Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta' Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/72@2019-01-17/mt
Contents
- Preamble
- (62)
- (118)
- (126)
- (174)
- (346) Tabella 1 Self preferenzjali
- (367) Tabella 2 Finanzjament u assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni
- (442) Tabella 3 Il-forniment ta' magni b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata
- (502) Tabella 4 Forniment ta' batteriji għal rimunerazzjoni anqas milli adegwata
- (533) Tabella 5 Għoti ta' drittijiet tal-Użu tal-Art għal rimunerazzjoni anqas milli adegwata
- (542) Tabella 6 Privileġġi tal-EIT għal Intrapriżi b'Teknoloġija Avvanzata u Ġdida
- (550) Tabella 7 Tpaċija tal-EIT għall-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp
- (557) Tabella 8 Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati
- (558) Tabella 9 Eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa diretta
- (575) Tabella 10 Għotjiet ad hoc
- (577) Tabella 11 Għotjiet
- (580) Tabella 12 Sussidji kompensatorji
- (587) Tabella 13 Il-konsum tal-Unjoni (unitajiet)
- (592) Tabella 14 Volum tal-importazzjoni (unitajiet) u sehem mis-suq
- (605) Tabella 15 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR / unità)
- (610)
- (630) Tabella 16 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
- (640) Tabella 17 Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq
- (649) Tabella 18 Impjiegi u produttività
- (654) Tabella 19 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
- (659) Tabella 20 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
- (661) Tabella 21 Inventarji
- (665) Tabella 22 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
- (697) Tabella 23 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
- (703) Tabella 24 Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun
- (776) Tabella 25 Dazju Kompensatorju Definittiv
- Artikolu 1
- ANNEX
- ANNESS I
- ANNESS II
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 24(1) tiegħu,
Billi: PROĊEDURA Il-bidu
(1) Fil-21 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-RPĊ jew il-pajjiż ikkonċernat). Il-bidu kien ibbażat fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament bażiku). Hija ppubblikat Notifika ta' bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Notifika ta' bidu).
(2) Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-8 ta' Novembru 2017 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (EBMA jew l-ilmentatur) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' roti elettriċi. L-ilment kien fih evidenza ta' sussidjar u ta' dannu li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.
(3) Qabel il-bidu tal-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (GTĊ) li hija kienet irċeviet ilment iddokumentat kif suppost u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ aċċetta l-offerta għal konsultazzjonijiet, li saru fit-18 ta' Diċembru 2017. Matul il-konsultazzjonijiet, ingħata kas tal-kummenti ppreżentati mill-GTĊ. Madankollu, ma setgħet tinstab ebda soluzzjoni bi ftehim reċiproku.
(4) Fit-18 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni imponiet dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mir-RPĊ (ir-Regolament antidumping) f'investigazzjoni li nbdiet permezz ta' Avviż li ġie ppubblikat fl-20 ta' Ottubru 2017 (l-investigazzjoni antidumping parallela).
(5) L-analiżi tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interessi tal-Unjoni mwettqa f'din l-investigazzjoni antisussidju u l-investigazzjoni antidumping parallela huma identiċi mutatis mutandis, minħabba li d-definizzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, tal-produtturi tal-Unjoni rappreżentattivi u tal-perjodu ta' investigazzjoni huma l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. L-elementi rilevanti kollha li jappartjenu għal dawn l-aspetti ġew ikkunsidrati wkoll fl-investigazzjoni preżenti.
(6) Il-GTĊ, il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic, CCCME) u l-Grupp ta' Importaturi Ewropej ta' Roti Elettriċi (Collective of European Importers of Electric Bicycles, CEIEB), bl-aħħar tnejn li rrappreżentaw diversi partijiet interessati, ippreżentaw kummenti wara l-bidu tal-proċediment.
(7) Dawn il-partijiet sostnew li r-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni tat trattament kunfidenzjali lill-identità ta' wħud mill-partijiet interessati li appoġġaw l-ilment kienu kemm insuffiċjenti kif ukoll infondati. Huma żiedu li xi produtturi tal-Unjoni jimportaw roti elettriċi kompluti mir-RPĊ u, b'hekk, fid-dawl tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu preklużi milli jitqiesu bħala li jifformaw parti mill-Industrija tal-Unjoni. Huma rrimarkaw li t-trattament kunfidenzjali tal-identità ta' wħud mill-partijiet interessati jipprekludi lill-produtturi esportaturi milli jeżaminaw kif suppost il-pożizzjoni f'dan il-każ. B'mod simili, huma sostnew li l-ilment la jinkludi lista tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha tal-prodott simili u lanqas il-volum u l-valur prodott minn dawn il-produtturi.
(8) Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku ma jipprojbixxix li jitqiesu xi produtturi tal-Unjoni bħala parti mill-industrija domestika sempliċement minħabba li huma jimportaw il-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet sodisfatta bil-livell ta' appoġġ espress mill-industrija tal-Unjoni għall-bidu tal-każ inkwistjoni. Barra minn hekk, l-ilment kien jinkludi lista ta' produtturi magħrufa fl-Unjoni, kif ukoll il-volum totali tal-produzzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-partijiet interessati setgħu jivvalutaw il-lista ta' produtturi magħrufa tal-Unjoni tal-prodott simili.
(9) Din l-informazzjoni ppermettiet lill-GTĊ, lis-CCCME u lis-CEIEB jidentifikaw li żewġ kumpaniji elenkati bħala produtturi tal-Unjoni qegħdin jimportaw ukoll roti elettriċi mill-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, huwa ċar li dawn il-partijiet interessati jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tad-difiża tagħhom f'dan ir-rigward.
(10) Għalhekk, it-talbiet ma ntlaqgħux.
(11) Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li l-ilment ma kellux il-livell neċessarju ta' evidenza suffiċjenti sabiex jirriżulta fil-bidu ta' investigazzjoni. Is-CCCME tat erba' raġunijiet sabiex tappoġġa din it-talba.
(12) L-ewwel nett, id-data dwar l-importazzjoni, ibbażata fuq l-istatistika dwar l-esportazzjoni Ċiniża, li nkisbet mingħand l-awtoritajiet doganali Ċiniżi, flimkien mal-aġġustamenti li sarulha sabiex jiġi ffiltrat il-prodott li huwa soġġett għal din l-investigazzjoni, ma għandhiex tinżamm kunfidenzjali u s-sors tagħha għandu jiġi eżaminat kif xieraq mill-Kummissjoni.
(13) It-tieni nett, ċerta informazzjoni inkluża fl-ilment, bħal pereżempju, l-allegata kapaċità eċċessiva fis-settur rilevanti fir-RPĊ, hija qarrieqa billi hija relatata mhux biss mas-settur tar-roti elettriċi, iżda wkoll ma' dak tar-roti elettriċi u tar-roti konvenzjonali flimkien. B'mod simili, il-valur tas-suq tar-roti elettriċi tal-Unjoni jkun stmat b'mod eċċessiv, minħabba li jkopri l-vetturi elettriċi ħfief kollha u mhux biss ir-roti elettriċi.
(14) It-tielet nett, filwaqt li l-ilment jiffoka fuq pretensjonijiet ta' sussidjar tas-suq Ċiniż tar-roti elettriċi, huwa qatt ma jeżamina s-sussidji li jeżistu fl-Ewropa.
(15) Ir-raba' nett, skont is-CCCME, l-ilment għamel sensiela ta' pretensjonijiet mhux iġġustifikati li jikkawżaw dannu lill-industrija tar-roti elettriċi fir-RPĊ, billi jallega li huma l-produtturi tal-Unjoni li jixprunaw l-innovazzjoni f'dan in-negozju u li l-produtturi Ċiniżi sempliċiment qegħdin jirreplikaw l-istatus quo tat-teknoloġija tar-roti elettriċi żviluppata mill-Unjoni.
(16) Il-Kummissjoni wettqet eżami tal-ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku u waslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti għall-bidu ta' investigazzjoni ġew issodisfati, jiġifieri li l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-evidenza ppreżentata mill-ilmentatur kienet suffiċjenti. Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament bażiku, ilment għandu jinkludi tali informazzjoni disponibbli b'mod raġonevoli għall-ilmentatur fuq il-fatturi indikati fih. Fuq il-bażi tal-evidenza pprovduta, il-Kummissjoni qieset li dan ir-rekwiżit kien issodisfat. F'dan ir-rigward, l-ebda wieħed mill-aspetti mqajma mis-CCCME ma kien dispożittiv biex il-Kummissjoni tibda l-investigazzjoni dwar l-allegat sussidjar dannuż.
(17) L-ewwel nett, fir-rigward tad-data tal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni tirreferi għat-Taqsima 3.2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/671 (ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni) u għat-Taqsima 4.3.1 tar-Regolament preżenti, fejn dan l-argument huwa indirizzat biżżejjed.
(18) It-tieni nett, fir-rigward tal-kapaċità żejda fiċ-Ċina, huwa tabilħaqq rilevanti li jiġu eżaminati l-kapaċitajiet żejda għar-roti elettriċi u għar-roti konvenzjonali flimkien, billi l-kapaċità tal-produzzjoni għar-roti konvenzjonali tista' tiġi kkonvertita għar-roti elettriċi b'kost baxx jew bi ftit sforz (ara l-premessa (634)), u teżisti evidenza rreġistrata li dan tabilħaqq isir regolarment minn kumpaniji li jipproduċu ż-żewġ prodotti.
(19) Fl-aħħar nett, l-elementi li jikkonċernaw l-innovazzjoni u r-replika jew is-sussidji fl-UE ma kellhom l-ebda piż fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni sottostanti għall-bidu ta' dan il-każ, billi dawn ma jaqgħux fil-fatturi kkunsidrati għal dan l-iskop.
(20) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza ta' sussidjar u tad-dannu materjali li rriżulta, li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.
Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet
(21) Fil-31 ta' Jannar 2018, l-ilmentatur ippreżenta talba għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta' roti elettriċi mir-RPĊ, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku. Fit-3 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni li jagħmel l-importazzjonijiet tar-roti elettriċi mir-RPĊ soġġetti għal reġistrazzjoni mill-4 ta' Mejju 2018 'il quddiem.
(22) B'rispons għat-talba għal reġistrazzjoni, il-partijiet interessati ppreżentaw kummenti li ġew ittrattati fir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni tikkonferma li l-ilmentaturi ppreżentaw biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-ħtieġa li l-importazzjonijiet jiġu rreġistrati. L-importazzjonijiet u l-ishma mis-suq mir-RPĊ kienu żdiedu bil-qawwa. Għalhekk, il-kummenti ġew rifjutati.
Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(23) L-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-30 ta' Settembru 2017 (il-perjodu ta' investigazzjoni jew il-PI). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sat-30 ta' Settembru 2017 (il-perjodu kkunsidrat).
Il-partijiet interessati
(24) Fin-Notifika ta' bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-GTĊ, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma mħassba dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jieħdu sehem.
(25) Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u / jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.
Teħid tal-kampjuni
(26) Fin-Notifika ta' bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li x'aktarx tieħu kampjun minn fost il-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Teħid ta' kampjun tal-Produtturi tal-Unjoni
(27) Fin-Notifika ta' bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-aktar volumi ta' bejgħ rappreżentattivi tal-prodott simili fil-perjodu ta' investigazzjoni, filwaqt li żgurat firxa fit-tipi ta' prodotti u firxa ġeografika.
(28) Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal 60 % tal-volum tal-produzzjoni totali u 58 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju.
(29) Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li l-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.
Teħid ta' kampjuni tal-importaturi
(30) Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.
(31) Wieħed u għoxrin importatur mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F'konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' ħames importaturi mhux relatati fuq il-bażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.
(32) Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun huwa rappreżentattiv tal-importaturi li kkooperaw.
Teħid ta' kampjuni tal-produtturi esportaturi
(33) Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tar-RPĊ sabiex jidentifikaw u / jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni.
(34) Tmienja u sebgħin produttur esportatur / grupp(i) ta' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun li ġej ta' ħames gruppi ta' produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-volum tal-prodott ikkonċernat imsemmi fil-premessa (60) ta' hawn taħt esportat lejn l-Unjoni b'kunsiderazzjoni wkoll tal-livell ta' investimenti relatati mal-prodott li qed jiġi investigat matul il-perjodu ta' investigazzjoni u l-firxa ġeografika. Dan huwa meqjus bħala l-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli:
Bodo Vehicle Group Co., Ltd (Bodo),
Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co., Ltd (Giant),
Jinhua Vision Industry Co., Ltd u Yongkang Hulong Electric Vehicle Co., Ltd (Jinhua Vision Group),
Suzhou Rununion Motivity Co., Ltd (Rununion Group),
Yadea Technology Group Co., Ltd (Yadea Group).
(35) Il-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun (il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun) kienu jirrappreżentaw 43 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.
(36) Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, kif ukoll il-GTĊ, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Il-kummenti dwar il-kampjun propost waslu mingħand l-ilmentatur u mit-tliet produtturi esportaturi, wieħed inkluż fil-kampjun u tnejn le.
