Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2147 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2019-11-28from 2020-01-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/2147@2019-11-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. ANNESS I Lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ekwidi u tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ekwidi
  5. ANNESS II
  6. (1)
  7. PARTI 1 Dħul temporanju u tranżitu
  8. It-taqsima A
  9. It-taqsima B
  10. (2)
  11. (3)
  12. PARTI 3 Importazzjonijiet
  13. It-taqsima A
  14. It-taqsima B

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 9(1)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(i), l-Artikolu 12(1), (4) u (5), l-Artikolu 13(2), u l-Artikoli 15, 16, 17 u 19 tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE jipprevedi li biex jgħaddu bi tranżitu minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor jew għall-istess pajjiż terz, l-annimali joffru garanzija ta’ saħħa tal-UE rikonoxxuta li tkun tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti għall-kummerċ intern tal-UE ta’ dawn l-annimali.

(2) L-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 92/65/KEE jipprevedi li jenħtieġ li l-importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni jiġu awtorizzati biss meta dawn il-prodotti ġerminali jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi elenkati u minn ċentri tal-ġbir u tal-ħżin approvati jew mingħand gruppi għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li joffru garanziji li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness D(I) ta’ dik id-Direttiva.

(3) Id-Direttiva 2009/156/KE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjoni tal-ekwidi fl-Unjoni. Din tipprevedi li jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss dawk l-ekwidi li jiġu mill-pajjiżi terzi jew mit-territorji ta’ pajjiżi terzi li huma elenkati f’lista kkumpilata skont dik id-Direttiva.

(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 jistipula l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ semen, ova u embrijuni tal-ekwidi u jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-dħul ta’ ekwidi u tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina, kif ukoll il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja u tas-saħħa tal-annimali għal dan id-dħul.

(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jistabbilixxi wkoll il-proċeduri għall-konverżjoni ta’ dħul temporanju fi dħul permanenti li jirrikjedu diversi entrati fil-Parti III tad-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (CVED) fit-TRACES biex jintemm l-istatus tad-dħul temporanju. Madankollu, il-possibbiltà li wieħed idaħħal diversi entrati fil-Parti III tas-CVED li hu meħtieġ biex titwettaq il-proċedura deskritta fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/659 ma teżistix fil-verżjoni attwali tat-TRACES u se tingħata biss fid-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (is-CHED) li se jiġi implimentat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2017/625, li jibda japplika fl-14 ta’ Diċembru 2019, fil-qafas tal-iżvilupp tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (l-IMSOC). Għaldaqstant jeħtieġ li l-applikazzjoni tal-Artikolu 19(2)(a) tiġi ddiferita għal dik id-data.

(6) Id-dħul fl-Unjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina jista’ jiġi awtorizzat minn pajjiżi terzi jew minn partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul ta’ annimali ekwini, dment li l-konsenja tintbagħat minn ċentru approvat tal-ġbir jew tal-ħżin tas-semen elenkat f’konformità mal-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE u jkollha magħha ċertifikat tas-saħħa. Mill-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/659 jidher li d-dħul fl-Unjoni ta’ semen minn Barbados, minn Bermuda, mill-Bolivja u mit-Turkija huwa awtorizzat. Iżda dawk il-pajjiżi ma għandhomx ċentri tal-ġbir tas-semen awtorizzati. Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament irid jiġi kkoreġut sabiex ikun jindika li d-dħul fl-Unjoni ta’ semen tal-ekwidi minn dawk il-pajjiżi mhuwiex awtorizzat qabel ma jiġi approvat mill-inqas ċentru tal-ġbir tas-semen wieħed.

(7) Il-Qatar ippreżenta d-dokumenti dwar l-approvazzjoni ta’ ċentru tal-ġbir tas-semen skont l-Artikolu 17(2)(b)(ii) tad-Direttiva 92/65/KEE, u dan iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ġie elenkat fl-10 ta’ Marzu 2017. Iżda mill-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jidher li l-importazzjoni ta’ semen li jinġabar minn żwiemel reġistrati fil-Qatar mhijiex awtorizzata. Għaldaqstant jixraq li l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi kkoreġut biex ikun jindika li l-importazzjoni ta’ semen li jinġabar minn żwiemel reġistrati fil-Qatar hija awtorizzata.

