Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/414 tal-14 ta' Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għejxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2020 tal-varjabbli sekondarji fil-mira dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/414@2019-03-14/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għejxien (UE-SILC), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għejxien, sabiex ikun żgurat li fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jkun hemm disponibbli data trasversali u lonġitudinali, komparabbli u aġġornata, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.
(2) Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, kull sena għandhom jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-oqsma u l-varjabbli sekondarji fil-mira li jridu jiġu inklużi dik is-sena fil-komponent trasversali tal-EU-SILC. Għaldaqstant jenħtieġ jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tagħhom għall-modulu tal-2020 dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol.
(3) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-lista tal-varjabbli sekondarji fil-mira u tal-identifikaturi għall-modulu tal-2020 dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol, li hija parti mill-komponent trasversali tal-UE-SILC, għandha tkun kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS
Il-varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi għall-modulu tal-2020 dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol — parti mill-komponent trasversali tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropew dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għejxien (UE-SILC) — għandhom ikunu kif ġej:
1. L-unitajiet L-informazzjoni magħżula dwar ix-xogħol għandha tingħata għall-membri kurrenti kollha tal-unità domestika jew, jekk applikabbli, għar-rispondenti magħżula kollha li għandhom 16-il sena jew iżjed. L-informazzjoni dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid tapplika fil-livell tal-unità domestika u tirreferi għall-unità domestika kollha kemm hi.
2. Il-metodu tal-ġbir tad-data Għall-varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu tal-ġbir tad-data hu intervista personali mal-membri kurrenti kollha tal-unità domestika jew, jekk applikabbli, mar-rispondenti magħżula kollha li għandhom 16-il sena jew iżjed. Għall-varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika, il-metodu tal-ġbir tad-data hu intervista personali mar-rispondent tal-unità domestika. Jistgħu jsiru intervisti permezz ta' rappreżentant (proxy) għajr ma' persuni li jkunu assenti jew inkapaċitati temporanjament. Id-data tista' tinkiseb minn reġistri.
3. Il-perjodu ta' referenza Il-varjabbli fil-mira għandhom x'jaqsmu ma' tipi differenti ta' perjodi ta' referenza:
Il-perjodu ta' referenza kurrenti għall-varjabbli tad-djun eċċessivi għajr għal żewġ varjabbli dwar Arretrati fuq kontijiet li mhumiex tal-akkomodazzjoni u Ammont dovut tal-aħħar xahar fuq selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija).
L-aħħar 12-il xahar għall-varjabbli dwar Arretrati fuq kontijiet li mhumiex tal-akkomodazzjoni.
L-aħħar xahar għall-varjabbli Ammont dovut tal-aħħar xahar fuq selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija).
L-aħħar xahar għall-varjabbli tal-konsum.
Il-perjodu ta' referenza kurrenti għall-varjabbli tal-ġid.
Il-perjodu ta' referenza kurrenti għall-varjabbli Settur tal-impjiegi pubbliċi/privati.
Il-perjodu ta' referenza tal-introjtu għall-varjabbli tax-xogħol Xhur bi kwalunkwe xogħol.
Il-perjodu ta' qgħad waqt il-perjodu ta' referenza tal-introjtu għall-varjabbli tax-xogħol Reġistrazzjoni tal-qgħad.
