Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/49 tal-4 ta' Jannar 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenit tas-sodju, is-selenit tas-sodju granulat miksi u ż-żingu-L-selenometjonina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/49@2019-01-04/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Awtorizzazzjoni
- Artikolu 2 Miżuri tranżizzjonali
- Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
- ANNEX
- ANNESS 1.2.3.1.2.1.2.3.4.
- Karatterizzazzjoni tal-addittiv
- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
- Il-metodu analitiku
- ANNESS 1.2.3. Karatterizzazzjoni tal-addittiv
- ANNESS 1.2.3.1.2. Karatterizzazzjoni tal-addittiv
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE.
(2) Is-selenit tas-sodju kien awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali skont id-Direttiva 70/524/KEE. Din is-sustanza wara ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(3) F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-selenit tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Fil-qafas tal-evalwazzjoni mill-ġdid tressqet applikazzjoni wkoll għall-forma fi granuli miksija tas-selenit tas-sodju.
(4) F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taż-żingu-L-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali.
(5) L-applikanti talbu li s-selenit tas-sodju, is-selenit tas-sodju granulat miksi u ż-żingu-L-selenometjonina jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi addittivi nutrittivi. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità), fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2015, it-28 ta' Jannar 2016, it-8 ta' Marzu 2016 u l-20 ta' Frar 2018 ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, is-selenit tas-sodju, is-selenit tas-sodju granulat miksi u ż-żingu-L-selenometjonina m'għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Fir-rigward tal-limitazzjoni tas-supplimentazzjoni bis-selenju organiku stabbilit għall-komposti organiċi l-oħrajn tas-selenju, l-Awtorità kkonkludiet li din għandha tapplika wkoll għaż-żingu-L-selenometjonina. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li s-selenit tas-sodju, is-selenit tas-sodju granulat miksi u ż-żingu-L-selenometjonina jistgħu jitqiesu bħala sorsi effiċjenti tas-selenju għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf imressqa mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(7) Il-valutazzjoni tas-selenit tas-sodju, tas-selenit tas-sodju granulat miksi u taż-żingu-L-selenometjonina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati.
(8) Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza selenit tas-sodju mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.
(9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi addittivi nutrittivi u mill-grupp funzjonali komposti tal-oligoelementi, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2 Miżuri tranżizzjonali
1. Is-selenit tas-sodju u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dik is-sustanza u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-3 ta' Awwissu 2019 skont ir-regoli applikabbli qabel it-3 ta' Frar 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom is-selenit tas-sodju u li jiġu prodotti u tikkettati qabel it-3 ta' Frar 2020 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-3 ta' Frar 2019 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti diment li dawn ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom is-selenit tas-sodju u li jiġu prodotti u tikkettati qabel it-3 ta' Frar 2021 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-3 ta' Frar 2019 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti diment li dawn ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux ikel.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Jannar 2019. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS 1.2.3.1.2.1.2.3.4.
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni Addittiv Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku Speċi jew kategorija ta' annimal Età massima Kontenut minimu Kontenut massimu Dispożizzjonijiet oħra Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni Selenju f'mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi 3b801 Selenit tas-sodju L-ispeċijiet kollha — 0,50 (totali) Is-selenit tas-sodju jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq. It-3 ta' Frar 2029 3b802 Selenit tas-sodju granulat miksi L-ispeċijiet kollha — 0,50 (totali) L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq. It-3 ta' Frar 2029 3b818 — Żingu-L-selenometjonina L-ispeċijiet kollha — 0,50 (totali) L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana. Supplimentazzjoni massima bis-selenju organiku: 0,20 mg Se/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %. It-3 ta' Frar 2029
ANNESS
Karatterizzazzjoni tal-addittiv
Selenit tas-sodju, fi trab, b'kontenut minimu ta' selenju ta' 45 %
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Selenit tas-sodju Formula kimika: Na2SeO3 Numru CAS 10102-18-8 Numru EINECS: 233-267-9
Il-metodu analitiku
Għall-karatterizzazzjoni tas-selenit tas-sodju: Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fis-selenit tas-sodju: Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-selenju fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
Titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea 01/2008:1677; u/jew
Gravimetrija
Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) - EN ISO 6869:2000; jew
Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) - EN:15510:2007
Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku bil-Ġenerazzjoni tal-Idruri (HGAAS) wara diġestjoni bil-microwaves - EN 16159:2012
ANNESS 1.2.3. Karatterizzazzjoni tal-addittiv
Preparazzjoni tas-selenit tas-sodju granulat miksi b' Partikuli < 50 μm: Taħt il-5 %
kontenut ta' selenju ta' bejn 1 % u 4,5 % u
aġenti tal-kisi u aġenti tad-dispersjoni (poliossietilen (20) monolawrat tas-sorbitan (E 432), u riċinoleat tal-gliċerol polietilenglikol (E484), polietilenglikol 300, sorbitol (E 420ii) jew maltodestrina) sa massimu ta' 5 %. u
aġenti tal-granulazzjoni (il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju, il-karbonat tal-kalċju, iċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum) sa massimu ta' 100 % w/w.
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Selenit tas-sodju Formula kimika: Na2SeO3 Numru CAS 10102-18-8 Numru EINECS: 233-267-9
Il-metodu analitiku
Għall-kwantifpikazzjoni tat-total tas-selenju fl-addittiv tal-għalf (preparazzjoni fi granuli miksija): Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf (preparazzjoni fi granuli miksija): Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-selenju fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
Plażma Abbinata b'mod Induttiv – Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew
Spettrometrija tal-Massa bil-Plażma b'Akkoppjament Induttiv (ICP/MS)
Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) - EN ISO 6869:2000; jew
Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) - EN:15510:2007
Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku bil-Ġenerazzjoni tal-Idruri (HGAAS) wara diġestjoni bil-microwaves EN 16159:2012
ANNESS 1.2.3.1.2. Karatterizzazzjoni tal-addittiv
Preparazzjoni solida taż-żingu-L-selenometjonina b'kontenut ta' selenju ta' bejn 1 u 2 g/kg
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Selenju organiku fil-forma taż-żingu-L-selenometjonina Formula kimika: C5H10ClNO2SeZn Trab kristallin bi
L-selenometjonina > 62 %,
selenju > 24,5 %,
żingu > 19 % u
klorur > 20 %
Il-metodu analitiku
Għad-determinazzjoni tas-selenometjonina fl-addittiv tal-għalf: Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf: Għad-determinazzjoni tat-total tas-selenju fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost: Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:
kromotografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli b'individwazzjoni bil-fluworexxenza (HPLC-UV).
spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES); jew
spettrometrija tal-massa bil-plażma b'akkoppjament induttiv (ICP/MS)
spettrometrija tal-assorbiment atomiku bil-ġenerazzjoni tal-idruri (HGAAS) wara diġestjoni bil-microwaves – EN 16159
spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew
spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament wara d-diġestjoni taħt pressjoni, (ICP-AES) — EN 15621