(37) L-ilmentatur osserva li Tianjin u Jiangsu huma l-provinċji bl-akbar produzzjoni ta' roti elettriċi. F'dan ir-rigward, l-ilmentatur sostna li l-kampjun propost ma rrappreżentax biżżejjed il-kumpaniji bbażati fi Tianjin u ppropona li jiddaħħal produttur esportatur ieħor fil-kampjun.
(38) Il-Kummissjoni osservat li żewġ kumpaniji fost l-produtturi esportaturi jew il-grupp ta' kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu bbażati fi Tianjin. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kumpaniji bbażati fil-Muniċipalità ta' Tianjin kienu koperti biżżejjed.
(39) Produttur esportatur wieħed li kkoopera, li ma kienx inkluż fil-kampjun, talab sabiex jiġi inkluż fil-kampjun. It-talba tiegħu kienet ibbażata fuq tliet elementi. L-ewwel nett, il-kumpanija esportat lejn l-Unjoni permezz ta' kummerċjant relatat. It-tieni nett, il-kumpanija importat ammont kbir ta' materjali ta' input. It-tielet nett, l-inklużjoni tal-kumpanija tirriżulta f'firxa ġeografika ogħla tal-kampjun.
(40) Il-Kummissjoni ma qisitx l-ewwel żewġ elementi bħala kriterju għall-għażla ta' kampjun, li għandu jkun ibbażat skont l-Artikolu 27(1) fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet tal-prodott soġġetti għal investigazzjoni, li jistgħu jiġu investigati matul iż-żmien disponibbli. Barra minn hekk, fost il-kumpaniji li għamlu lilhom infushom magħrufa matul l-eżerċizzju tal-kampjunar, hemm diversi li jbigħu fl-Unjoni bl-użu ta' kummerċjant relatat u kienu qegħdin jesportaw ukoll materjal ta' input. Minbarra dan, il-Kummissjoni diġà kkunsidrat bħala suffiċjenti l-firxa ġeografika milħuqa bil-kampjun propost, li tkopri tlieta mill-aktar reġjuni importanti għall-produzzjoni ta' roti elettriċi, għalhekk, it-talba ġiet irrifjutata.
(41) Produttur esportatur wieħed, li kien inkluż fil-kampjun, talab li jiġi eskluż mill-kampjun. It-talba tiegħu kienet ibbażata fuq tliet elementi. L-ewwel nett, il-kumpanija esportat volum aktar baxx mill-erba' gruppi l-oħrajn inklużi fil-kampjun. It-tieni nett, huma ddikjaraw mill-ġdid il-livell ta' investimenti tagħhom 'l isfel, filwaqt li kkjarifikaw li l-ammont ikkunsidrat mill-Kummissjoni kien jinkludi investimenti fi prodotti oħrajn. It-tielet nett, huma preżenti f'żona ġeografika li diġà hija koperta minn kumpaniji oħrajn fil-kampjun.
(42) Il-Kummissjoni bbażat l-għażla tagħha mhux biss fuq il-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, filwaqt li tqis ukoll il-livell ta' sussidjar, skont l-informazzjoni disponibbli dwar l-aħħar Kontijiet Annwali disponibbli tal-kumpaniji li kkooperaw u l-firxa ġeografika, matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-produttur esportatur inkwistjoni, meta jiġu kkunsidrati dawn il-fatturi kollha flimkien, tqies bħala rappreżentattiv.
(43) Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-kampjun propost bħala l-kampjun finali.
Eżami individwali
(44) Żewġ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun talbu formalment li jsir eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku billi pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju antisussidju maħsub għall-produtturi esportaturi. Wieħed minnhom huwa grupp ta' żewġ kumpaniji relatati, filwaqt li l-produttur l-ieħor ma għandux kumpaniji relatati involuti fil-prodott li jkun qed jiġi investigat. Madankollu, l-eżami ta' tali numru addizzjonali ta' talbiet, minbarra l-ħames gruppi ta' kumpaniji inklużi fil-kampjun, se jkun ta' piż żejjed u ma jistax jitwettaq b'mod raġonevoli matul iż-żmien disponibbli għal din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li din l-investigazzjoni qed titwettaq b'mod parallel ma' investigazzjoni dwar antidumping fuq l-istess prodott ikkonċernat, u wkoll trikkeb fuq investigazzjonijiet oħra mwettqa mill-Kummissjoni fl-istess waqt. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tagħtix talbiet għal eżami individwali u għarrfet b'dan lill-kumpaniji kkonċernati.
(45) Produttur esportatur wieħed, Wettsen Corporation, tenna li s-sitwazzjoni tiegħu kellha tkun eżaminata individwalment u ammont ta' sussidju individwali u marġni ta' dannu setgħu jkunu kkalkolati għalih. Din il-kumpanija sostniet li jkun inġust u mhux raġonevoli li s-sussidju u l-marġni ta' dannu applikati lilha jkunu bbażati fuq data mill-kumpaniji fil-kampjun.
(46) Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti billi qieset li l-kampjun magħżul huwa diġà rappreżentattiv kif muri fil-premessa (35) billi huwa magħmul minn ħames gruppi ta' produtturi, magħmula minn 11-il entità ġuridika differenti. Għaldaqstant, il-kampjun huwa konformi mal-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonfermat li fiż-żmien disponibbli għall-investigazzjoni, hija ma setgħetx twettaq l-analiżi għal kumpanija addizzjonali. Il-Kummissjoni osservat li, f'kull każ, tali produttur esportatur li kkoopera jista' jitlob rieżami aċċellerat skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku.
Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta' verifika
(47) Intbagħat kwestjonarju lill-GTĊ. Dan kien jinkludi kwestjonarji speċifiċi għal China Development Bank (CDB), China Export Import Bank (EXIM Bank), Bank of China (BOC), Agricultural Bank of China (ABC), China Construction Bank (CCB), Industrial and Commercial Bank of China (ICBC) u China Export & Credit Insurance Corporation (Sinosure). Dawn il-banek u l-istituzzjonijiet kienu ġew espressament imsemmija fl-ilment (fuq il-bażi ta', inter alia, il-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni f'investigazzjonijiet preċedenti) bħala korpi pubbliċi jew korpi li ngħataw id-direzzjoni u ġew fdati sabiex jagħtu s-sussidji lill-industriji mħeġġa, inkluż produtturi tar-roti tal-elettriku.
(48) Barra minn hekk, il-GTĊ intalab jibgħat il-kwestjonarju speċifiku għall-istituzzjonijiet finanzjarji lil kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li pprovdiet self jew krediti għall-esportazzjoni lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, jew lix-xerrejja tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun (fil-kuntest tal-krediti għax-xerrejja tal-esportazzjoni) kif identifikati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun infushom. Il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-GTĊ b'lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti li għandhom ikunu kkuntattjati. Il-GTĊ intalab ukoll jiġbor kwalunkwe tweġibiet ipprovduti minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji u jibgħathom direttament lill-Kummissjoni.
(49) Barra minn hekk, il-kwestjonarju għall-GTĊ inkluda kwestjonarji speċifiċi għal dawk il-produtturi ta' materjali ta' input (jiġifieri batteriji, magni u parts oħrajn tar-roti, kemm jekk diġà mmuntati kif ukoll jekk le) li huma parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat (SOEs) jew kumpaniji privati li joperaw taħt id-direzzjoni tal-gvern. F'dan ir-rigward, il-GTĊ intalab ukoll jibgħat dan il-kwestjonarju speċifiku għal produtturi ta' materjal ta' input lil kwalunkwe produttur ieħor li pprovda materjal ta' input lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kif identifikati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun infushom. Il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-GTĊ bil-lista relevanti ta' entitajiet li għandhom ikunu kkuntattjati. Il-GTĊ intalab ukoll jiġbor kwalunkwe tweġibiet ipprovduti minn dawn il-kumpaniji u jibgħathom direttament lill-Kummissjoni.
(50) Fornitur wieħed ta' materjal ta' input, Bafang Electric (Suzhou) Co., Ltd (Bafang), intervjena b'inizjattiva tiegħu stess u talab li jingħata kwestjonarju għall-produtturi ta' materjal ta' input. Din il-kumpanija pprovdiet materjal ta' input lil tlieta mill-ħames produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni bagħtitilhom il-kwestjonarju speċifiku għall-produtturi ta' materjal ta' input.
(51) Intbagħtu wkoll kwestjonarji lill-ħames gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-importaturi mhux relatati.
(52) Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-GTĊ. Dawn kienu jinkludu tweġibiet għall-kwestjonarju speċifiku mingħand EXIM Bank, ABC, BOC, ICBC u Sinosure. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll tweġibiet għall-kwestjonarju mill-ħames gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mill-fornitur ta' input Ċiniż imsemmi fil-premessa (50) u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun.
(53) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala neċessarja għad-determinazzjoni ta' sussidju, dannu li jirriżulta u interess tal-Unjoni.
(54) Saret żjara ta' verifika fil-bini tal-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż, li matulha pparteċipaw ukoll uffiċjali minn ministeri rilevanti oħrajn (żjara ta' verifika fil-GTĊ). Barra minn hekk, matul din iż-żjara ta' verifika kien hemm preżenti rappreżentanti mill-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin:
Export Import Bank of China, Beijing, iċ-Ċina,
Industrial and Commercial Bank of China, Beijing, iċ-Ċina,
Agricultural Bank of China, Beijing, iċ-Ċina,
Bank of China, Beijing, iċ-Ċina,
China Export & Credit Insurance Corporation, Beijing, iċ-Ċina.
(55) Barra minn hekk, saru żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
Accell Group (Heerenveen, in-Netherlands),
Eurosport DHS SA (Deva, ir-Rumanija), u l-kumpanija relatata tagħhom Prophete GmbH & Co. KG (Rheda-Wiedenbrück, il-Ġermanja),
Derby Cycle Holding GmbH (Cloppenburg, il-Ġermanja),
Koninklijke Gazelle NV (Dieren, in-Netherlands);
Produtturi esportaturi fir-RPĊ inklużi fil-kampjun
Yadea Group
Yadea Technology Co., Ltd, Wuxi, iċ-Ċina,
Tianjin Yadea Industry Co., Ltd, Tianjin, iċ-Ċina,
Wuxi Yadea Import and Export Co., Ltd. Wuxi, iċ-Ċina,
Wuxi Xingwei Vehicle Fittings Co., Ltd, Wuxi, iċ-Ċina,
Jiangsu Yadea Technology Development Co., Ltd, Wuxi, iċ-Ċina;
Giant Group
Giant (iċ-Ċina) Co., Ltd, Kunshan, iċ-Ċina,
Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co. Ltd, Kunshan, iċ-Ċina,
Giant (Tianjin) Co., Ltd, Tianjin, iċ-Ċina,
Giant (Kunshan) Co., Ltd, Kunshan, iċ-Ċina,
Kunshan Giant Light Metal Co., Ltd, Kunshan, iċ-Ċina;
Jinhua Group
Jinhua Vision Industry Co., Ltd, Jinhua, iċ-Ċina,
Yongkang Hulong Electric Vehicle Co., Ltd, Yongkang, iċ-Ċina,
Kunshan Youheng Machinery Co., Ltd, Kunshan, iċ-Ċina;
Rununion Group
Suzhou Rununion Motivity Co., Ltd, Suzhou, iċ-Ċina,
Suzhou Kaihua Electric Appliance Plastic Factory, Suzhou, iċ-Ċina;
Bodo Group
Bodo Vehicle Group Co., Ltd, Tianjin, iċ-Ċina,
Tianjin Xinbao Vehicle Co., Ltd, Tianjin, iċ-Ċina;
Fornitur għall-produtturi esportaturi Ċiniżi
Bafang (Suzhou) Electric Motor Co., Ltd, Suzhou, iċ-Ċina;
Importaturi mhux relatati fl-Unjoni inklużi fil-kampjun:
BHBIKES Europe S.L. (Vitoria, Spanja),
Bizbike Bvba (Wielsbeke, il-Belġju),
Hartmobile B.V. (Amsterdam, in-Netherlands),
NEOMOUV S.A.S. (La Fleche, Franza),
Stella Fietsen B.V. (Nunspeet, in-Netherlands).
(56) Il-Kummissjoni infurmat kif xieraq lill-kumpaniji kollha hawn fuq bir-riżultati taż-żjarat ta' verifika.
Nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri provviżorji
(57) Minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni u n-numru ta' partijiet interessati, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma timponix miżuri provviżorji f'dan il-każ. Fl-24 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha li ma huwa se jiġi impost ebda dazju kompensatorju proviżorju fuq importazzjonijiet fl-Unjoni ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-RPĊ u li l-investigazzjoni se tkompli.
(58) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha.
(59) Fil-31 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddivulgat mal-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq importazzjonijiet ta' roti elettriċi fl-Unjoni u stiednet lill-partijiet kollha jikkummentaw fi żmien 25 jum. Permezz ta' dawn id-divulgazzjonijiet, il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-partijiet interessati bir-riżultati taż-żjarat ta' verifika tagħha, inklużi l-każijiet fejn il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli.
IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI Il-prodott ikkonċernat
(60) Il-prodott ikkonċernat huwa roti, b'assistenza ta' pedali, b'mutur elettriku awżiljarju, li joriġinaw mir-RPĊ, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 87116010 u ex87116090 (kodiċi TARIC 8711609010) (il-prodott ikkonċernat jew roti elettriċi jew e-bikes).
(61) Din id-definizzjoni tkopri diversi tipi ta' roti elettriċi.
Prodott simili
(62) L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi finali bażiċi:
(62)
(a) il-prodott ikkonċernat;
(b) is-suq domestiku fiċ-Ċina;
(a) il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.
(63) Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.
Talbiet rigward l-iskop tal-prodott
(64) Fil-kummenti tagħhom wara l-bidu tal-investigazzjoni, il-GTĊ u s-CCCME kkontestaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tqis ir-roti elettriċi kollha bħala prodott wieħed. B'mod partikolari, hija sostniet li r-roti elettriċi veloċi (roti elettriċi b'veloċità ta' aktar minn 25 km/siegħa u sa 45 km/siegħa) jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma sostnew li filwaqt li l-magna ta' rota elettrika standard għandha potenza massima ta' 250 W, il-magna ta' rota elettrika veloċi jista' jkollha potenza ogħla tipikament ta' 350 – 500 W.
(65) Dawn il-partijiet interessati sostnew li r-roti elettriċi veloċi għandhom karatteristiċi u użi intenzjonati ferm differenti, kif ukoll prezzijiet ferm differenti. Mill-perspettiva tal-konsumaturi, roti elettriċi veloċi ma jistgħux jiġu skambjati mar-roti elettriċi kollha l-oħra koperti minn din l-investigazzjoni.
(66) Skont il-GTĊ u s-CCCME, hemm bosta raġunijiet għaliex ir-roti elettriċi veloċi huma differenti minn roti elettriċi oħrajn. L-ewwel nett, il-materja prima u l-komponenti huma differenti. Pereżempju, il-magna għal roti elettriċi veloċi għandha potenza nominali ogħla u l-materjali għar-roti elettriċi għandhom saħħa u kwalità ogħla.
(67) It-tieni nett, il-kostijiet u l-prezzijiet huma sinifikattivament differenti. Billi hemm rekwiżiti aktar stretti għall-kwalità u s-saħħa tal-partijiet li jintużaw fil-produzzjoni ta' roti elettriċi veloċi, il-kost tal-produzzjoni ta' roti elettriċi veloċi huwa ogħla minn dak ta' roti elettriċi ordinarji, li min-naħa tiegħu jirriżulta fi prezz tal-bejgħ finali ogħla.
(68) It-tielet nett, il-kodiċijiet NM huma differenti. Mill-1 ta' Jannar 2017, ir-roti elettriċi ordinarji ġew ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 87116010, u r-roti elettriċi veloċi ġew ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 87116090. Qabel l-2017, ir-roti elettriċi ordinarji kienu kklassifikati taħt (dak li kien) il-kodiċi NM 87119010 u r-roti elettriċi veloċi kienu kklassifikati taħt (dak li kien) il-kodiċi NM 87119090.
(69) Ir-raba' nett, ir-roti elettriċi veloċi jitqiesu bħala vetturi bil-mutur (vettura tal-kategorija L1e-B), għalhekk, jeħtieġ li s-sewwieqa jkollhom liċenzja u li jilbsu l-elmu. Ma hemmx rekwiżiti bħal dawn għal roti elettriċi ordinarji. Dawn ir-rekwiżiti se jagħmlu restrizzjonijiet sostanzjali fuq min jista' jixtri u jopera r-roti elettriċi veloċi.
(70) Il-ħames nett, it-tipi ta' konsumaturi għar-roti elettriċi veloċi huma differenti. Normalment, ix-xerrejja ta' roti elettriċi ordinarji huma prinċipalment ħaddiema tal-uffiċċji jew persuni anzjani li japprezzaw l-assistenza addizzjonali fir-rigward tal-potenza, filwaqt li x-xerrejja ta' roti elettriċi veloċi huma fil-biċċa l-kbira tagħhom żgħażagħ li jużaw dawn ir-roti elettriċi għal attivitajiet aktar intensivi jew sportivi.
(71) L-ilmentatur sostna li r-roti elettriċi kollha għandhom karatteristiċi ewlenin komuni. B'mod partikolari, it-tnejn huma roti ddisinjati għall-użu tal-pedali mgħammra b'mutur elettriku awżiljarju għall-assistenza tal-pedali. Barra minn hekk, ir-roti elettriċi kollha huma soġġetti għall-istess proċeduri tat-test skont l-Istandard Ewropew EN 15194. Fuq il-bażi ta' dan, l-ilmentatur ikkonkluda li, għall-fini tal-investigazzjonijiet preżenti, dawn jifformaw prodott uniku.
(72) L-ilmentatur irrimarka wkoll li minħabba li l-veloċità ta' limitu tal-assistenza awżiljarja tal-mutur tista' tinbidel faċilment minn 25 km/siegħa għal 45 km/siegħa u viċi versa, minħabba li din hija primarjament kwistjoni ta' programmazzjoni tas-softwer u mhux differenzi fiżiċi attwali.
(73) Matul l-investigazzjoni, wieħed mill-importaturi saħaq li r-roti elettriċi li jaqgħu fil-kategorija L1e-A jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott li qed jiġi investigat. Il-kategorija L1e-A tkopri roti elettriċi b'appoġġ ta' mutur awżiljarju li jwassal sa 25 km/h, iżda b'potenza tal-magna li twassal sa 1 kW. Allegatament, ir-roti elettriċi tal-kategorija L1e-A mhumiex prodotti fl-Unjoni, u mhumiex speċifikament imsemmija fl-ilment. L-importatur sostna wkoll li r-roti elettriċi tal-kategorija L1e-A ma setgħux ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, billi l-ewwel rota elettrika tal-kategorija L1e-A nbiegħet fis-suq tal-Unjoni aktar minn tmien ġimgħat wara li l-ilmentatur ippreżenta l-ilment.
(74) Il-Kummissjoni qieset dawn il-kummenti kollha. Hija nnotat li l-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott tal-ilment tabilħaqq kopra r-roti kollha, bl-assistenza tal-pedali, b'mutur elettriku awżiljarju. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott tal-ilment ma fih ebda limitazzjoni fuq il-klassifikazzjoni tal-vetturi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-roti elettriċi tal-kategorija L1e-A huma koperti mill-ilment. Mis-sit web tal-importatur imsemmi fil-premessa (73), kien jidher ċar li r-roti elettriċi tal-kategorija L1e-A għandhom il-benefiċċji kollha ta' rota elettrika regolari iżda b'potenza aktar qawwija.
(75) Fir-rigward tar-roti elettriċi veloċi, huwa sostnut li dawn għandhom kost tal-produzzjoni u prezz tal-bejgħ ferm ogħla. Dan, bħala tali, mhuwiex raġuni għall-esklużjoni ta' prodott mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott, minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ta' spiss jinkludi oġġetti mibjugħa bi prezzijiet differenti. Madankollu, dan il-fattur jittieħed f'kunsiderazzjoni fit-tqabbil tal-prezzijiet u fil-kalkolu tal-marġini tad-dannu.
(76) Fir-rigward tal-użi differenti u l-perċezzjoni tal-konsumaturi, huwa sostnut li r-roti elettriċi normali fil-biċċa l-kbira tagħhom jinbiegħu lil persuni anzjani, ċiklisti ta' rikreazzjoni, kif ukoll lill-ħaddiema tal-uffiċini, filwaqt li r-roti elettriċi veloċi jintużaw l-aktar għal attivitajiet aktar impenjattivi bħall-ivvjaġġar transkonfinali. Madankollu, billi l-ħaddiema tal-uffiċini x'aktarx li jużaw ir-roti elettriċi normali tagħhom sabiex isuqu minn djarhom lejn il-post tax-xogħol, dan l-użu huwa simili ħafna għall-użu tal-ivvjaġġar fir-rigward tar-roti elettriċi veloċi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-użu intenzjonat u l-perċezzjoni tal-konsumaturi jikkoinċidu b'mod sinifikanti u, għalhekk, ma jiġġustifikawx l-esklużjoni ta' prodott.
(77) Rigward iż-żewġ talbiet għall-esklużjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-roti elettriċi ta' veloċità u r-roti tal-kategorija L1e-A jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi ma' roti elettriċi oħra u għalhekk jaqgħu fl-ambitu tal-prodott. Filwaqt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li hemm tipi ta' prodotti differenti fl-istess kategorija ġenerali tal-prodott ikkonċernat, minnu nnifsu dan ma jistax iwassal għall-esklużjoni mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Klassifikazzjoni doganali differenti fl-istess kategorija ġenerali tal-prodott ikkonċernat ukoll mhijiex kriterju li minnu nnifsu jwassal għall-esklużjoni. Huwa tabilħaqq komuni ħafna fl-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji li l-prodott ikkonċernat jinkludi firxa ta' kodiċijiet doganali. Fl-aħħar nett, ir-rekwiżiti relatati mal-użu ta' wara l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat jew tal-prodott simili ma jaffettwawx il-karatteristiċi fiżiċi bażiċi li jiddefinixxu dak il-prodott għall-fini tal-investigazzjonijiet antisussidji. Bl-istess mod, il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott mhuwiex definit mill-kategoriji ta' konsumaturi li se jagħżlu tip ta' prodott wieħed jew l-ieħor. Għalhekk, it-talbiet ma ntlaqgħux.
(78) Importatur wieħed sostna li t-triċikli elettriċi jenħtieġ li jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni. Huwa allega li mhuwiex ċar jekk l-investigazzjoni koprietx it-tipi kollha ta' roti (inklużi roti (inklużi roti, triċikli u kwadriċikli) jew ir-roti biss, minħabba li t-titolu ta' din in-Notifika ta' Bidu kien jgħid li l-proċediment antisussidji jikkonċerna l-importazzjoni ta' roti elettriċi.
(79) Il-Kummissjoni nnotat li l-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni mhuwiex definit mit-titolu tan-Notifika ta' bidu, iżda mit-taqsima tan-Notifika 2. Il-prodott li qed jiġi investigat. Din it-taqsima tiddefinixxi b'mod ċar li l-prodott li qed jiġi investigat ikopri r-roti. It-terminu roti mhuwiex limitat għal roti b'żewġ (2) roti, iżda jinkludi wkoll triċikli u kwadriċikli. Billi r-roti (biċikletti) huma bil-bosta l-aktar tip komuni ta' roti, it-titolu rrefera għal roti, mingħajr ma jeskludi tipi oħrajn ta' roti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni. Għalhekk, din it-talba ma ntlaqgħetx.
(80) L-importatur sostna wkoll li l-investigazzjoni ffukat speċifikament fuq ir-roti. Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din it-talba. Hija ġabret l-informazzjoni li tkopri t-tipi kollha ta' ċikli elettriċi; Il-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi ntalbu jindikaw in-numru ta' roti għall-prodotti kollha li huma pproduċew u biegħu fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk ċar li t-triċikli ġew identifikati separatament u investigati matul l-investigazzjoni kollha. Billi r-roti konvenzjonali huma bla dubju l-aktar tip komuni ta' roti, mhuwiex sorprendenti li t-terminu e-bikes / roti elettriċi ġeneralment jintuża sabiex jirreferi għat-tipi kollha ta' roti elettriċi, kemm fl-investigazzjoni kif ukoll fis-suq. Dan ma jfissirx li tipi oħrajn ta' roti ġew injorati matul l-investigazzjoni.
(81) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-roti elettriċi veloċi, ir-roti elettriċi tal-kategorija L1e-A u t-triċikli elettriċi għandhom l-istess karatteristiċi u proprjetajiet fiżiċi bażiċi, kif ukoll użi finali ma' tipi oħrajn ta' roti elettriċi u, għalhekk, ma jistgħux jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.
(82) Wara l-iżvelar, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, importatur wieħed u s-CCCME tennew it-talba tagħhom biex jeskludu roti elettriċi b'mutur awżiljarju għall-assistenza tal-pedali li jtellgħu sa 45 km/h (veloċità roti elettriċi).
(83) Dawn il-partijiet argumentaw li r-roti elettriċi veloċi għandhom karatteristiċi u użi maħsuba differenti b'mod sinifikanti, mhumiex soġġetti għall-istess rekwiżiti regolatorji, għandhom prezzijiet u kostijiet differenti b'mod sinifikanti, u li, mill-perspettiva tal-konsumaturi, dawn mhumiex interkambjabbli ma' roti elettriċi oħrajn b'mutur awżiljarju għall-assistenza tal-pedali li jtellgħu sa 25 km/h koperti minn din l-investigazzjoni.
