Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/431 tat-18 ta' Marzu 2019 li jemenda għall-296 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/431@2019-03-18/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.
(2) Fit-13 ta' Marzu 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda mil-lista tal-persuni, tal-gruppi u tal-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2019. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti ta' Politika Barranija
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura Persuni naturali, id-data tal-identifikazzjoni tal-entrata: Hamza Usama Muhammad bin Laden. Data tat-twelid: 9.5.1989. Post tat-twelid: Jeddah, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità:Sawdija. Informazzjoni oħra: (a) Iben Usama bin Laden (mejjet); (b) Imħabbar minn Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri bħala membru uffiċjali ta' Al-Qaida. Talab lis-segwaċi tal-Al-Qaida jagħmlu attakki terroristiċi. Huwa meqjus bħala s-suċċessur l-aktar probabbli ta' al-Zawahiri. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.2.2019. tinbidel b'din li ġejja: Hamza Usama Muhammad bin Laden. Data tat-twelid: 9.5.1989. Post tat-twelid: Jeddah, l-Arabja Sawdija. Informazzjoni oħra: (a) Iben Usama bin Laden (mejjet); (b) Imħabbar minn Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri bħala membru uffiċjali ta' Al-Qaida. Talab lis-segwaċi ta' Al-Qaida jagħmlu attakki terroristiċi. Huwa meqjus bħala s-suċċessur l-aktar probabbli ta' al-Zawahiri. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.2.2019.