tal-UNECE, matul il-178 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn l-24 u t-28 ta' Ġunju 2019, għandhom jadottaw megadeċiżjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u l-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-approvazzjoni ta' regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti.
(5) Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-UNECE fir-rigward tal-adozzjoni ta' proposti għal Regolamenti tan-NU, peress li r-Regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni u kapaċi jinfluwenzaw b'mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.
(6) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill issostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (ir-Regolamenti tan-NU) fis-sistema tal-UE tal-approvazzjoni tat-tip, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE 'l hawn, kulma jmur ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem iktar fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.
(7) Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li r-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew karatteristiki koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 17, 24, 30, 44, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139 u 140 jiġu ssupplimentati u jeħtieġ li r-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 15 u 19 jiġu emendati. Barra minn hekk, jeħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolamenti tan-NU Nri 14, 51, 83, 129 u 145, u fir-Regolament Tekniku Globali 15 tan-NU, jiġu kkoreġuti. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġu adottati rekwiżiti ġodda fir-rigward tas-Sistema Avvanzata tal-Ibbrejkjar ta' Emerġenza,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Revedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-178 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn l-24 u t-28 ta' Ġunju 2019 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta' Ġunju 2019. Għall-Kunsill Il-President P. Daea
ANNEX
ANNESS
Nru tar-Regolament Titolu tal-punt tal-aġenda Referenza tad-dokument 14 Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 6 tas-serje 07 ta' emendi għar-Regolament Nru 14 tan-NU (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza) ECE/TRANS/WP.29/2019/56 17 Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 09 ta' emendi għar-Regolament Nru 17 tan-NU (Saħħa tas-sits) ECE/TRANS/WP.29/2019/35 24 Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 24 tan-NU (Sustanzi niġġiesa viżibbli, kejl tal-potenza tal-magni tat-tqabbid bil-kompressjoni (duħħan tad-diżil)) ECE/TRANS/WP.29/2019/41 30 Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 30 tan-NU (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom) ECE/TRANS/WP.29/2019/50 44 Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 04 ta' emendi għar-Regolament Nru 44 tan-NU (Sistemi ta' trażżin għat-tfal) ECE/TRANS/WP.29/2019/36 51 Proposta għar-Rettifika tas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 51 tan-NU (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N) ECE/TRANS/WP.29/2019/51 64 Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 64 (Stepni għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat) ECE/TRANS/WP.29/2019/52 75 Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje oriġinali ta' emendi għar-Regolament Nru 75 tan-NU (Tajers tal-muturi/mopeds) ECE/TRANS/WP.29/2019/53 78 Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 78 (Sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi) ECE/TRANS/WP.29/2019/46 79 Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering) ECE/TRANS/WP.29/2019/73 83 Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje 06 ta' emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) ECE/TRANS/WP.29/2019/42 83 Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 07 ta' emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) ECE/TRANS/WP.29/2019/43 83 Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 8 tas-serje 07 ta' emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) ECE/TRANS/WP.29/2019/60 85 Proposta għas-Suppliment 9 tar-Regolament tan-NU Nru 85 (Kejl tal-potenza netta u l-potenza ta' 30 min.) ECE/TRANS/WP.29/2019/44 90 Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 90 tan-NU (Sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet) ECE/TRANS/WP.29/2019/47 115 Proposta għas-Suppliment 8 tar-Regolament Nru 115 tan-NU (Sistemi retroattivi tal-LPG u tas-CNG) ECE/TRANS/WP.29/2019/45 117 Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers, u l-istorbju fid-dawrien u l-irbit tagħhom fuq superfiċe mxarrba) ECE/TRANS/WP.29/2019/54 129 Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje oriġinali ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) ECE/TRANS/WP.29/2019/37 129 Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) ECE/TRANS/WP.29/2019/38 129 Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) ECE/TRANS/WP.29/2019/39 129 Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) ECE/TRANS/WP.29/2019/40 129 Proposta għar-Rettifika 3 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) ECE/TRANS/WP.29/2019/58 129 Proposta għar-Rettifika 1 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) ECE/TRANS/WP.29/2019/59 138 Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 138 tan-NU (Vetturi kwieti tat-trasport bit-triq) ECE/TRANS/WP.29/2019/55 139 Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament Nru 139 tan-NU (BAS) ECE/TRANS/WP.29/2019/48 140 Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament Nru 140 tan-NU (ESC) ECE/TRANS/WP.29/2019/49 145 Proposta għar-Rettifika 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 145 tan-NU (Sistemi ta' ankraġġ ISOFIX, ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta' fuq u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size) ECE/TRANS/WP.29/2019/57 Regolament ġdid tan-NU Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema Avvanzata ta' Bbrejkjar ta' Emerġenza (AEBS) għall-vetturi M1 U N1 ECE/TRANS/WP.29/2019/61 Nru tal-GTR Titolu tal-punt tal-aġenda Referenza tad-dokument 15 Proposta għall-Emenda 5 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)) ECE/TRANS/WP.29/2019/62 15 Proposta għar-Rettifika tal-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. ECE/TRANS/WP.29/2019/66 Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 1 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. ECE/TRANS/WP.29/2019/67 Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 2 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. ECE/TRANS/WP.29/2019/68 Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 3 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. ECE/TRANS/WP.29/2019/69 Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 4 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. ECE/TRANS/WP.29/2019/70 19 Proposta għall-Emenda 2 għall-GTR Nru 19 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar tal-emissjonijiet evaporattivi għall-Proċeduri ta' ttestjar armonizzati għall-vetturi ħfief (EVAP WLTP)) ECE/TRANS/WP.29/2019/64 Nru tar-Riżoluzzjoni Reċiproka Titolu tal-punt tal-aġenda Referenza tad-dokument M.R.2 Proposta għall-Emenda 1 għar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 2 li fiha d-definizzjonijiet tas-sistema tal-propulsjoni tal-vetturi ECE/TRANS/WP.29/2019/71 Mixxellanji Titolu tal-punt tal-aġenda Referenza tad-dokument Awtorizzazzjoni reveduta għall-iżvilupp tal-Emenda 2 għar-Regolament Tekniku Globali Nru 16 tan-NU (Tajers) ECE/TRANS/WP.29/AC.3/48/Rev.1 Proposta għall-emendi għall-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp tal-GTR tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali ECE/TRANS/WP.29/2019/72 Awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ta' GTR ġdid tan-NU dwar id-determinazzjoni tal-potenza ta' vettura li taħdem bl-elettriku (DEVP) ECE/TRANS/WP.29/AC.3/53