(84) Is-CCCME affermat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tinnota li l-alterazzjoni tas-softwer mill-konsumatur fuq il-veloċità cut-off imsemmija mill-ilmentatur kienet illegali u żiedet li dan il-prospett ma setax jiġi ttrattat bħala possibilità probababbli.
(85) L-ilmentatur qabel li kien illegali li l-konsumaturi jżidu l-veloċità cut-off tal-mutur awżiljarju għall-assistenza tal-pedali billi jalteraw is-softwer. Madankollu, hija fakkret li t-talba tagħha ma kinitx relatata ma' tali possibbiltà iżda mal-modifiki mill-operaturi ekonomiċi (importaturi, kummerċjanti) qabel ma r-roti elettriċi tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Meta dawn il-bidliet għall-ipprogrammar ta' softwer jinvolvu tnaqqis tal-veloċità cut-off tal-mutur awżiljarju assistiti bil-pedali, huma jkunu legali minn perspettiva tal-approvazzjoni tat-tip ta' prodott. L-ilmentatur żied li tali bidliet għal programmar ta' softwer ħoloq riskju ovvju ta' ċirkumvenzjoni tal-miżuri ta' kontra s-sussidju.
(86) Il-Kummissjoni indikat li l-premessa (72) ma tirreferix biss għal alterazzjoni tas-softwer mill-konsumatur iżda għall-ipprogrammar tas-softwer b'mod ġenerali. Barra minn hekk, l-istess premessa tirreferi b'mod ċar kemm għall-possibbiltà li tinbidel il-veloċità tal-cut-off 'l fuq u 'l isfel. Filwaqt li s-CCCME tinnota li żieda mill-konsumatur tal-veloċità cut-off tal-mutur awżiljarju għall-assistenza tal-pedali hija illegali, hija ma tiddubitax dwar tibdil ieħor tal-ipprogrammar, bħalma' huma t-tnaqqis tal-veloċità cut-off tal-mutur awżiljarju għal assistenza tal-pedali mill-operaturi ekonomiċi msemmija fil-premessa (85). Għalhekk l-argument ġie miċħud.
(87) Is-CCCME affermat li d-dikjarazzjoni tal-ilmentatur li r-roti elettriċi kollha kienu soġġetti għall-istess testijiet taħt in-norma EN 15194 ma kinitx preċiża. Is-CCCME ddikjarat li n-norma EN 15194 tissoġġetta r-roti elettriċi kollha għall-istess proċeduri tat-test. Din ir-regola, madankollu, ma għandha l-ebda effett fuq id-differenza fil-veloċità li għandha rekwiżiti differenti u tagħmel li r-roti elettriċi veloċi ma jkunux interkambjabbli ma' roti elettriċi oħra. Is-CCCME argumentat ukoll li r-roti elettriċi veloċi, għall-kuntrarju, ta' roti elettriċi ordinarji, ma kinux jaqgħu fl-ambitu tan-norma EN 15194.
(88) Is-CCCME ppreżentat li r-roti elettriċi veloċi huma koperti bħala vetturi moped għall-użu fuq toroq pubbliċi bir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-Regolament jeskludi roti elettriċi b'mutur awżiljari għall-assistenza tal-pedali li jtellgħu sa 25km/h. Regoli addizzjonali li japplikaw għal roti elettriċi li jkopru t-taxxi, l-illiċenzjar u l-assigurazzjoni, il-pjanċi tal-vettura u l-elmu konformi għall-moped u l-kontrolli tal-konformità dwar is-sigurtà.
(89) Is-CCCME ddikjarat li r-raġunament spjegat fil-premessa (77) li r-roti elettriċi kollha jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi ma jegħlibx l-argument li hemm tagħmir distint u rekwiżiti regolatorji assoċjati mar-roti elettriċi veloċi. Is-CCCME affermat li minħabba dawn ir-rekwiżiti distinti, ir-roti elettriċi veloċi ma setgħux jinbidlu ma' roti elettriċi oħrajn u li l-konsumaturi appoġġaw din il-fehma. Sabiex tissostanzja dan l-argument, is-CCCME semmiet l-oppożizzjoni tal-Federazzjoni Ewropea taċ-Ċiklisti għall-proposta tal-Kummissjoni li titlob assigurazzjoni tar-responsabbiltà ta' terzi għar-roti elettriċi kollha, mhux biss roti elettriċi veloċi.
(90) L-ilmentatur sostna li r-roti elettriċi kollha għandhom karatteristiċi ewlenin komuni. B'mod partikolari, l-ilmentatur issottometta li r-roti elettriċi kollha huma magħmula mill-istess partijiet u komponenti tar-roti, u li ma jkunx hemm partijiet tar-roti li huma esklussivament użati għar-roti elettriċi veloċi. Dan jinkludi muturi manifatturati minn produtturi tal-muturi ewlenin li jistgħu jiġu użati biex tingħata l-enerġija lit-tipi kollha ta' roti elettriċi b'softwer ta' programmazzjoni adegwat. Id-differenza bejn ir-roti elettriċi veloċi u roti elettriċi oħra għalhekk ma tistax tiġi stabbilita, b'mod affidabbli, fuq il-bażi tal-apparenza fiżika tagħhom.
(91) L-ilmentatur issottometta li l-perċezzjoni tal-konsumatur mhix fattur determinanti sabiex jiġi ddeterminat l-iskop tal-prodott fi proċedimenti ta' difiża tal-kummerċ u sostna li roti r-elettriċi tal-livelli kollha ta' mutur awżiljari għall-assistenza tal-pedali huma disponibbli fil-kategoriji differenti ta' użu (pereżempju, għall-użu fi vjaġġar, trekking, għat-tlielaq u fuq muntanji) u huma kkummerċjalizzati lil gruppi ta' klijenti kollha irrispettivament mill-età u s-sess. Għalhekk, il-perċezzjoni u l-użu tal-konsumatur ma jiġġustifikawx l-esklużjoni ta' roti elettriċi veloċi mill-iskop tal-prodott.
(92) L-ilmentatur issottometta li l-kriterju tal-approvazzjoni tat-tip u b'mod aktar ġenerali għall-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 mhumiex adatti għad-definizzjoni tal-iskop tal-prodott f'dan il-każ. L-ilmentatur argumenta li mhux kull rota eletrika veloċi hija soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip iżda biss dawk intenzjonati għall-użu fit-toroq pubbliċi. Dan jeskludi, pereżempju, mountain bike elettriċi użati esklussivament għal avvenimenti kompetittivi jew muntanji off-road li lanqas ma jkunu soġġetti għal rekwiżiti ulterjuri relatati mal-approvazzjoni tat-tip (pjanċa tal-liċenzja, elmu u assigurazzjoni).
(93) Barra minn hekk, il-ilmentatur argumenta li r-roti elettriċi li ma humiex suġġett għall-approcazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 madankollu huma suġġett għall-istess rekwiżiti eżatt ta' sigurtà taħt id-direttiva dwar il-makkinarju tal-Unjoni. L-ilmentatur kompla żied li n-norma applikabbli li tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi hija l-istess għar-roti elettriċi kollha, jiġifieri n-norma armonizzata EN 15194 u għaldaqstant tenna t-talba riflessa fil-premessa (71).
(94) Il-Kummissjoni nnutat li l-proposta tagħha li testendi r-rekwiżit ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà ċivili għar-roti elettriċi kollha, użata mis-CCCME biex tissostanzja l-allegata differenza fil-perċezzjoni tal-konsumaturi, bl-istess mod uriet li d-differenzi fir-rekwiżiti regolatorji kienu qed jevolvu u ma kinux jipprovdu bażi xierqa u stabbli biex roti elettriċi veloċi jkunu esklużi mill-iskop tal-prodott. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni addizzjonali ppreżentata ma kinitx ta' natura li tbiddel il-konklużjonijiet tagħha rigward l-iskop tal-prodott, jiġifieri li r-roti elettriċi jikkondividu l-istess karatteristiċi u proprjetajiet fiżiċi bażiċi u li l-użi u l-perċezzjoni tal-konsumatur jikkoinċidu b'mod sinifikanti. Għalhekk, l-argumenti tal-GTĊ f'dan ir-rigward ġew irrifjutati.
(95) Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-iskop tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi minn (74) sa (81).
SUSSIDJAR Introduzzjoni: Preżentazzjoni tal-pjanijiet, tal-proġetti u ta' dokumenti oħrajn tal-Gvern
(96) Qabel analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta' sussidji speċifiċi jew programmi ta' sussidju (it-Taqsimiet 3.5 u ta' wara hawn taħt), il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-gvern, li kienu rilevanti għal aktar minn wieħed mis-sussidji jew mill-programmi ta' sussidju. Hija sabet li s-sussidji jew il-programmi ta' sussidju kollha li qegħdin jiġu vvalutati jifformaw parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ għar-raġunijiet spjegati hawn taħt.
(97) It-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ (it-13-il Pjan ta' Ħames Snin), li jkopri l-perjodu 2016-2020, jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-GTĊ għat-titjib u l-promozzjoni tal-industriji ewlenin, bħall-industrija tar-roti elettriċi.
(98) Huwa jenfasizza r-rwol tal-innovazzjoni teknoloġika fl-iżvilupp ekonomiku tar-RPĊ, kif ukoll l-importanza kontinwa ta' prinċipji ta' żvilupp ekoloġiku. Skont il-Kapitolu 5 tiegħu, waħda mil-linji ewlenin ta' żvilupp hija l-promozzjoni tal-ammeljorament tal-istruttura industrijali tradizzjonali, kif kien diġà l-każ fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin. Din l-idea hija elaborata aktar fil-Kapitolu 22, li jispjega l-istrateġija għall-immodernizzar tal-industrija tradizzjonali fir-RPĊ permezz tal-promozzjoni tal-konverżjoni teknoloġika tagħha. F'dan ir-rigward, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin jgħid li l-kumpaniji se jiġu appoġġati sabiex jitjiebu b'mod komprensiv f'oqsma bħat-teknoloġija tal-prodotti, it-tagħmir industrijali, il-ħarsien tal-ambjent u l-effiċjenza enerġetika. [traduzzjoni mhux uffiċjali]
(99) B'mod partikolari, il-Parti V (il-Kapitoli minn 22 sa 24) timmira li tiżviluppa sistema industrijali moderna ottimizzata bil-għan li tagħmel liċ-Ċina mutur tal-manifattura sal-2025. Sabiex l-industriji emerġenti jagħtu spinta lill-ekonomija, il-pjan jinkoraġġixxi l-iżvilupp u jippromwovi l-użu ta' vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' vetturi totalment elettriċi. Aktar fid-dettall, il-Kapitolu 23 dwar l-iżvilupp ta' industriji emerġenti strateġiċi jindika li l-GTĊ jappoġġa l-iżvilupp ta' teknoloġija tal-informatika tal-ġenerazzjoni li jmiss, vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida, […], teknoloġija ekoloġika u b'karbonju baxx, […]. Barra minn hekk, il-GTĊ se iħeġġeġ l-innovazzjoni u l-applikazzjoni industrijali fl-oqsma avvanzati emerġenti bħal […] sistemi għal ħażna ta' enerġija b'effiċjenza għolja u enerġija distribwita, […], il-ħarsien tal-ambjent […].
(100) It-13-il Pjan ta' Ħames Snin jinkludi l-vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida fost is-sitt industriji strateġiċi għaċ-Ċina u se jaħdem sabiex jiżgura li l-valur miżjud tal-industriji emerġenti strateġiċi jilħaq 15 % tal-PDG taċ-Ċina. B'mod partikolari, fil-Kapitolu 23, il-GTĊ jimpenja ruħu li:
Jippromwovi l-użu ta' vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida;
Jiżviluppa vetturi totalment elettriċi u vetturi elettriċi ibridi b'enfasi li jsiru avvanzi f'oqsma teknoloġiċi ewlenin, bħad-densità tal-enerġija tal-batterija u l-adattabilità tat-temperatura tal-batterija;
Jiffaċilita l-iżvilupp ta' netwerk ta' faċilitajiet tal-iċċarġjar u servizzi li huma kompatibbli ma' xulxin u li jaqgħu taħt standards unifikati;
Itejjeb il-politiki sabiex jiġi pprovdut appoġġ kontinwu f'dan ir-rigward;
Jiżgura li l-produzzjoni totali kumulattiva u l-figuri tal-bejgħ għall-vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida fiċ-Ċina jilħqu l-ħames miljuni;
Isaħħaħ l-isforzi sabiex jiġu rkuprati u mormija l-batteriji użati minn vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida.
(101) Il-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija tal-Manifattura fuq Skala Żgħira (2016-2020), (Il-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija tal-Manifattura fuq Skala Żgħira), imħejji mill-GTĊ sabiex jimplimenta t-13-il Pjan ta' Ħames Snin u Made in China 2025, jidentifika wkoll l-industrija tar-roti u tal-batteriji bħala industriji ewlenin.