(8) Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw lil Barbados, lil Bermuda, lill-Bolivja, lit-Turkija u lill-Qatar fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġu kkoreġuti skont dan.

(9) L-iżjed informazzjoni riċenti li waslet mill-Brażil dwar il-glanders turi li ċerti partijiet tat-territorju tal-Brażil ma għadhomx ħielsa mill-glanders. Minħabba f’hekk, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul ta’ ekwidi u ta’ semen, ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċi ekwina mill-partijiet tat-territorju tal-Brażil li ma għadhomx ħielsa mill-glanders.

(10) Wara li l-Unjoni wettqet awditu fil-Messiku, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/167/UE ssospendiet id-dħul ta’ ekwidi, ta’ semen, ova u embrijuni tal-ekwidi. Sussegwentement, l-awtoritajiet tal-Messiku pprovdew informazzjoni li tindirizza b’mod xieraq ir-rakkomandazzjonijiet li saru b’riżultat tal-awditu. Għalhekk jixraq li jitħallew jidħlu l-ekwidi reġistrati u l-ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni, kif ukoll is-semen ta’ żwiemel reġistrati, minn dawk il-partijiet tat-territorju tal-Messiku li minnhom kien sospiż id-dħul ta’ dawn l-oġġetti.

(11) Jeħtieġ li tintuża d-denominazzjoni uffiċjali l-ġdida il-Maċedonja ta’ Fuq.

(12) Jenħtieġ li l-entrata għan-Norveġja titneħħa mill-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/659, biex tiġi riflessa s-sitwazzjoni speċifika tagħha bħala pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea.

(13) Fil-25 ta’ Lulju 2019, il-Kuwajt għarraf lill-Kummissjoni b’żewġ każijiet ta’ glanders (Burkholderia mallei) fi żwiemel reġistrati li kienu miżmuma fil-kwarantina ta’ qabel l-esportazzjoni biex jintbagħtu lejn l-Unjoni. Il-Kuwajt minnufih issospenda l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati, u wettaq il-miżuri meħtieġa ta’ sorveljanza u kontroll. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi sospiż għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur id-dħul ta’ żwiemel reġistrati mill-Kuwajt għall-Unjoni.

(14) Huwa meħtieġ aġġornament tan-noti ta’ qiegħ il-paġna fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/659. Għall-fini taċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I kollu jiġi sostitwit.

(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 ġie kkonsolidat u kkoreġut bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1301. Minħabba żball tal-ifformattjar fil-punt II.3.8. fl-Attestat tas-Saħħa u tat-Trattament Xieraq tal-Annimali, il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għad-dħul temporanju fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II fih rekwiżiti aktar stretti rigward l-enċefalite Ġappuniża minn dawk previsti fiċ-ċertifikati tas-saħħa għat-tranżitu u għad-dħul permanenti rispettivament, b’hekk inħolqu restrizzjonijiet tas-saħħa addizzjonali. Dan l-iżball jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex ir-rekwiżiti rigward l-enċefalite Ġappuniża jkunu l-istess għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati u għat-tranżitu u d-dħul permanenti tal-ekwidi.

(16) Ir-reġim tat-testijiet għall-enċefalomijelite ekwina tal-Lvant u tal-Punent fiċ-ċertifikati tas-saħħa fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 ma jqisux tajjeb il-moviment ta’ mħar imwielda minn ommijiet seropożittivi, u l-irkupru minn infezzjoni preċedenti, u għaldaqstant jenħtieġ li titneħħa r-referenza għall-infezzjoni preċedenti, u b’hekk ir-referenza għat-tilqim preċedenti bħala kawża ta’ serokonverżjoni.

(17) Storikament ma kienx hemm importazzjonijiet ta’ ekwidi għall-qatla minn pajjiżi fejn hemm okkorrenza tal-enċefalite Ġappuniża. Billi din il-marda nxterdet f’żoni ġodda, jixraq li jiġu previsti miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal din il-marda anki rigward id-dħul ta’ konsenji ta’ ekwidi għall-qatla. Għalhekk jeħtieġ li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fit-Taqsima B tal-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi emendat skont dan.

