Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1803 tat-18 ta’ Lulju 2019 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżijiet

In forceVersion 2019-07-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/1803@2019-07-18/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-8 ta’ April 2019, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tagħha f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet (il-"Ftehim”).

(2) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sussegwentement innegozja dak il-Ftehim.

(3) Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżijiet (il-Ftehim) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni. It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim.

Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2019. Għall-Kunsill Il-President T. Tuppurainen

Versions

  1. 2019-07-18