Gelex

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1985 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2019-11-28from 2019-12-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/1985@2019-11-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNEX
  4. PART A
  5. PART B
  6. “ANNESS I Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO
  7. ANNESS II Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE u 2003/91/KE ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tad-diversi speċijiet u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali protokolli. Għall-ispeċijiet mhux koperti minn protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

(2) Mill-aħħar emenda tad-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE bid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/114, is-CPVO stabbilixxa aktar protokolli u aġġorna dawk eżistenti.

(3) Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati skont dan.

(4) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2 L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-parti B tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3 Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjonijiet li japplikaw qabel l-emenda tagħhom permezz ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Mejju 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2020. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNEX

PART A

PART B

“ANNESS I Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO

Isem xjentifiku Isem komuni Protokoll tas-CPVO Festuca arundinacea Schreb. Żwien twil TP 39/1 tal-1.10.2015 Festuca filiformis Pourr. Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina TP 67/1 tat-23.6.2011 Festuca ovina L. Żwien in-nagħaġ TP 67/1 tat-23.6.2011 Festuca pratensis Huds. Żwien il-bur TP 39/1 tal-1.10.2015 Festuca rubra L. Żwien aħmar TP 67/1 tat-23.6.2011 Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina Żwien iebes TP 67/1 tat-23.6.2011 Lolium multiflorum Lam. Sikrana Taljana TP 4/2 tad-19.3.2019 Lolium perenne L. Sikrana perenni TP 4/2 tad-19.3.2019 Lolium x hybridum Hausskn. Sikrana ibrida TP 4/2 tad-19.3.2019 Pisum sativum L. (partim) Piżelli TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017 Poa pratensis L. Ħaxix il-bur taz-zokk lixx TP 33/1 tal-15.3.2017 Vicia faba L. Favetta TP/8/1 tad-19.3.2019 Vicia sativa L. Silla tal-blat TP 32/1 tad-19.4.2016 Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb. Rutabaga TP 89/1 tal-11.3.2015 Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers. Ravanell tal-għalf TP 178/1 tal-15.3.2017 Brassica napus L. (partim) Kolza Żvediża TP 36/2 tas-16.11.2011 Cannabis sativa L. Qanneb TP 276/1 rev. Parzjali tal-21.3.2018 Glycine max (L.) Merr. Żerriegħa tas-sojja TP 80/1 tal-15.3.2017 Gossypium spp. Qoton TP 88/1 tad-19.4.2016 Helianthus annuus L. Ġirasol TP 81/1 tal-31.10.2002 Linum usitatissimum L. Kittien/Żerriegħa tal-kittien TP 57/2 tad-19.3.2014 Sinapis alba L. Mustarda bajda TP 179/1 tal-15.3.2017 Avena nuda L. Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq TP 20/2 tal-1.10.2015 Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch) Ħafur u Ħafur aħmar TP 20/2 tal-1.10.2015 Hordeum vulgare L. Xgħir TP 19/5 tad-19.3.2019 Oryza sativa L. Ross TP 16/3 tal-1.10.2015 Secale cereale L. Segala TP 58/1 tal-31.10.2002 Sorghum bicolor (L.) Moench Sorgu TP 122/1 tad-19.3.2019 Sorghum sudanense (Piper) Stapf. Sorgu tas-Sudan TP 122/1 tad-19.3.2019 Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor u Sorghum sudanense TP 122/1 tad-19.3.2019 xTriticosecale Wittm. ex A. Camus Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta’ speċijiet tal-ġeneru Triticum ma’ speċijiet tal-ġeneru Secale TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011 Triticum aestivum L. Qamħ TP 3/5 tad-19.3.2019 Triticum durum Desf. Qamħ durum TP 120/3 tad-19.3.2014 Zea mays L. (partim) Qamħirrum TP 2/3 tal-11.3.2010 Solanum tuberosum L. Patata TP 23/3 tal-15.3.2017

ANNESS II Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

Isem xjentifiku Isem komuni Linja gwida tal-UPOV Beta vulgaris L. Pitravi tal-għalf TG/150/3 tal-4.11.1994 Agrostis canina L. Ħaxix iebes bellusi TG/30/6 tat-12.10.1990 Agrostis gigantea Roth Agrostide bajda TG/30/6 tat-12.10.1990 Agrostis stolonifera L. Ħaxix iebes li jixxeblek TG/30/6 tat-12.10.1990 Agrostis capillaris L. Brown top TG/30/6 tat-12.10.1990 Bromus catharticus Vahl Ħaxix rescue TG/180/3 tal-4.4.2001 Bromus sitchensis Trin. Bunixxief tal-Alaska TG/180/3 tal-4.4.2001 Dactylis glomerata L. Sieq is-serduq TG/31/8 tas-17.4.2002 xFestulolium Asch. et Graebn. Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċijiet tal-ġeneru Festuca ma’ speċijiet tal-ġeneru Lolium TG/243/1 tad-9.4.2008 Phleum nodosum L. Ħaxix ta’ timothy żgħir TG/34/6 tas-7.11.1984 Phleum pratense L. Ħaxix ta’ timothy TG/34/6 tas-7.11.1984 Lotus corniculatus L. Qrempuċ tal-mogħoż TG 193/1 tad-9.4.2008 Lupinus albus L. Lupina bajda TG/66/4 tal-31.3.2004 Lupinus angustifolius L. Lupina b’weraq dojoq TG/66/4 tal-31.3.2004 Lupinus luteus L. Lupina safra TG/66/4 tal-31.3.2004 Medicago doliata Carmign. Nefel tal-fergħa dritta TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago italica (Mill.) Fiori Nefel tal-midalja TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago littoralis Rohde ex Loisel. Nefel tax-xtut TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago lupulina L. Nefel iswed TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago murex Willd. Nefel tal-globu TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago polymorpha L. Nefel komuni TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago rugosa Desr. Nefel imkemmex TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago sativa L. Alfalfa TG/6/5 tas-6.4.2005 Medicago scutellata (L.) Mill. Nefel tal-bebbux TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago truncatula Gaertn. Nefel tal-fosdqa TG 228/1 tal-5.4.2006 Medicago x varia T. Martyn Xnien ir-ramel TG/6/5 tas-6.4.2005 Trifolium pratense L. Xnien aħmar TG/5/7 tal-4.4.2001 Trifolium repens L. Silla bajda TG/38/7 tad-9.4.2003 Phacelia tanacetifolia Benth. Kampanella ta’ Kalifornja TG/319/1 tal-5.4.2017 Arachis hypogaea L. Karawett TG/93/4 tad-9.4.2014 Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs Rapa tan-nevew TG/185/3 tas-17.4.2002 Carthamus tinctorius L. Għosfor TG/134/3 tat-12.10.1990 Papaver somniferum L. Peprin TG/166/4 tad-9.4.2014