(18) Wara li l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE) u ċerti pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-OIE bħala uffiċjalment ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel taw l-assigurazzjonijiet tagħhom, ikun raġonevoli li l-kundizzjonijiet għall-kwarantina u għat-testijiet li jridu jissodisfaw iż-żwiemel reġistrati li jidħlu fl-Unjoni minn dawk il-pajjiżi jiġu ssimplifikati. Għalhekk jeħtieġ li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti 1 u fit-Taqsima A tal-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi emendat skont dan.

(19) Fit-titolu tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja lejn pajjiżi terzi għall-kompetizzjonijiet speċifiċi msemmijin fil-kolonna 16 tat-tabella fl-Anness I, tħalliet barra r-referenza għal sensiela speċifika ta’ kompetizzjonijiet (l-LG Global Champions Tour). Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi ċċarat l-ambitu ta’ sensiela oħra ta’ avvenimenti ekwestri, b’mod partikolari l-American Games. Għall-fini taċ-ċarezza legali jeħtieġ li l-Kapitolu 1 tat-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi sostitwit skont dan.

(20) Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi emendat skont dan.

(21) Biex ikun evitat impatt negattiv fuq il-kummerċ, jeħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2019 li tulu ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li nħarġu skont ir-Regolament (UE) 2018/659, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/1301, għandhom jiġu aċċettati dment li jkunu nħarġu qabel it-22 ta’ Diċembru 2019.

(22) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

Artikolu 1

(1) Fl-Artikolu 24, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Madankollu, l-Artikolu 16(1)(b)(iii), l-Artikolu 16(2)(b), (c) u (d), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 16(4)(a) u (b), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 17(1)(d) u l-Artikolu 19(2)(a) għandhom japplikaw mill-14 ta’ Diċembru 2019.;

(2) It-tabella fl-Anness I li fiha l-lista tal-pajjiżi terzi u n-noti ta’ qiegħ il-paġna hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(3) L-Anness II huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini li jkollhom magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti mfassal skont il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Parti 1, fil-Kapitolu 1 tat-Taqsima B tal-Parti 2, jew fil-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1301, dment li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti jkun inħareġ qabel it-22 ta’ Diċembru 2019.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS I Lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ekwidi u tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ekwidi

Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659, il-lista ta’ pajjiżi terzi u tal-partijiet mit-territorju tal-pajjiżi terzi li minnhom jidħlu konsenji ta’ ekwidi u tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ekwidi fl-Unjoni hija sostitwita b’dan li ġej: Kodiċi ISO Pajjiż terz Il-kodiċi tal-parti mit-territorju tal-pajjiż terz Deskrizzjoni tal-parti mit-territorju tal-pajjiż terz Grupp Sanitarju Dħul Temporanju Dħul mill-ġdid Importazzjonijiet Importazzjonijiet Tranżitu Kundizzjonijiet speċifiċi ŻR ŻR ŻR EQ ER + ETP SEMEN O/E Ekwidi ŻR ER ETP 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 AE L-Emirati Għarab Magħquda AE-0 Il-pajjiż kollu E X X X — — X — — X X AR L-Arġentina AR-0 Il-pajjiż kollu D X X X X X X X X X X AU L-Awstralja AU-0 Il-pajjiż kollu A X X X X X X X X X X BA Bożnija-Ħerżegovina BA-0 Il-pajjiż kollu B X X X — — — — — — X BB Barbados BB-0 Il-pajjiż kollu D X X X — — — — — — X BH Il-Bahrain BH-0 Il-pajjiż kollu E X X X — — — — — — X BM Bermuda BM-0 Il-pajjiż kollu D X X X — — — — — — X BO Il-Bolivja BO-0 Il-pajjiż kollu D X X X — — — — — — X BR Il-Brażil BR-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — BR-1 L-Istati ta’: Paraná u Rio de Janeiro D X X X — — — — — — X BY Il-Belarussja BY-0 Il-pajjiż kollu B X X X X X — — — — X CA Il-Kanada CA-0 Il-pajjiż kollu C X X X X X X X X — X CH L-Iżvizzera(2) CH-0 Il-pajjiż kollu A X X X X X X X X X X CL Iċ-Ċilì CL-0 Il-pajjiż kollu D X X X X X — — — — X CN Iċ-Ċina CN-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — CN-1 Iż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fil-Belt ta’ Conghua, fil-Muniċipalità ta’ Guangzhou, fil-Provinċja ta’ Guangdong li tinkludi l-Passaġġ ta’ Bijosigurtà għall-Awtostrada mill-ajruport u lejh fi Guangzhou u f’Hong Kong (ara l-Kaxxa 1 għad-dettalji) G X X X — — — — — — X CN-2 Il-post fejn se jsir il-Global Champions Tour fil-parkeġġ tal-Expo 2010 Nru 15 u l-passaġġ għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Shanghai Pudong fil-parti tat-Tramuntana ta’ Pudong New Area u l-parti tal-Lvant tad-Distrett ta’ Minhang taż-żona metropolitana ta’ Shanghai (ara l-Kaxxa 1 għad-dettalji) G — X — — — — — — — — Jekk ikunu ċċertifikati skont il-Kapitolu 1 tat-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II biss CR Il-Costa Rica CR-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — CR-1 Iż-żona Metropolitana ta’ San José D — X — — — — — — — — CU Kuba CU-0 Il-pajjiż kollu D X X X — — — — — — X DZ L-Alġerija DZ-0 Il-pajjiż kollu E X X X X X — — — — X EG L-Eġittu EG-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — EG-1 Iż-Żona Ħielsa mill-Mard Ekwin stabbilita fl-Isptar Veterinarju tal-Forzi Armati Eġizzjani fi Triq El Nasr, faċċata tal-Klabb Al Ahly fil-Kajr, u l-passaġġ tal-awtostrada sal-Ajruport Internazzjonali tal-Kajr (ara l-Kaxxa 2 għad-dettalji) E X — X — — — — — — X FK Il-Gżejjer Falkland FK-0 Il-pajjiż kollu A X X X — X — — — — X GL Greenland GL-0 Il-pajjiż kollu A X X X X X — — — — X HK Hong Kong HK-0 Il-pajjiż kollu G X X X — — — — — — X IL Iżrael(3) IL-0 Il-pajjiż kollu E X X X X X X X — —- X IS L-Iżlanda(4) IS-0 Il-pajjiż kollu A X X X X X X X X —- X JM Il-Ġamajka JM-0 Il-pajjiż kollu D X X X — — — — — — X JO Il-Ġordan JO-0 Il-pajjiż kollu E X X X — — — — — — X JP Il-Ġappun JP-0 Il-pajjiż kollu G X X X — — — — — — X KG Il-Kirgiżistan KG-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — KG-1 Ir-reġjun ta’ Issyk-Kul B — — X — — — — — — X KR Ir-Repubblika tal-Korea KR-0 Il-pajjiż kollu G X X X — — — — — — X KW Il-Kuwajt KW-0 Il-pajjiż kollu E — — — — — — — — — — LB Il-Libanu LB-0 Il-pajjiż kollu E X X X — — — — — — X MA Il-Marokk MA-0 Il-pajjiż kollu E X X X X X X X X — X ME Il-Montenegro ME-0 Il-pajjiż kollu B X X X X X — — — — X MK Il-Maċedonja ta’ Fuq MK-0 Il-pajjiż kollu B X X X X X — — — — X MO Il-Macao MO-0 Il-pajjiż kollu G X X X — — — — — — X MY Il-Malasja MY-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — MY-1 Il-Peniżola G X X X — — — — — — X MU Mauritius MU-0 Il-pajjiż kollu E — — X — — — — — — X MX il-Messiku MX-0 Il-pajjiż kollu C — — — — — — — — — — MX-1 Iż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku C — X — — — — — — — — Jekk ikunu ċċertifikati skont il-Kapitolu 1 tat-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II biss MX-2 Il-pajjiż kollu minbarra l-Istati ta’ Chiapas, Oaxaca, Tabasco, Campeche, Yucatan, Quintana Roo, Veracruz u Tamaulipas C X X X — X — — — — — NZ New Zealand NZ-0 Il-pajjiż kollu A X X X X X — — — — X OM L-Oman OM-0 Il-pajjiż kollu E X X X — — — — — — X PE Il-Perù PE-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — PE-1 Ir-reġjun ta’ Lima D X X X — — — — — — X PM Saint Pierre u Miquelon PM-0 Il-pajjiż kollu A — — x — x — — — — X PY Il-Paragwaj PY-0 Il-pajjiż kollu D X X X X X — — — — X QA Il-Qatar QA-0 Il-pajjiż kollu E X X X — — X — — — X RS Is-Serbja RS-0 Il-pajjiż kollu B X X X X X — — — — X RU ir-Russja RU-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — RU-1 Il-provinċji ta’ Kaliningrad, Arkhangelsk, Vologda, Murmansk, Leningrad, Novgorod, Pskov, Briansk, Vladimir, Ivanovo, Tver, Kaluga, Kostroma, Moskva, Orjol, Riasan, Smolensk, Tula, Jaroslavl, Nijninovgorod, Kirov, Belgorod, Voronesh, Kursk, Lipezk, Tambov, Astrahan, Volgograd, Penza, Saratov, Uljanovsk, Rostov, Orenburg, Perm u Kurgan B X X X X X — — — — X RU-2 Ir-reġjuni ta’ Stavropol u Krasnodar B X X X X X — — — — X RU-3 Ir-Repubbliki ta’ Karelia, Marij-El, Mordovia, Chuvachia, Kalmykia, Tatarstan, Dagestan, Kabardino-Balkaria, Severnaya Osetia, Ingushetia u Karachaevo-Cherkesia B X X X X X — — — — X SA L-Arabja Sawdija SA-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — SA-1 Il-pajjiż kollu minbarra l-SA-2 E X X X — — X — — — X SA-2 Iż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza fil-provinċji ta’ Jizan, Asir u Najran, kif deskritt fil-Kaxxa 3 — — — — — — — — — — — Grupp Sanitarju Singapore SG-0 Il-pajjiż kollu G X X X — — — — — — X TH It-Tajlandja TH-0 Il-pajjiż kollu G X X X — — — — — — X TN It-Tuneżija TN-0 Il-pajjiż kollu E X X X X X — — — — X TR It-Turkija TR-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — TR-1 Il-provinċji ta’ Ankara, Edirne, Istanbul, Izmir, Kirklareli u Tekirdag E X X X — — — — — — X UA l-Ukrajna UA-0 Il-pajjiż kollu B X X X X X X X X — X US L-Istati Uniti tal-Amerka US-0 Il-pajjiż kollu C X X X X X X X X X X UY L-Urugwaj UY-0 Il-pajjiż kollu D X X X X X X X X — X ZA L-Afrika t’Isfel ZA-0 Il-pajjiż kollu — — — — — — — — — — — ZA-1 Iż-żona metropolitana ta’ Cape Town (ara l-Kaxxa 4 għad-dettalji) F — — — — — — — — — — Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/698/KE