(102) L-industrija tar-roti u tar-roti elettriċi tirrikjedi Inġinerija għar-Riforma tat-Teknoloġija permezz tal-Industrijalizzazzjoni ta' roti ta' materjal ġdid, trasformazzjoni teknika tal-linja tal-produzzjoni elettrika u parts kruċjali intelliġenti, li jirrispettaw l-ambjent u effiċjenti. B'mod partikolari, jirrakkomanda wkoll Il-promozzjoni tal-industrija tar-roti sabiex tiżviluppa f'direzzjoni ħafifa, diversifikata, tal-moda u intelliġenti. It-tħaffif tar-RuŻ u l-applikazzjoni ta' materjal ħafif iżda b'saħħtu, trażmissjoni, sistema tas-sewqan, teknoloġija intelliġenti ta' sensuri u teknoloġija tal-Internet tal-Oġġetti. L-enfasi fuq l-iżvilupp ta' roti diversifikati addattati għal skopijiet ta' moda u każwali, eżerċizzju u saħħa tajba, qsim tal-pajjiż fuq distanza twila u tiwi ta' prestazzjoni għolja, u r-rota elettrika kienet konformi ma' rota elettrika standard u intelliġenti b'batterija tal-jon tal-litju.
(103) Il-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija Ħafifa jelenka wkoll xi miżuri ta' politika konkreti għall-promozzjoni tal-industriji ewlenin, bħal roti elettriċi u industriji tal-batteriji, kif deskritti fit-tliet premessi li jmiss.
(104) L-ewwel sett ta' miżuri jikkonċerna r-riforma taż-żieda tal-aċċess għas-suq, prinċipalment permezz ta' simplifikazzjoni tal-passi amministrattivi (jiġifieri l-kanċellazzjoni tal-approvazzjonijiet mhux meħtieġa, it-tnaqqis u l-istandardizzazzjoni tal-miżati u l-proċess ta' approvazzjoni). Barra minn hekk, il-GTĊ jelenka l-oqsma tal-industriji u n-negozju fejn l-investiment huwa pprojbit jew limitat (jiġifieri katalogi tal-investiment, ara l-premessa (126)).
(105) It-tieni sett ta' miżuri jikkonċerna ż-żieda tal-appoġġ għall-politika tat-tassazzjoni finanzjarja:
Jagħtu effett sħiħ lir-rwol ewlieni tal-fond ta' żvilupp għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, iwasslu lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju sabiex iżidu l-investiment fuq l-innovazzjoni teknoloġika, l-aġġustament strutturali, il-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, jimplimentaw diversi politiki preferenzjali, jipperfezzjonaw is-sistema ta' servizz għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Jimplimentaw il-politika ta' deprezzament li jaċċellera għal assi fissi, jiggwidaw lill-intrapriżi biex iżidu l-investiment fuq tagħmir avvanzat.
Jagħtu effett lir-rwol tal-fondi speċjali tal-produzzjoni tat-tindif, jiggwidaw l-applikazzjoni tat-teknoloġija tal-produzzjoni u l-promozzjoni tat-teknoloġija tal-produzzjoni tat-tindif f'industriji ewlenin.
Jimplimentaw politiki preferenzjali ta' taxxa u miżati rilevanti, inaqqsu l-kost tal-intrapriżi ta' ħames assigurazzjonijiet soċjali u fond wieħed għall-akkomodazzjoni, jaġġustaw b'mod raġonevoli l-politika tat-taxxa fuq il-konsum.
Jinkoraġġixxu lill-intrapriżi sabiex iżidu l-investiment fir-RuŻ ta' prodotti ekoloġiċi, jagħtu l-ogħla prijorità lill-prodotti b'ċertifikat ta' prodott ekoloġiku fix-xiri tal-gvernijiet.
(106) It-tielet sett ta' miżuri jikkonċerna ż-żieda tal-appoġġ għall-politika finanzjarja, b'mod partikolari:
Jimplimentaw il-politika finanzjarja li tappoġġa l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jesploraw aktar il-mezzi finanzjarji ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jipperfezzjonaw is-sistema tal-garanzija ta' kreditu ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Jaċċelleraw l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi finanzjarji sabiex jappoġġaw l-intraprenditorija u l-innovazzjoni popolari fil-qasam tal-industrija ħafifa.
Iżidu l-appoġġ finanzjarju għat-trasformazzjoni tat-teknoloġija u l-aġġornament tat-tagħmir tal-intrapriżi.
Ninkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet finanzjarji bankarji biex jiżviluppaw servizzi ta' self li jużaw anki assi intanġibbli bħala garanzija, inkluż: il-marki tagħhom stess, id-drittijiet speċjali li jużaw marki kummerċjali, biex jappoġġaw il-kostruzzjoni ta' marki fil-qasam tal-industrija ħafifa.
Ikomplu jaqdu r-rwol tal-politika u l-finanzjament tal-iżvilupp, jappoġġaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji, permezz tal-mod ta' self sindikat, kreditu għall-esportazzjoni, finanzjament tal-proġetti, sabiex jistabbilixxu pjattaforma ta' servizzi finanzjarji ta' RuŻ internazzjonali, sistema ta' produzzjoni, promozzjoni tal-marki għall-intrapriżi.
Iżidu l-appoġġ tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni għal intrapriżi tal-marka, jinkoraġġixxu lill-banek kummerċjali sabiex iwettqu b'mod attiv in-negozju tal-finanzjament tal-politika tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni.
(107) Il-pjanijiet ta' Żvilupp tal-Industrija Ħafifa huma żviluppati wkoll fil-livell lokali. Huwa l-każ għat-12-il Pjan ta' Ħames Snin (2011-2015) ta' Żvilupp tat-Tessuti u tal-Industrija Ħafifa Muniċipali ta' Tianjin, li tkellem favur il-ħolqien ta' erba' bażijiet industrijali ħfief fil-livell nazzjonali fil-Provinċja: Il-Belt ta' Tianjin għandha tibni bażi ta' produzzjoni u esportazzjoni tar-roti f'livell nazzjonali. Billi l-park industrijali ta' China bicycle kingdom fid-distrett ta' Wuqing, u l-park industrijali tar-roti (elettriċi) fid-distrett ta' Binhai jitqiesu bħala l-qofol, aħna għandna niżviluppaw b'mod intensiv l-industriji tal-manifattura ta' roti (elettriċi), spare parts, eċċ..
(108) Bl-istess mod, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin ta' Tianjin għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-Industrija jistabbilixxi għanijiet ċari ta' appoġġ għall-industriji tar-roti u tar-roti elettriċi, inklużi l-industriji tal-parts, bħal:
Tiġi żviluppata b'mod enfatiku l-industrija tar-roti;
Titħaffef il-kostruzzjoni ta' bażijiet industrijali karatteristiċi, inklużi l-produzzjoni tar-roti […], fid-Distrett ta' Jinghai u fid-Distrett ta' Wuqing;
Jitħaffu t-trasformazzjoni u l-ammeljorament tal-intrapriżi. Tiġi implimentata b'mod vigoruż strateġija ta' marka kummerċjali, l-intrapriżi jiġu ggwidati sabiex jintensifikaw l-innovazzjoni teknoloġika u l-popolarizzazzjoni tal-prodotti, u jissaħħu u jiġu promossi l-pożizzjonijiet tas-suq ta' prodotti kompetittivi, inklużi r-roti. Tingħata promozzjoni lill-annessjoni u r-riorganizzazzjoni tal-intrapriżi u jittejbu b'mod komprensiv il-kapaċità innovattiva u l-valur miżjud tal-prodotti ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u intrapriżi privati;
Titħaffef il-kostruzzjoni ta' parks b'ċerti karatteristiċi, inklużi parks industrijali tar-roti f'Quqing u Jinghai;
Tiġi żviluppata b'mod enfatiku batterija għall-ħażna tal-enerġija; u
Issir espansjoni taż-żoni b'vantaġġi distintivi. Il-batterija tal-jon tal-litju titqies bħala l-qofol għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta' supercapacitor u batterija tal-potenza bi prestazzjoni għolja.
(109) B'mod aktar speċifiku, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tar-Roti u r-Roti Elettriċi (it-13-il Pjan dwar ir-Roti), maħruġ mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti (China Bicycle Association - CBA) jinkludi r-roti fost l-industriji emerġenti: l-industriji emerġenti ġew promossi għal-livell ta' strateġija nazzjonali, bħalma huma enerġija ġdida, materjal ġdid, l-internet, il-konservazzjoni tal-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent, u t-teknoloġija tal-informatika, għalhekk, saret xejra inevitabbli għall-industriji tradizzjonali li jidħlu fil-komunità ta' livell medju u livell għoli. Speċjalment wara li l-Ħames Sessjoni Plenarja intervjeniet sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta' traffiku u trasport b'livell baxx ta' karbonju u tinkoraġġixxi l-ivvjaġġar ekoloġiku bir-rota, l-industrija tar-roti ċertament se tgawdi mill-opportunitajiet storiċi ġodda għall-iżvilupp.
(110) It-13-il Pjan dwar ir-Roti jistabbilixxi miri li jistgħu jitkejlu li għandhom jintlaħqu mill-GTĊ sal-2020 fl-industrija tar-roti: id-dħul minn negozji ewlenin tal-intrapriżi 'l fuq mill-iskala fl-industrija kollha se jikseb ir-rata medja annwali ta' tkabbir ta' 6 % u jaqbeż il-RMB 200 biljun sal-2020. L-iskala tal-esportazzjoni tar-roti u l-ispare parts se tibqa' stabbli u l-esportazzjoni tar-roti elettriċi se tiżdied b'mod drammatiku. L-integrazzjoni tal-industrija se tissaħħaħ aktar u l-kontribut tal-intrapriżi ewlenin għall-volum tal-produzzjoni se jaqbeż il-50 %. L-industrija se trawwem, tibni b'mod konġunt u ttejjeb 3-5 raggruppamenti tal-industrija u reġjuni karatteristiċi. Il-proporzjon ta' roti ta' livell medju u ta' livell għoli u roti elettriċi b'batterija tal-litju se jiżdied kull sena.
(111) Barra minn hekk, it-13-il Pjan dwar ir-Roti jipprevedi li se jinbnew minn marka kummerċjali famuża internazzjonali waħda sa tnejn. Minbarra l-premjijiet eżistenti li diġà nkisbu mill-produtturi tar-roti elettriċi (pereżempju r-rikonoxximenti ta' China Famous Brand, China Well-known Trademark, Light Industry Brand Cultivation System, Advantageous Light Industry Brand u Industry Brand Cultivation Demonstration Enterprise), il-pjan jipprevedi wkoll li tittejjeb il-Brand Cultivation System u li titwettaq il-Brand Value Quantification and Assessment.
(112) Barra minn hekk, wieħed mill-kompiti ewlenin elenkati fit-13-il Pjan dwar ir-Roti huwa li Tkompli l-promozzjoni tal-iżvilupp ta' roti differenti, tad-ditta u ta' livell għoli fl-industrija, u gradwalment jiżdied il-proporzjon ta' nies li jivvjaġġaw bir-rota u l-proporzjon ta' roti ta' livell medju u ta' livell għoli; ir-realizzazzjoni tal-batterija tal-litju ħafifa u tar-roti elettriċi intelliġenti u t-titjib kostanti tas-sehem mis-suq ta' roti b'batterija tal-litju u l-proporzjon ta' roti elettriċi għall-esportazzjoni.
(113) Barra minn hekk, it-13-il Pjan dwar ir-Roti jelenka wkoll it-tisħiħ ta' il-proporzjon tal-esportazzjoni u d-drittijiet tal-ipprezzar ta' marki kummerċjali indipendenti ta' roti elettriċi bħala għan ewlieni.
(114) Fil-Katalogu ta' Proġetti ta' Investiment soġġetti għall-Verifika u l-Approvazzjoni tal-Gvern, il-GTĊ jagħmel referenza għal prijoritizzazzjoni miżjuda ta' vetturi li jaħdmu b'enerġija alternattiva, inklużi roti elettriċi: Il-kapaċità tal-produzzjoni li żżid in-numru ta' vetturi tradizzjonali li jaħdmu bil-fjuwil għandha tkun ikkontrollata strettament b'mod li, fil-prinċipju, manifatturi ġodda ta' vetturi tradizzjonali li jaħdmu bil-fjuwil ma għandhomx ikunu vverifikati u approvati aktar għall-kostruzzjoni. Għandhom isiru sforzi li jiggwidaw b'mod attiv l-iżvilupp b'saħħtu u tajjeb ta' vetturi li jaħdmu b'enerġija alternattiva.
(115) B'mod asimmetriku, il-GTĊ iżid il-mopeds b'kombustjoni bil-fjuwil fil-lista ta' prodotti skaduti fil-Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011, Emenda tal-2013).
(116) Madankollu, l-isforzi tal-GTĊ mhumiex limitati għar-roti elettriċi, iżda jħaddnu wkoll il-parts tagħhom, jiġifieri magni, unità ta' kontroll u batteriji.
