Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/171 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/171@2018-11-16/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.
(2) Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.
(3) Il-kadmju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Madankollu, l-użu tal-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 8(b) tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10,l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.
(4) Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.
(5) Il-materjali tal-kuntatt elettriku bil-kadmju jintużaw f'ħafna apparat elettromekkaniku bħala komponenti li jistgħu jġorru l-kurrent b'mod intermittenti minn ġos-superfiċji tal-kuntatt. L-apparat ikkonċernat hu b'mod partikolari l-iswiċċjar tal-potenza tal-muturi elettriċi, relays u kuntatturi, swiċċijiet tal-makkinarju għodda, swiċċijiet tal-apparat domestiku, salvaviti differenzjali għall-apparat tal-iswiċċjar, provvisti tal-enerġija, sensuri tad-dewmien tal-okkupanza/ħin, u panelli tal-kontroll tat-tidwil.
(6) Il-kadmju fil-kuntatti elettriċi jipprovdi proprjetajiet essenzjali fosthom prestazzjoni superjuri, arkattenwazzjoni, aktar konduttività, inqas erożjoni tal-kuntatti u manufattura relattivament faċli meta mqabbla mal-alternattivi.
(7) Għal ċerti applikazzjonijiet koperti bl-eżenzjoni attwali, sostituzzjoni jew tneħħija tal-kadmju għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku u tekniku minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli jew għax hemm bżonn iżjed żmien biex tkun żgurata l-affidabbiltà tas-sostituti disponibbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għaldaqstant jenħtieġ li din tiġġedded għal dawk l-applikazzjonijiet partikolari.
(8) Għall-applikazzjonijiet l-oħra kollha li bħalissa huma koperti mill-eżenzjoni, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid mhumiex issodisfati. Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet għal dawk l-applikazzjonijiet jibqgħu japplikaw għal 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva Delegata skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE.
(9) Peress li, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati minn dak it-tiġdid, ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq jew hemm bżonn aktar żmien biex tkun żgurata l-affidabbiltà ta' dawn l-alternattivi, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' validità ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.
(10) Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.
(11) Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1 L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet. Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2020. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness III mad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 8(b) hija sostitwita b'dan li ġej: 8(b) Il-kadmju u l-komposti tiegħi fil-kuntatti elettriċi Dan japplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u jiskadi fi: 8(b)-I Il-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi użati fi: Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.
il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;
il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;
il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.
salvaviti differenzjali;
kontrolli b'sensuri termali;
protetturi b'muturi termali (għajr il-protetturi b'mutur termali ermetiku);
swiċċijiet AC b'rati ta':
6 A u iżjed bi 250 V AC u iżjed; jew
12 A u iżjed bi 125 V AC u iżjed;
swiċċijiet DC b'rati ta' 20 A u iżjed bi 18 V AC u iżjed; u
swiċċijiet biex jintużaw fi frekwenzi tal-provvista tal-vultaġġ ≥ 200 Hz.