“ANNESS I Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO

Isem xjentifiku Isem komuni Protokoll tas-CPVO Allium cepa L. ((Il-grupp ta’ Cepa)) Basal u Ekaljun TP 46/2 tal-1.4.2009 Allium cepa L. (Il-grupp tal-Aggregatum) Shallot TP 46/2 tal-1.4.2009 Allium fistulosum L. Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion) TP 161/1 tal-11.3.2010 Allium porrum L. Kurrat TP 85/2 tal-1.4.2009 Allium sativum L. Tewm TP 162/1 tal-25.3.2004 Allium schoenoprasum L. Kurrat selvaġġ TP 198/2 tal-11.3.2015 Apium graveolens L. Karfus TP 82/1 tat-13.3.2008 Apium graveolens L. Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi) TP 74/1 tat-13.3.2008 Asparagus officinalis L. Spraġ TP 130/2 tas-16.2.2011 Beta vulgaris L. Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham TP 60/1 tal-1.4.2009 Beta vulgaris L. Pitravi tal-ispinaċi jew Chard TP 106/1 tal-11.3.2015 Brassica oleracea L. Kaboċċa mberfla TP 90/1 tas-16.2.2011 Brassica oleracea L. Pastard TP 45/2 Rev. 2 tal-21.3.2018 Brassica oleracea L. Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż TP 151/2 rev. tal-15.3.2017 Brassica oleracea L. Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk TP 54/2 rev. tal-15.3.2017 Brassica oleracea L. Ġidra TP 65/1 rev. tal-15.3.2017 Brassica oleracea L. Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra TP 48/3 rev. tal-15.3.2017 Brassica rapa L. Kaboċċa Ċiniża TP 105/1 tat-13.3.2008 Capsicum annuum L. Bżar aħmar jaħraq jew Bżar TP 76/2 rev. tal-15.3.2017 Cichorium endivia L. Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi TP 118/3 tad-19.3.2014 Cichorium intybus L. Ċikwejra industrijali TP 172/2 tal-1.12.2005 Cichorium intybus L. Ċikwejra tal-weraq TP 154/1 rev. tad-19.3.2019 Cichorium intybus L. Ċikwejra Witloof TP 173/2 tal-21.3.2018 Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai Dulliegħ TP 142/2 tad-19.3.2014 Cucumis melo L. Bettieħ TP 104/2 tal-21.3.2007 Cucumis sativus L. Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinar (Gherkin) TP 61/2 Rev. 2 tad-19.3.2019 Cucurbita maxima Duchesne Qargħa tat-tip gourd TP 155/1 tal-11.3.2015 Cucurbita pepo L. Qarabagħli jew Zukkini TP 119/1rev. tad-19.3.2014 Cynara cardunculus L. Qaqoċċ tond u Kardun TP 184/2 tas-27.2.2013 Daucus carota L. Karrotti u Karrotti għall-għalf TP 49/3 tat-13.3.2008 Foeniculum vulgare Mill. Bużbież TP 183/1 tal-25.3.2004 Lactuca sativa L. Ħass TP 13/6 rev. tal-15.2.2019 Solanum lycopersicum L. Tadam TP 44/4 Rev. 3 tal-21.3.2018 Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill Tursin TP 136/1 tal-21.3.2007 Phaseolus coccineus L. Fażola ta’ Spanja TP 9/1 tal-21.3.2007 Phaseolus vulgaris L. Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza TP 12/4 tas-27.2.2013 Pisum sativum L. (partim) Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea) TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017 Raphanus sativus L. Ravanell, Ravanell iswed TP 64/2 rev. tal-11.3.2015 Rheum rhabarbarum L Rabarbru TP 62/1 tad-19.4.2016 Scorzonera hispanica L. Scorzonera jew Salsafja sewda TP 116/1 tal-11.3.2015 Solanum melongena L. Brunġiel TP 117/1 tat-13.3.2008 Spinacia oleracea L. Spinaċi TP 55/5 Rev. 2 tal-15.3.2017 Valerianella locusta (L.) Laterr. Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf TP 75/2 tal-21.3.2007 Vicia faba L. (partim) Ful TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004 Zea mays L. (partim) Qamħirrum Ħelu u Popkorn TP 2/3 tal-11.3.2010 Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner Selvaġġ tat-tadam TP 294/1 Rev. 3 tal-21.3.2018 Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duch. x Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala selvaġġ (rootstock) TP 311/1 tal-15.3.2017

ANNESS II Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

Isem xjentifiku Isem komuni Linja gwida tal-UPOV Brassica rapa L. Nevew TG/37/10 tal-4.4.2001

Versions

  1. 2019-11-28