(117) It-13-il Pjan dwar ir-Roti stabbilixxa espliċitament ir-rabta bejn l-iżvilupp ta' parts tar-roti elettriċi u l-parts tagħhom, permezz ta' L-espansjoni kontinwa tal-applikazzjoni ta' liga tal-aluminju, liga tal-manjeżju, liga tat-titanju u liegi ħfief oħrajn, fibra tal-karbonju u materjali komposti oħrajn fir-roti lesti u l-parts tagħhom. It-titjib tal-kapaċità li r-roti kompluti jsiru b'mod indipendenti permezz tat-titjib tal-kwalità u l-livell tal-parts. It-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni komprensiva ta' erba' komponenti elettriċi ewlenin, jiġifieri, kontrollur, batterija, mutur u ċarġer, bil-għan li tiġi żviluppata s-sistema elettrika effiċjenti, li tiffranka l-enerġija, sikura u affidabbli ta' rota elettrika.
(118) Barra minn hekk, it-13-il Pjan tar-Roti jipprevedi li matul it-13-il perjodu ta' ħames snin, se jinkisbu skoperti fit-teknoloġiji ewlenin li ġejjin:
(118)
1. Il-promozzjoni u l-applikazzjoni ta' materjali b'saħħithom ħafna u ħfief;
2. It-teknoloġija tal-ipproċessar ta' preċiżjoni ta' komponenti tat-trażmissjoni fir-roti;
3. It-titjib tal-prestazzjoni komprensiva tas-sistema ta' kontroll elettriku fir-roti elettriċi;
4. It-titjib tal-prestazzjoni komprensiva ta' batterija tal-aċidu taċ-ċomb u batterija tal-jon tal-litju;
5. L-applikazzjoni u l-promozzjoni ta' teknoloġija b'sensuri tat-torque;
6. L-applikazzjoni u l-promozzjoni ta' teknoloġija diġitali, teknoloġija tal-internet tal-oġġetti u teknoloġija intelliġenti.
(119) Ir-rabta bejn l-iżvilupp ta' roti elettriċi u l-parts tagħhom kienet diġà stabbilita fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-industrija tar-Roti u tar-Roti Elettriċi. Id-dokument jirreferi b'mod estensiv għall-integrazzjoni tal-ktajjen tal-produzzjoni u l-ħtieġa li jitħaffu r-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija ewlenija komuni tal-industrija.
(120) B'mod aktar speċifiku, it-12-il Pjan tar-Roti jelenka fost l-għanijiet ewlenin tal-iżvilupp tal-industrija matul it-12-il Perjodu ta' Ħames Snin:
it-tisħiħ ulterjuri tal-integrazzjoni tal-industrija;
it-tiswir ta' diviżjoni professjonali tal-mekkaniżmu tax-xogħol bi spare parts, upstream u downstream, ta' vetturi lesti u produzzjoni, tagħlim u riċerka.
(121) It-12-il Pjan tar-Roti jelenka wkoll l-innovazzjonijiet teknoloġiċi ewlenin li għandhom jinkisbu matul it-12-il perjodu ta' Ħames Snin. Dawn jinkludu, inter alia,
l-applikazzjoni ta' batterija tal-jon tal-litju;
l-applikazzjoni ta' magni elettriċi b'kalamita permanenti, ta' veloċità għolja u bi brush f'roti elettriċi;
l-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' kontroll b'mikrokompjuter fir-roti elettriċi.
(122) Indikazzjoni oħra ta' subordinazzjoni tal-iżvilupp ta' komponenti upstream għall-iżvilupp tal-industrija downstream ta' roti elettriċi tista' tiġi rkuprata fin-Notifika tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Gvern Muniċipali ta' Suzhou taċ-ċirkolazzjoni tal-Miżuri Amministrattivi fuq il-Fond Speċjali tal-Industrija Muniċipali u t-Titjib Ekonomiku (SU FU BAN 2014-137) u n-Notifika relatata dwar l-applikazzjoni għall-Programm tal-Fond Speċjali Fiskali Muniċipali ta' Suzhou għas-sena 2016. B'mod partikolari, l-Artikolu A3.1 ta' dan tal-aħħar jelenka fost il-kundizzjonijiet sabiex tinkiseb l-għotja: Il-prodotti għandhom karatteristiċi bħal potenzjal kbir fis-suq, forza qawwija u tnaqqis tad-diskrepanza fil-katina industrijali.
(123) It-13-il Pjan ta' Ħames Snin jirreferi espliċitament għall-appoġġ mill-GTĊ għall-iżvilupp ta' ħażna tal-enerġija b'effiċjenza għolja fil-Kapitolu 23 (ara wkoll il-premessa (97)).
(124) Il-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija tal-Manifattura fuq Skala Żgħira (2016-2020) jelenka wkoll l-industrija tal-batteriji fost l-industriji ewlenin. Minbarra l-miżuri ta' politika ġenerali diskussi fil-premessi minn (96) sa (107), il-pjan jirrakkomanda wkoll l-implimentazzjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Industrija tal-Batteriji taċ-Ċomb.
(125) Il-Pjan ta' Żvilupp tat-Tessuti u tal-Industrija tal-Manifattura fuq Skala Żgħira Muniċipali ta' Tianjin għat-13-il Pjan ta' Ħames Snin (2016-2020) jagħmel ir-rabta bejn l-appoġġ għall-produzzjoni tar-roti elettriċi u l-parts tagħhom: Aħna għandna nippromwovu l-applikazzjoni ta' materjali ġodda, inklużi materjali komposti, liegi ħfief, azzar b'liga baxxa fil-produzzjoni ta' roti u roti elettriċi. Aħna għandna nimbottaw 'il quddiem l-applikazzjoni ta' teknika ta' kontroll b'mikrokompjuter, batteriji enerġetiċi ġodda u magni elettriċi effiċjenti f'batteriji elettriċi.
(126) Il-parts tar-roti u, b'mod speċifiku, il-batteriji speċifiċi u l-metalli ħfief għall-frejms huma parti mil-lista ta' industriji inkoraġġiti fil-Katalogu tal-Gwida ta' Industriji ta' Investiment Barrani (Rivedut fl-2017). B'mod partikolari, il-lista tinkludi:
(126)
96. Ir-riċerka u l-iżvilupp (RuŻ) u l-manifattura ta' materjali ġodda għall-avjazzjoni, is-settur ajruspazjali, il-karozzi u l-muturi ħfief u li jirrispettaw l-ambjent (aluminju speċjali, materjali ta' liga ta' aluminju-manjeżju, qafas ta' liga tal-aluminju għall-muturi, eċċ.).
236. Il-manifattura ta' batterija ekoloġika ta' teknoloġija avvanzata: batteriji ibridi potenti ta' nikil-metall, batteriji ta' żingu-nikil, batteriji ta' żingu-fidda, batteriji tal-jon tal-litju, ċelloli solari, ċelloli tal-fjuwil, eċċ. (għajr għal vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida, batterija li taħdem bl-enerġija).
(127) Bl-istess mod, il-Katalogu tal-Industriji ta' Prijorità għall-Investiment Barrani fiċ-Ċina Ċentrali u tal-Punent jippromwovi investiment barrani fl-industrija relatata mal-parts tar-roti elettriċi li jinkludu: (i) il-produzzjoni ta' materjali u prodotti ta' liga tal-aluminju, (ii) il-produzzjoni ta' servo motors u mezzi tas-sewqan, (iii) ir-RuŻ u l-manifattura tat-tagħmir speċjali għall-produzzjoni ta' batteriji tal-litju u prodotti oħrajn tal-litju; iv) l-iżvilupp u l-manifattura ta' materjali ħfief bħal saħħa għolja.
(128) Il-batteriji tal-litju huma parti mil-lista inkoraġġita fil-Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2013) (Emenda tal-2011) (Maħruġ permezz tal-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma).
(129) Id-dokumenti li ġejjin jidentifikaw ukoll l-industrija tar-roti elettriċi bħala industrija strateġika, prijoritizzata u / jew inkoraġġita:
Made in China 2025 tal-Kunsill tal-Istat (id-Deċiżjoni Nru 28 tal-2005) jinkludi l-iżvilupp ekoloġiku fost il-prinċipji ta' gwida tiegħu. Id-dokument jelenka l-kompiti strateġiċi li għandhom jiġu implimentati sal-2025, inklużi l-intensifikazzjoni tal-isforzi fir-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji, proċessi u tagħmir avvanzati għall-iffrankar tal-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent, it-tisħiħ tar-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti ekoloġiċi, il-ġeneralizzazzjoni ta' tekniki ta' konsum baxx tal-enerġija u rkupru faċli, il-promozzjoni kontinwa tal-effiċjenza enerġetika ta' prodotti li jużaw l-enerġija terminali, inklużi mutur, bojler, magna b'kombustjoni interna u apparat elettriku, […] u jippromwovu enerġetikament l-iżvilupp ta' industrija ta' materjal ġdid, industrija ta' enerġija ġdida u industrija ta' tagħmir ta' livell għoli ekoloġiċi u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju […].
Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (id-Deċiżjoni Nru 40). Din id-Deċiżjoni tiddikjara li l-Katalogu ta' Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali, li huwa miżura ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40, huwa bażi importanti sabiex jiġu ggwidati d-direzzjonijiet tal-investiment. Huwa jiggwida wkoll lill-GTĊ sabiex jamministra l-proġetti ta' investiment u sabiex jifformula u jinforza politiki dwar il-finanzi pubbliċi, it-tassazzjoni, il-kreditu, l-art, l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Għalkemm ir-roti elettriċi ma jissemmewx espliċitament fid-Deċiżjoni Nru 40, permezz tagħha l-Kunsill tal-Istat jagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi kollha sabiex jipprovdu appoġġ ta' kreditu u jwiegħed l-implimentazzjoni ta' politiki preferenzjali oħrajn dwar il-proġetti inkoraġġiti. Fl-istess ħin, il-Katalogu ta' Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali fil-Kapitolu XIX jelenka l-batteriji u l-materjal ħafif bħala industriji inkoraġġiti. Fir-rigward tan-natura legali tagħha, il-Kummissjoni nnotat li d-Deċiżjoni Nru 40 hija Ordni mill-Kunsill tal-Istat, li huwa l-ogħla korp amministrattiv fir-RPĊ. F'dan ir-rigward, id-deċiżjoni hija legalment vinkolanti għal korpi pubbliċi oħrajn u għall-operaturi ekonomiċi.
Il-Qafas Nazzjonali għall-Iżvilupp tax-Xjenza u t-Teknoloġija fuq Terminu Medju u Twil (2006 – 2020) jappoġġa l-iżvilupp ta' oqsma ewlenin u temi ta' prijorità, u jinkoraġġixxi l-appoġġ finanzjarju u fiskali għal dawn l-oqsma u l-prijoritajiet ewlenin.
(130) Bħala konklużjoni, l-industrija tar-roti elettriċi u l-parts tagħha (jiġifieri l-batterija, il-magna, l-unitajiet ta' kontroll u l-komponenti tal-metall ħafif) huma b'hekk meqjusa bħala industriji ewlenin / strateġiċi, li l-iżvilupp tagħhom huwa segwit b'mod attiv mill-GTĊ bħala objettiv ta' politika.
Talbiet Talbiet mill-GTĊ
(131) Il-GTĊ l-ewwel indika li huwa ma setax jidentifika t-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tar-Roti u tar-Roti Elettriċi u li, għalhekk, ma kienx f'pożizzjoni li jipprovdi kummenti dwar il-pjan.
(132) Il-GTĊ indika wkoll fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju li s-CBA hija biss assoċjazzjoni industrijali, organizzata volontarjament minn produtturi ta' roti, roti elettriċi u l-ispare parts tagħhom. Il-GTĊ sostna ukoll li s-CBA mhijiex dipartiment tal-gvern.
Talbiet magħmula mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti
(133) Is-CBA sostniet li hija korp indipendenti mingħajr kontroll mill-GTĊ. B'appoġġ, huma rreferew għall-Pjan Globali għall-Kompartimenti ta' Diżakkoppjament tal-Kummerċ u l-Organi Amministrattivi maħruġ mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u l-Uffiċċju Ġenerali tal-Kunsill tal-Istat.
(134) Is-CBA sostniet ukoll li t-13-il Pjan ta' Ħames Snin dwar ir-Roti kien kunfidenzjali.
Talbiet magħmula minn Giant Group
(135) Wara d-divulgazzjoni Giant Group ippretenda li waħda mill-kumpaniji relatati tiegħu kienet sempliċement qed tipproduċi l-prodott simili iżda ma kinitx tesporta roti tal-elettriku lejn l-Unjoni. Għalhekk kwalunkwe sussidju riċevut minn din tal-aħħar ma jistax awtomatikament jitqies bħala sussidju mogħti għal prodott li ġie rilaxxat għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni li jikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Kwalunkwe benefiċċju ta' tali sussidju mogħti lanqas ma għadda għand il-kumpanija relatata li kienet qed tesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Giant Group għalhekk allega li kwalunkwe sussidju riċevut minn kumpanija li tipproduċi l-prodott simili ma kienx ta' benefiċċju għall-esportazzjonijiet u għalhekk għandu jiġi eskluż mill-kalkolu tal-ammont ta' sussidjar tal-kumpanija li tesporta.
