Gelex

DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1845 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-ftalat tal-bis(2-etileżil) (DEHP) f’ċerti komponenti tal-gomma użati f’sistemi tal-magni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2019-08-08from 2019-11-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/1845@2019-08-08/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2
  3. ANNEX
  4. (a)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2011/65/UE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2) Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3) Il-ftalat tal-bis(2-etileżil)(DEHP) hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/65/UE għal eżenzjoni, li għandha tiġi elenkata fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva, għall-użu tad-DEHP f’partijiet tal-gomma bħall-O-rings, is-siġilli, id-dampers tal-vibrazzjoni, il-gaskets, il-manki, il-grommets u l-cap-plugs li jintużaw f’sistemi tal-magni li jinkludu l-exhausts u t-turbochargers li huma maħsuba għall-użu f’tagħmir li mhuwiex iddisinjat biss għall-użu tal-konsumatur (l-eżenzjoni mitluba).

(4) L-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mitluba kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(5) Id-DEHP jiżdied mal-materjal tal-gomma bħala plastifikant għall-flessibbiltà. Il-komponenti tal-gomma jintużaw bħala konnessjonijiet flessibbli bejn partijiet tas-sistemi tal-magni u jiżguraw il-prevenzjoni tat-tnixxija, l-issiġillar tal-partijiet tal-magna u tal-protezzjoni mill-vibrazzjoni jew mill-ħmieġ u mill-fluwidi tul il-ħajja tal-magni.

(6) Attwalment, ma hemm ebda alternattivi ħielsa mid-DEHP li huma disponibbli fis-suq li jipprovdu livell suffiċjenti ta’ affidabbiltà għall-applikazzjonijiet f’magni meta jkunu meħtieġa proprjetajiet speċjali u għall-ħajja twila bħar-reżistenza għal kwalunkwe materjal ta’ kuntatt (eż. fjuwil, żejt lubrikant, coolants, gassijiet, jew ħmieġ), it-temperatura u l-vibrazzjoni.

(7) Minħabba n-nuqqas ta’ sostituti affidabbli, is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tad-DEHP għadha xjentifikament u teknikament imprattikabbli għal ċerti partijiet tal-gomma użati f’sistemi tal-magni. L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija minnu.

(8) Għalhekk, jixraq li tingħata l-eżenzjoni mitluba billi jiddaħħlu l-applikazzjonijiet koperti minnha fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE fir-rigward tat-tagħmir elettriku u elettroniku tal-kategorija 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2011/65/UE.

(9) L-eżenzjoni jenħtieġ li tingħata għall-perjodu ta’ validità massima ta’ ħames snin li jibda mit-22 ta’ Lulju 2019, f’konformità mal-Artikolu 4(3) u mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(10) Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mi[nn] 30 ta ’April 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mi[nn] 1 ta 'Mejju 2020. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2019. Għall-Kummissjoni Il-President Jean Claude Juncker

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 43 li ġej: 43 Ftalat tal-bis(2-etileżil) f’komponenti tal-gomma f’sistemi tal-magni, iddisinjati għall-użu f’tagħmir li mhuwiex maħsub biss għall-użu tal-konsumatur u dment li l-ebda materjal plastifikat ma jiġi f’kuntatt mal-membrani mukużi tal-bniedem jew f’kuntatt prolongat mal-ġilda tal-bniedem u li l-valur ta’ konċentrazzjoni ta’ bis(2-etileżil) ftalat ma jaqbiżx: Għall-finijiet ta’ din iż-żieda, kuntatt prolongat mal-ġilda tal-bniedem tfisser kuntatt kontinwu ta’ aktar minn 10 minuta jew kuntatt intermittenti fuq perjodu ta’ 30 minuta, kuljum. Tapplika għall-kategorija 11 u tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2024.

(a) it-30 % skont il-piż tal-gomma għal

(a)

(i) kisjiet tal-gaskets;

(ii) gaskets tal-gomma solida; jew

(iii) komponenti tal-gomma li jkunu mwaħħlin mal-magna, f’assemblaġġi ta’ mill-inqas tliet komponenti li jużaw l-enerġija elettrika, mekkanika jew idrawlika biex jitħaddmu.

(b) l-10 % skont il-piż tal-gomma għall-komponenti li fihom il-gomma li mhumiex imsemmija fil-punt (a).

Versions

  1. 2019-08-08