ANNESS II

L-Anness II huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(1) Il-Parti 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

(1)

PARTI 1 Dħul temporanju u tranżitu
It-taqsima A

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati fl-Unjoni għal perjodu ta’ inqas minn 90 jum

It-taqsima B

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu ta’ ekwidi ħajjin minn ġol-Unjoni minn pajjiż terz jew minn parti mit-territorju ta’ pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor jew għal parti oħra mit-territorju tal-istess pajjiż terz

(2) Fit-Taqsima B tal-Parti 2, il-Kapitolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(2)

Kapitolu 1 Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni li japplikaw għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati għall-kompetizzjonijiet wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum biex jipparteċipaw f’avvenimenti ekwestri organizzati taħt il-patroċinju tal-Fédération Equestre Internationale (FEI) (Avveniment ta’ ttestjar bi tħejija għal-Logħob Olimpiku, għal-Logħob Olimpiku Paraolimpijadu, tal-Kompetizzjoni Ekwestri Dinjija/il-Kampjonat Dinji, tal-Kompetizzjoni Ekwestri Asjatika, tal-Kompetizzjonijiet Ekwestri Amerikani (fosthom il-Kompetizzjoni Pan Amerikana, il-Kompetizzjoni tal-Amerka t’Isfel, il-Kompetizzjoni tal-Amerka Ċentrali, u l-Kompetizzjoni tal-Karibew), l-Endurance World Cup fl-Emirati Għarab Magħquda, l-LG Global Champions Tour)

(3) Il-Parti 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

(3)

PARTI 3 Importazzjonijiet
It-taqsima A

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għall-importazzjoni individwali fl-Unjoni ta’ żiemel reġistrat, annimal ekwin reġistrat, jew annimal ekwin għat-tgħammir u l-produzzjoni

It-taqsima B

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa u mudell tad-dikjarazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ konsenja ta’ ekwidi domestiċi għall-qatla

Versions

  1. 2019-11-28