Konfutazzjonijiet tat-talbiet
(136) Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-13-il Pjan dwar ir-Roti kellu jkun identifikat mill-GTĊ u li ma għandux jitqies bħala limitat fuq il-bażi tal-fatti li ġejjin:
Is-CBA ppubblikat stqarrija għall-istampa fuq is-sit web pubbliku tagħha li tinforma li t-13-il Pjan ta' Ħames Snin dwar ir-Roti ġie adottat uffiċjalment fl-14 ta' Ġunju 2016 (http://www.china-bicycle.com/News/View/b8da75cd-607f-4d84-8412-a487e07a0b78). Din kienet irrapportata wkoll minn siti web oħrajn bħal Xuenshu.com (https://www.xueshu.com/zgzxc/201607/21087310.html).
Fl-istqarrija għall-istampa, is-CBA ddivulgat sommarju tal-pjan lill-pubbliku ġenerali: Il-President Ma Zhongchao ressaq rekwiżiti għall-iżvilupp tal-industrija matul il-perjodu tat-13-il Pjan ta' Ħames Snin: il-qofol tat-13-il Pjan ta' Ħames Snin huwa t-trasformazzjoni u l-ammeljorament, u l-mira hija li ssir bidla minn kbir għal b'saħħtu, u l-mezz huwa li tinħoloq opportunità tad-deheb għall-iżvilupp tal-industrija. Il-perjodu sar perjodu ta' żvilupp tad-deheb. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-industrija tifhem sewwa l-punti li ġejjin: L-ewwel nett, tifhem il-pożizzjonament strateġiku tal-iżvilupp tat-13-il Pjan ta' Ħames Snin tal-industrija; it-tieni nett, tmexxi t-trasformazzjoni tal-mod ta' żvilupp bit-trasformazzjoni tal-kunċett ta' żvilupp […].
It-13-il Pjan dwar ir-Roti ġie ppreżentat fil-verżjoni miftuħa tal-Ilment u ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku mill-21 ta' Diċembru 2017. Madankollu, sakemm saret iż-żjara ta' verifika f'Settembru 2018 fil-bini tal-GTĊ, la s-CBA u lanqas il-GTĊ ma kienu għamlu talbiet dwar il-kunfidenzjalità tal-pjan. Għall-kuntrarju, il-GTĊ għarraf lill-Kummissjoni li l-pjan ma setax jiġi identifikat, minkejja li l-approvazzjoni tiegħu ġiet magħmula pubblika fuq is-sit web tas-CBA u minkejja li f'Ġunju 2016 is-CBA kienet għadha taħt l-influwenza tal-GTĊ, hekk kif il-Pjan Globali għall-Kompartimenti ta' Diżakkoppjament tal-Kummerċ u l-Organi Amministrattivi kien għadu ma daħalx fis-seħħ.
It-12-il Pjan dwar ir-Roti preċedenti kien dokument pubbliku, għalkemm kellu natura simili għat-13-il Pjan dwar ir-Roti. Barra minn hekk, l-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma kien fih data speċifika dwar kumpanija.
(137) Fl-aħħar nett, is-CBA ma pprovdiet ebda evidenza dwar in-natura kunfidenzjali tat-13-il Pjan dwar ir-Roti.
(138) Il-Kummissjoni ġabret għadd ta' elementi li wasslu għall-konklużjoni li s-CBA kellha rabta qawwija mal-GTĊ, b'mod partikolari matul l-2016, meta ġie approvat il-Pjan dwar ir-Roti:
L-Artikolu 3 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni tas-CBA (disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tas-CBA: http://www.china-bicycle.com/information/?cid=33) jistabbilixxi li L-iskop u l-kompiti ta' din l-assoċjazzjoni huma: […]li timplimenta l-politika industrijali nazzjonali u tgħin lid-dipartimenti tal-gvern isaħħu l-industrija, […] ikollha rwol bħala pont u rabta bejn il-gvern u l-intrapriżi, u tagħmel ħilitha sabiex taqdi lill-intrapriża, l-industrija u l-gvern, kif ukoll li tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u b'saħħtu tal-industrija. L-Artikolu 4 jsaħħaħ din ir-rabta u jistabbilixxi li: Dan il-Kunsill jaċċetta l-gwida u s-superviżjoni tan-negozju tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat, il-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili u l-unità tan-negozju kompetenti tas-soċjetà.
Is-sit web tas-CBA (http://www.china-bicycle.com/information/?cid=11) jindika li: L-assoċjazzjoni hija ggwidata u ġestita mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat, mill-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat, mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Manifattura fuq Skala Żgħira u mill-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili tal-Amministrazzjoni tar-Reġistrazzjoni tas-Soċjetà.
Il-Pjan Globali għall-Kompartimenti ta' Diżakkoppjament tal-Kummerċ u l-Organi Amministrattivi, maħruġ mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u l-Uffiċċju Ġenerali tal-Kunsill tal-Istat, ġie adottat fit-8 ta' Lulju 2015. Madankollu, huwa jipprevedi proġett pilota fl-2016 u l-estensjoni għal assoċjazzjonijiet industrijali oħrajn u dħul fis-seħħ sħiħ biss fl-2017. Għalhekk, fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li meta ġie approvat it-13-il Pjan dwar ir-Roti fl-2016, is-CBA kienet taħt il-ġestjoni tal-Kunsill Statali u ġiet fdata sabiex timplimenta l-politika tal-gvern u, għalhekk, ma setgħetx titqies bħala korp indipendenti.
(139) Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma laqgħetx it-talbiet relatati mal-eżistenza u l-kunfidenzjalità tat-13-il Pjan dwar ir-Roti u fuq l-indipendenza tas-CBA.
(140) Sa fejn għandha x'taqsam it-talba ta' Giant Group, il-Kummissjoni qieset li d-diversi entitajiet ġuridiċi li jipproduċu u jbigħu roti elettriċi, huma parti mill-istess grupp. Dan ma ġiex ikkontestat mill-Giant Group. Għalhekk, ir-rwol speċifiku tar-riċevitur (bħala dak li jesporta direttament il-prodott ikkonċernat jew le matul il-perjodu ta' investigazzjoni) kien ikkunsidrat irrilevanti sakemm kien relatat mal-produttur esportatur u li huwa rċieva benefiċċji relatati mal-prodott li qed jiġi investigat. Li tali benefiċċji kienu riċevuti ma kienx ikkontestat minn Giant Group. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-benefiċċji riċevuti minn entitajiet ġuridiċi tal-istess grupp li huma involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' roti elettriċi huma aggregati fil-livell tal-grupp u mqassma fejn rilevanti. Fuq il-bażi ta' dan, it-talba ġiet irrifjutata.
Nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali u l-użu tal-fatti disponibbli Self preferenzjali
(141) Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jibgħat kwestjonarji speċifiċi lil sitt banek tal-Istat identifikati fl-ilment, kif ukoll lil kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li pprovdiet self jew krediti tal-esportazzjoni lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.
(142) Il-GTĊ sostna li huwa kien ikkuntattja lill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija hawn fuq. Madankollu, kienu erbgħa biss mill-banek tal-Istat speċifikament imsemmija mill-ilmentatur li wieġbu għall-kwestjonarju.
(143) Skont il-GTĊ, huwa ma kellux l-awtorità li jitlob informazzjoni mingħand il-banek tal-Istat li ma weġbux għall-kwestjonarju, minħabba li dawn joperaw indipendentement mill-GTĊ. Il-GTĊ kien tal-fehma wkoll li l-Kummissjoni imponiet piż mhux raġonevoli fuqu u li ma kienx hemm biżżejjed gwida dwar kif tissottometti l-informazzjoni mitluba u kif tħejji l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet.
(144) Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din il-fehma. L-ewwel nett, l-informazzjoni mitluba minn entitajiet tal-Istat (kemm jekk dawn ikunu kumpaniji kif ukoll jekk ikunu istituzzjonijiet pubbliċi / finanzjarji) hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew maġġoritarju. Tabilħaqq, skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Assi tal-Istat tal-Intrapriżi, l-aġenziji għall-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-assi tal-Istat stabbiliti mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni u s-Superviżjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat u l-gvernijiet tal-poplu lokali jwettqu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-kontributur tal-kapital ta' intrapriża b'investiment mill-Istat f'isem il-gvern. Dawn l-aġenziji huma b'hekk intitolati li jirċievu redditi fuq l-assi, jieħdu sehem fit-teħid ta' deċiżjonijiet maġġuri u jagħżlu persunal maniġerjali ta' intrapriżi b'investiment mill-Istat. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17 tal-Liġi msemmija hawn fuq dwar l-Assi tal-Istat, l-intrapriżi b'investiment mill-Istat għandhom jaċċettaw l-amministrazzjoni u s-superviżjoni mill-gvernijiet u d-dipartimenti u l-aġenziji governattivi rilevanti, jaċċettaw is-superviżjoni pubblika u jkunu responsabbli lejn il-kontributuri kapitali.
(145) Barra minn hekk, il-GTĊ għandu wkoll l-awtorità meħtieġa sabiex jinteraġixxi mal-istituzzjonijiet finanzjarji anki meta ma jkunux proprjetà tal-Istat, minħabba li kollha jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-awtorità regolatorja bankarja Ċiniża. Pereżempju, skont l-Artikoli 33 u 36 tal-Liġi dwar is-Superviżjoni Bankarja, is-CBRC għandha l-awtorità li tesiġi li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ jippreżentaw informazzjoni, bħal rapporti finanzjarji, rapporti statistiċi u informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju u l-ġestjoni. Is-CBRC tista' wkoll tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jiddivulgaw informazzjoni lill-pubbliku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma setgħetx tifhem għaliex il-GTĊ ma setax jitlob lil dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji biex iwieġbu għall-kwestjonarju speċifiku mħejji mill-Kummissjoni għall-fini ta' din l-investigazzjoni. Il-GTĊ ma kienx mitlub jiġbor, jirrieżamina u jipproduċu l-informazzjoni mitluba. Il-GTĊ kien biss mitlub jassisti lill-Kummissjoni biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji.
(146) Minbarra dan, għalkemm ipprovdew xi spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-funzjonament tas-sistemi tal-approvazzjoni tas-self u tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, ebda wieħed mill-banek tal-Istat li kkooperaw ma pprovda informazzjoni speċifika dwar is-self ipprovdut lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, billi sostnew li huma kienu marbuta b'rekwiżiti statutorji u regolatorji u bi klawżoli kuntrattwali fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni relatata mal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.
(147) Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx tal-fehma li hija imponiet piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ. Mill-bidu, il-Kummissjoni llimitat l-investigazzjoni tagħha għal dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li kienu pprovdew self lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-kwestjonarju fih gwida suffiċjenti dwar kif tippreżenta l-informazzjoni mitluba u kif tħejji l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet. Il-GTĊ ma spjegax lanqas liema struzzjonijiet speċifiċi fil-kwestjonarju allegatament ma nftehmux. Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-Kummissjoni sempliċement talbet l-assistenza tal-GTĊ biex tikseb l-informazzjoni neċessarja mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji madankollu, dawn xorta naqsu milli jikkooperaw. B'hekk, hija dehrilha li t-talbiet lill-GTĊ kienu raġonevoli u li l-gwida kienet suffiċjenti.
(148) Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-banek li kkooperaw sabiex jikkuntattjaw lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-rigward tal-permess tagħhom li jagħtu aċċess għall-informazzjoni speċifika għall-kumpaniji miżmuma mill-banek. Madankollu, minkejja t-talba espliċita mill-Kummissjoni, la l-GTĊ u ebda wieħed mill-banek li kkooperaw ma għamlu dan.
(149) Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sabiex jagħtu aċċess għall-informazzjoni speċifika għall-kumpaniji miżmuma mill-banek kollha, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, li mingħandhom irċevew self. Għalkemm il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun qablu li jipprovdu aċċess għad-data tal-bank li tappartjeni lilhom, il-banek irrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni dettaljata meħtieġa, billi sostnew li din l-informazzjoni kienet kunfidenzjali u ma setgħetx tiġi rilaxxata.
(150) Il-Kummissjoni rċeviet biss informazzjoni dwar l-istruttura korporattiva u s-sjieda mill-erba' banek tal-Istat imsemmija fil-premessa (52), iżda mhux l-informazzjoni msemmija fuq dwar is-self ipprovdut lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda informazzjoni minn ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li kienu pprovdew self lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Wieħed minn dawn il-banek, EXIM, irrifjuta li jipprovdi l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tiegħu, billi sostna li dan kien informazzjoni kunfidenzjali u, għalhekk, ipprovda biss informazzjoni parzjali dwar il-governanza korporattiva tiegħu.
