Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/138 tad-29 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1356/2004, (KE) Nru 1464/2004, (KE) Nru 786/2007, (KE) Nru 971/2008, (UE) Nru 1118/2010, (UE) Nru 169/2011 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 888/2011 u (UE) Nru 667/2013 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittivi tal-għalf (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2019-01-29from 2019-02-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/138@2019-01-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1356/2004
  3. Artikolu 2 Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1464/2004
  4. Artikolu 3 Emenda fir-Regolament (KE) Nru 786/2007
  5. Artikolu 4 Emenda fir-Regolament (KE) Nru 971/2008
  6. Artikolu 5 Emenda fir-Regolament (UE) Nru 1118/2010
  7. Artikolu 6 Emenda fir-Regolament (UE) Nru 169/2011
  8. Artikolu 7 Emenda fir-Regolament (UE) Nru 888/2011
  9. Artikolu 8 Emenda fir-Regolament (UE) Nru 667/2013
  10. Artikolu 9 Miżura tranżizzjonali
  11. Artikolu 10 Dħul fis-seħħ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1) B'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE l-monensin sodiku u n-narasin, ġew awtorizzati bħala addittivi tal-għalf rispettivament mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2004 u (KE) Nru 1464/2004.

(2) B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-endo-1,4-beta-mannanase u d-diklażuril ġew awtorizzati bħala addittivi tal-għalf rispettivament mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2007, (KE) Nru 971/2008, (UE) Nru 1118/2010, (UE) Nru 169/2011 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2011 u (UE) Nru 667/2013.

(3) Id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Eli Lilly and Company Ltd., issottometta applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati.

(4) Id-detentur tal-awtorizzazzjoni jiddikjara li, b'effett mit-30 ta' Marzu 2018, Elanco GmbH, li hija diviżjoni ta' Eli Lilly and Company Ltd. tippossjedi d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi kkonċernati. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ssottometta d-data rilevanti li ssostni t-talba tiegħu.

(5) Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjoni hi purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(6) Biex Elanco GmbH titħalla tisfrutta d-drittijiet biex tqiegħed dak l-addittiv fis-suq, jeħtieġ li jkun hemm bidla fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati.

(7) Ir-Regolamenti (KE) Nru 1356/2004, (KE) Nru 1464/2004, (KE) Nru 786/2007, (KE) Nru 971/2008, (UE) Nru 1118/2010, (UE) Nru 169/2011, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 888/2011 u (UE) Nru 667/2013 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(8) Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li għamel dan ir-Regolament, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1356/2004

Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1356/2004, il-kliem Eli Lilly and Company Limited huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH.

Artikolu 2 Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1464/2004

Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1464/2004, il-kliem Eli Lilly and Company Limited huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH.

Artikolu 3 Emenda fir-Regolament (KE) Nru 786/2007

Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 786/2007, il-kliem Eli Lilly and Company Ltd huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH.

Artikolu 4 Emenda fir-Regolament (KE) Nru 971/2008

Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 971/2008, il-kliem Eli Lilly and Company Ltd huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH.

Artikolu 5 Emenda fir-Regolament (UE) Nru 1118/2010

Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1118/2010, il-kliem Eli Lilly and Company Ltd huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH.

Artikolu 6 Emenda fir-Regolament (UE) Nru 169/2011

Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 169/2011, il-kliem Eli Lilly and Company Ltd huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH.

Artikolu 7 Emenda fir-Regolament (UE) Nru 888/2011

Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 888/2011, il-kliem Eli Lilly and Company Ltd huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH.

Artikolu 8 Emenda fir-Regolament (UE) Nru 667/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 667/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) Fit-titolu, il-kliem Eli Lilly and Company Ltd huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH;

(2) Fit-tieni kolonna tal-Anness il-kliem Eli Lilly and Company Ltd huma sostitwiti mill-kliem Elanco GmbH.

Artikolu 9 Miżura tranżizzjonali

Il-monensin sodiku, in-narasin, l-endo-1,4-beta-mannanase, u d-diklażuril li ġew prodotti u tikkettati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont ir-regoli applikabbli qabel dik id-data jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 10 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2019. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2019-01-29