4. Trażmissjoni tad-data Il-varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) fil-fajl tad-data dwar l-unità domestika (il-fajl H) u fil-fajl tad-data personali (il-fajl P) wara l- varjabbli primarji fil-mira. Modulu tal-ittestjar tal-2020 Id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol Isem il-varjabbli Kodiċi Varjabbli fil-mira Dejn eċċessiv HI020 Arretrati fuq kontijiet li mhumiex tal-akkomodazzjoni 1 Iva, darba 2 Iva, darbtejn jew aktar 3 Le HI020_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (l-ebda kont li mhux ta' akkomodazzjoni) – 7 N/A (HB010≠2020) HI090 Għadd ta' selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija) Għadd (2 ċifri) 00-99 HI090_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 7 N/A (HB010≠2020) HI100 1-magħżula, 2-mhux magħżula Skop tas-selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija) HI100_01 1, 2 Proprjetà (inkl. għamara tad-dar, tagħmir u d-dekorazzjoni interna) HI100_02 1, 2 Karozza, mutur, karavan, vann, rota jew mezzi oħra ta' trasport HI100_03 1, 2 Btajjel HI100_04 1, 2 Kura tas-saħħa HI100_05 1, 2 Edukazzjoni HI100_06 1, 2 Għal spejjeż ta' kuljum HI100_07 1, 2 Selfa personali li jiffinanzja negozju personali HI100_08 1, 2 Għal rifinanzjament ta' selfa HI100_09 1, 2 Raġuni oħra (mhux elenkata hawn fuq) HI100_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (għadd ta' selfiet = 0) – 7 N/A (HB010≠2020) HI110 1-magħżula, 2-mhux magħżula Sors tas-selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija) HI110_01 1, 2 Bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra (eż. unjoni ta' kreditu, fornitur tal-mikrokreditu) HI110_02 1, 2 Kumpanija tas-self payday jew pawnbroker/konvertitur tal-flus HI110_03 1, 2 Sorsi privati (eż. familja, ħbieb) HI110_04 1, 2 Oħrajn HI110_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (għadd ta' selfiet = 0) – 7 N/A (HB010≠2020) HI120 Ammont dovut tal-aħħar xahar fuq self (għajr is-self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija) 0-99999999 (ammont) HI120_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (għadd ta' selfiet = 0) – 7 N/A (HB010≠2020) Konsum HC010 Ikel id-dar 0-999999 (ammont) HC010_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 7 N/A(HB010≠2020) HC020 Ikel jew xorb barra mid-dar 0-999999 (ammont) HC020_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (l-ebda ikel barra mid-dar) – 7 N/A(HB010≠2020) HC030 Trasport pubbliku 0-999999 (ammont) HC030_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (l-ebda trasport pubbliku użat) – 7 N/A(HB010≠2020) HC040 Trasport privat 1-999999 (ammont) HC040_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (l-ebda trasport privat użat) – 7 N/A(HB010≠2020) HC050 Iffrankar (f'xahar tipiku) 1 Unità domestika li twarrab xi flus 2 Unità domestika li jeħtieġ tirrikorri għall-flus imfaddla 3 Unità domestika li jeħtieġ tissellef il-flus 4 Unità domestika li la twarrab xi flus u lanqas jeħtieġ tirrikorri għall-flus imfaddla jew għas-self HC050_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 7 N/A(HB010≠2020) Ġid HV010 Valur ta' residenza ewlenija 1-99999999999 (ammont) HV010_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (mhux sid) – 7 N/A (HB010≠2020) HV070 Total li fadal biex jitħallas self ipotekarju fuq residenza ewlenija (FAKULTATTIV) 1-99999999999 (ammont) HV070_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (l-ebda self ipotekarju) – 7 N/A (HB010≠2020) HV020 Pussess ta' proprjetà immobbli li mhux ir-residenza ewlenija 1 Iva 2 Le HV020_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 7 N/A (HB010≠2020) HV080 Ħila li jinżamm l-istess livell ta' għejxien permezz tal-flus imfaddla 1 < 3 xhur 2 3-6 xhur 3 6-12-il xahar 4 > 12-il xahar HV080_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 7 N/A (HB010≠2020) Xogħol PL230 Settur tal-impjiegi pubbliċi/privati 1 Pubbliċi 2 Privati 3 Taħlita PL230_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (PL031≠1,2) – 3 Rispondent mhux magħżul – 7 N/A (PB010≠2020) PL250 Xhur bi kwalunkwe xogħol 0-12-il xahar PL250_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 3 Rispondent mhux magħżul – 7 N/A (PB010≠2020) PL280 Reġistrazzjoni tal-qgħad 1 Qiegħed u rreġistrat għall-perjodu kollu 2 Qiegħed u rreġistrat għal parti mill-perjodu 3 Qiegħed iżda mhux irreġistrat PL280_F 1 Mimlija – 1 Nieqsa – 2 N/A (PL211≠5) – 3 Rispondent mhux magħżul – 7 N/A (PB010≠2020)