Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1322 tas-26 ta' Lulju 2019 li jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem El Vicario (DOP)

In forceVersion 2019-07-26from 2019-08-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/1322@2019-07-26/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Spanja biex l-isem El Vicario jiġi rreġistrat, u ppubblikat din it-talba f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2) Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3) Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem El Vicario jingħata protezzjoni, u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 tal-istess Regolament.

(4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-isem El Vicario (DOP) għandu jingħata protezzjoni.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2019. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Phil Hogan Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2019-07-26