Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1141 tat-3 ta' Lulju 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

In forceVersion 2019-07-03from 2019-07-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/1141@2019-07-03/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fit-22 ta' Mejju 2003 skont dak ir-Regolament.

(2) Fit-28 ta' Ġunju 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tlettax-il annotazzjoni mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

(3) Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2019. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

6. AGRICULTURAL NATIONAL ESTABLISHMENT IN ABU-GREIB. Indirizz: Baghdad International Airport, General Street, Baghdad, l-Iraq.

14. ANIMAL HEALTH DEPARTMENT. Indirizz: P.O. Box 22055, Al-Shaikh Omar Street, Baghdad, l-Iraq.

15. ARAB IRAQI COMPANY FOR LIVESTOCK DEVELOPMENT. Indirizz: P.O. Box 29041, Baghdad, l-Iraq.

38. GENERAL AGRICULTURAL ESTABLISHMENT IN DALMAG. Indirizz: Ahrar, Kut, l-Iraq.

39. GENERAL AGRICULTURAL ORGANISATION IN KHALIS. Indirizz: P.O. Box 564, Al-Khalis, Diala Muhafadha, Al-Khalis, l-Iraq.

40. GENERAL ESTABLISHMENT FOR AGRICULTURAL ORGANISATIONS. Indirizz: P.O. Box 21015, Battawin, Baghdad, l-Iraq.

47. GENERAL ESTABLISHMENT FOR STATE FARMS. Indirizz: P.O. Box 21035, General Ramadi Street, entrance of Agaruf Street, Baghdad, l-Iraq.

88. NAHRAWAN AGRICULTURAL ESTABLISHMENT. Indirizz: P.O. Box 20195, New Baghdad, Nahrawan, Baghdad, l-Iraq.

112. STATE AGRICULTURAL ESTABLISHMENT IN ISHAQI. Indirizz: Dujail - Salah Eldin, l-Iraq.

113. STATE AGRICULTURAL ESTABLISHMENT IN MUSSAYIB. Indirizz: Mussayib Establishment, il-Babilonja, l-Iraq.

155. STATE ESTABLISHMENT OF AGRICULTURE IN DUJAILA / DUJAILA AGROINDUSTRIAL COMPLEX. Indirizz: P.O. Box Aioroba, K 29 Oroba, Kut, l-Iraq.

174. STATE ORGANISATION FOR ANIMAL PRODUCTION. Indirizz: Zafaraniya Area, ħdejn l-Uffiċju Postali, Baghdad, l-Iraq; P.O. Box 3073, Karadde Charkieya/Erkhaita, Baghdad, l-Iraq.

180. STATE ORGANISATION FOR FISHERIES (magħrufa ukoll bħala (a) STATE FISHERIES ORGANISATION, (b) STATE ENTERPRISE FOR SEA FISHERIES, (c) STATE ENTERPRISE FOR INLAND FISHERIES). Indirizzi: (a) P.O. Box 3296, ħdejn Aqaba Bin Nafa Square, Baghdad, l-Iraq; (b) P.O. Box 260, Basrah, l-Iraq.

Versions

  1. 2019-07-03