Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1098 tas-26 ta' Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/1098@2019-06-26/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 stabbilixxa r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.
(2) Minn kontroll regolari tad-data li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.
(3) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.
(4) Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2019. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS
ANNESS I
Kodiċi NM Deskrizzjoni tal-oġġetti Prezz rappreżentattiv (f'EUR għal kull 100 kg) Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR għal kull 100 kg) Oriġini 02071290 Karkassi ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, ippreżentati bħala 65 % tiġieġ, friżati 126,8 0 AR 02071410 Qatgħat bla għadma ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, friżati 240,5 18 AR 206,5 28 BR 215,5 25 TH 16023211 Preparazzjonijiet ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, nejjin 296,6 0 BR