Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/375 tal-5 ta' Marzu 2019 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

In forceVersion 2019-03-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/375@2019-03-05/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1) Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116, (UE) 2015/190 u (UE) 2015/994 li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fil-11 ta' Lulju 2017, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1334, is-Sur Augusto ROLLANDIN ġie sostitwit mis-Sur Pierluigi MARQUIS bħala membru. Fid-29 ta' Jannar 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/157, is-Sur Pierluigi MARQUIS ġie sostitwit mis-Sur Laurent VIERIN bħala membru. Fit-8 ta' Ottubru 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1510, is-Sur Laurent VIERIN ġie sostitwit mis-Sa Nicoletta SPELGATTI bħala membru.

(2) Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sa Nicoletta SPELGATTI, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Pierluigi MARQUIS, Consigliere della Regione Autonoma Valle d'Aosta.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2019. Għall-Kunsill Il-President G.L. Gavrilescu

Versions

  1. 2019-03-05