(151) Bl-istess mod, ma ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni ebda informazzjoni speċifika dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-proċess ta' approvazzjoni tas-self intern jew il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tas-self mogħti lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, kif spjegat fil-premessi minn (146) sa (150) hawn fuq. Madankollu, din l-informazzjoni kienet meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat jekk is-self kienx ipprovdut b'rati preferenzjali lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Billi dawn id-dokumenti huma tipikament interni għall-banek rilevanti, huma ma jistgħux jiġu pprovduti permezz tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.
(152) Minħabba li ma kellha l-ebda informazzjoni fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-banek tal-Istat li pprovdew self lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji dwar is-self ipprovdut mill-banek li kkooperaw, il-Kummissjoni qieset li hija ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.
(153) Għalhekk, minħabba l-grad ta' nuqqas ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li jista' jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta' self preferenzjali u tat lill-GTĊ perjodu ta' żmien sabiex jikkummenta.
(154) Il-GTĊ ma ppreżenta ebda kumment rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku.
(155) Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli meta eżaminat l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta' self preferenzjali.
Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni
(156) Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jibgħat kwestjonarju speċifiku lil Sinosure. Sinosure pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju.
(157) Madankollu, hija wieġbet biss parzjalment għall-kwestjonarju speċifiku dwar l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni pprovduta lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, Sinosure naqset milli tipprovdi d-dokumentazzjoni ta' sostenn mitluba dwar il-governanza korporattiva tagħha, bħar-Rapport Annwali tagħha jew l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tagħha, billi sostniet li din kienet informazzjoni kunfidenzjali.
(158) Sinosure ma tat ebda informazzjoni speċifika dwar l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni pprovduta lill-industrija tar-roti elettriċi, il-livell tal-primjums tagħha jew figuri dettaljati relatati mal-profittabbiltà tan-negozju tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni tagħha.
(159) Fin-nuqqas ta' tali informazzjoni, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hija ma rċeviet ebda informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.
(160) Kif deskritt fil-premessi (144), il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-informazzjoni mitluba mill-entitajiet tal-Istat (kemm jekk dawn ikunu kumpaniji kif ukoll jekk ikunu istituzzjonijiet pubbliċi / finanzjarji) hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew maġġoritarju. Dan huwa wkoll il-każ għal Sinosure, li hija entità kompletament tal-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija jista' jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni u tat lill-GTĊ perjodu ta' żmien sabiex jikkummenta.
(161) Il-GTĊ ma ppreżenta ebda kumment rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku.
(162) B'hekk, il-Kummissjoni kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni.
L-għoti ta' inputs b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata
(163) Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jibgħat kwestjonarju, ipprovdut mill-Kummissjoni, lill-fornituri domestiċi ta' parts (jiġifieri magni, batteriji u unitajiet ta' kontroll) tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni talbet ukoll lill-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun sabiex jipprovdu lill-GTĊ b'lista tal-fornituri domestiċi tagħhom.
(164) Filwaqt li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikkomunikaw lill-GTĊ il-lista tal-fornituri domestiċi tagħhom, il-GTĊ irrifjuta li jibgħat kwalunkwe kwestjonarju lil dawn il-fornituri. Il-GTĊ sostna li dan jirrappreżenta piż bla bżonn għalihom. Huma sostnew ukoll li minħabba li dawn il-kumpaniji jaġixxu b'mod indipendenti mill-GTĊ, l-intervent tagħhom ma kien jagħti l-ebda riżultat.
(165) Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din il-fehma. L-ewwel nett, hija tqis li l-piż tad-dispaċċ ta' kwestjonarju diġà mħejji għal lista ta' kuntatt diġà pprovduta ma kienx sinifikanti, speċjalment meta wieħed iqis il-possibbiltà suġġerita li tintuża l-posta elettronika. It-tieni nett, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-awtoritajiet kien ikollhom impatt kbir sabiex jikkonvinċu lill-kumpaniji mhux investigati direttament sabiex jikkooperaw bil-għan li tiġi stabbilita s-sitwazzjoni tas-suq fiċ-Ċina. Tabilħaqq, fil-fehma tal-Kummissjoni, li l-kumpaniji jirċievu talba mingħand il-GTĊ biex jikkooperaw fl-investigazzjoni, kien ikun aktar effikaċi milli kieku l-istess kumpaniji kellhom jirċievu ittra mingħand il-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni li tista' tiġi pprovduta mill-fornituri lill-industrija tar-roti elettriċi hija essenzjali sabiex jiġi ddeterminat jekk l-industrija tar-roti elettriċi rċevietx inputs b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-informazzjoni għandha tkun miġbura f'dan ir-rigward u li l-GTĊ huwa fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmel dan jew, għall-inqas, biex jiffaċilita l-proċess kif mitlub mill-Kummissjoni. Ikun ukoll fl-interess tal-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina li tikkonfuta l-allegazzjonijiet fl-ilment li kieku jirċievu inputs b'remunerazzjoni inqas minn adegwata. Għalhekk, l-argumenti tal-GTĊ f'dan ir-rigward ġew irrifjutati.
(166) Il-GTĊ irrifjuta wkoll li jipprovdi lista sħiħa tal-fornituri ta' inputs domestiċi u l-istruttura tas-sjieda tagħhom, billi sostna li din kienet informazzjoni kunfidenzjali. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li r-Regolament bażiku jipprovdi għal modi biex tkun protetta l-informazzjoni kunfidenzjali. Barra minn hekk, il-GTĊ ma indikax liema mill-fornituri magħrufa kienu entitajiet tal-Istat u liema kienu ta' proprjetà privata. Il-GTĊ spjega li huwa ma kellux l-awtorità li jitlob informazzjoni bħal din mingħand il-kumpaniji li ma weġbux għall-kwestjonarju, minħabba li dawn joperaw b'mod indipendenti mill-GTĊ. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-informazzjoni mitluba mingħand l-entitajiet tal-Istat (kemm jekk dawn ikunu kumpaniji kif ukoll jekk ikunu istituzzjonijiet pubbliċi / finanzjarji) hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew maġġoritarju. Barra minn hekk, meta tintalab liċenzja tan-negozju jew it-tiġdid tagħha jeħtieġ li tkun ipprovduta informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom lill-Amministrazzjoni tal-Industrija u tal-Kummerċ. F'dan il-kuntest, l-informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni azzjonarja tkun disponibbli għall-GTĊ. Barra minn hekk, il-GTĊ naqset milli tipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar.
(167) Produttur wieħed biss ta' magni elettriċi u fornitur ta' batteriji, Bafang, li pprovda inputs lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, ippreżenta ruħu u talab li jintbagħat kwestjonarju speċifiku maħsub għall-fornituri. Dan il-fornitur ippreżenta wkoll tweġiba għall-kwestjonarju. Ma kien hemm ebda fornitur ieħor ta' materjali ta' input li ppreżentaw ruħhom.
(168) Fil-qosor, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hija ma kellhiex informazzjoni importanti dwar tliet aspetti: l-ewwel, informazzjoni dwar l-istruttura ta' sjieda u governanza tal-produtturi li ma kkooperawx. Mingħajr din l-informazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina jekk dawn il-produtturi humiex korpi pubbliċi jew le. It-tieni, informazzjoni speċifika għall-kumpaniji mill-produtturi li ma kkooperawx, pereżempju, informazzjoni dwar l-iffissar tal-prezzijiet tal-inputs ipprovduti lill-esportaturi inklużi fil-kampjun. It-tielet, informazzjoni dwar l-istruttura tas-suq. Madankollu, l-informazzjoni li suppost kellha tiġi pprovduta mill-fornituri domestiċi tal-inputs hija meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat jekk l-inputs ġewx ipprovduti b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta biss mill-fornituri tal-inputs infushom u, b'hekk, ma tistax tingħata permezz tat-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-suq kienet essenzjali wkoll u l-GTĊ kien fl-aħjar pożizzjoni biex jipprovdi tali informazzjoni jew tal-inqas sabiex jgħin lill-Kummissjoni tiksibha minn għand il-fornituri tal-input.
(169) Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hija ma rċeviet ebda informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.
(170) Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija jista' jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz tal-għoti ta' inputs b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata u tat lill-GTĊ perjodu ta' żmien sabiex jikkummenta. Il-GTĊ ma pprovda ebda kumment.
(171) Giant sostna li l-Kummissjoni interpretat b'mod żbaljat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Huwa sostna li l-Artikolu 28 jirreferi għal nuqqas ta' kooperazzjoni tal-partijiet interessati u li l-fornituri tal-magni u tal-batteriji mhumiex partijiet interessati. Huwa qal ukoll li ma hemm l-ebda allegazzjoni li Giant naqas milli jikkoopera u li huwa pprovda l-informazzjoni kollha dwar ix-xiri tiegħu ta' magni u batteriji. Barra minn hekk huwa sostna li l-Kummissjoni kien imissha kkuntattjat lil fornituri direttament minflok tiddependi mill-GTĊ biex iwettaq kompiti tal-awtorità li tkun qed tinvestiga; jiġifieri tibgħat kwestjonarji lill-fornituri tal-materjal ta' input.
(172) F'dan ir-rigward, primarjament għandu jkun innotat li mhuwiex ikkontestat li Giant ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni u li pprovda l-informazzjoni kollha mitluba. Madankollu, kif imsemmi fil-premessi minn (163) sa (167) u kif miġbur fil-qosor fil-premessa (168), ta' min ifakkar li l-GTĊ ma kkooperax bl-aħjar mod li seta' biex b'hekk il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni importanti dwar diversi aspetti ta' din il-parti tal-investigazzjoni, jiġifieri informazzjoni dwar is-sjieda u l-istruttura tal-governanza tal-fornituri tal-input, u informazzjoni dwar l-istruttura u l-imġiba tas-suq billi l-GTĊ naqas milli jipprovdi tweġiba adegwata għall-kwestjonarju u wkoll informazzjoni speċifika mingħand il-fornituri tal-input billi l-GTĊ naqas milli jgħaddi l-kwestjonarju rilevanti lil lista ta' kuntatt tal-fornituri ta' materjal ta' input. Sa fejn għandu x'jaqsam id-dispaċċ tal-kwerstjonarju, qed issir referenza għall-premessi (164) u (165) fejn din il-kwistjoni diġà hija trattata. Fi kwalunkwe każ, billi l-GTĊ għandu bla dubju jiġi kkunsidrat bħala parti interessata f'dan il-proċediment, tqies li l-Kummissjoni ma interpretatx ħażin l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku meta ikkunsidrat li l-GTĊ kien qed jikkoopera parzjalment u użat il-fatti disponibbli f'dawk il-kwistjonijiet fejn, bħala konsegwenza ta' kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni importanti li kellha tiġi pprovduta mill-GTĊ direttament u mill-fornituri ta' materjal ta' input wara li rċevew il-kwestjonarju rilevanti mingħand il-GTĊ. Fuq il-bażi ta' dan, it-talba kellha tiġi rifjutata.
(173) Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tistrieħ ukoll fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar il-forniment ta' magni elettriċi u batteriji b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata skont l-Artikolu 28(1).
Sussidji u programmi ta' sussidju fil-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni attwali
(174) Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fl-ilment, fin-Notifika ta' bidu u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġie investigat l-allegat sussidjar permezz tas-sussidji li ġejjin mill-GTĊ:
(174)
(a) L-għoti ta' self preferenzjali u krediti diretti minn banek tal-politika tal-Istat u banek kummerċjali tal-Istat.
(b) Assigurazzjoni preferenzjali ta' kreditu għall-esportazzjoni.
(c) Programmi ta' Għotjiet:
programmi ta' għotjiet bħall-Famous Brand Programme, Famous Chinese Trademark, Excellent brand enterprises, Top Tax-Payer, AAA Enterprise, China Far-famed Brand u programmi lokali bħas-Science and Technology Progress Medal of Shandong Province jew il-Famous Product of Jiangsu Province;
għotjiet għal kisbiet teknoloġiċi, bħal għotjiet għall-innovazzjoni tat-teknoloġija, għotjiet għall-iżvilupp industrijali ta' teknoloġija avvanzata, għotjiet għat-trasformazzjoni u l-ammeljorament tat-teknoloġija u għotjiet għall-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, sussidji għall-kultivazzjoni ta' talent b'ħila teknika għolja, sussidji għal prodotti ġodda ta' teknoloġija avvanzata, premjijiet għall-progress fix-xjenza u t-teknoloġija, sussidji oħrajn relatati mat-teknoloġija;
għotjiet għall-iżvilupp korporattiv, bħal għotjiet maħsuba sabiex jinkoraġġixxu r-riforma tas-sistema tal-ishma jew l-elenkar fuq il-Borża, fondi għall-iżvilupp industrijali;
fondi ta' sussidju għall-impjiegi u fondi għat-taħriġ u għotjiet reġjonali maħsuba sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku, bħall-One Million Skilled Talent Training Benefit Plan, il-Post-doctor policy u skemi oħrajn immirati sabiex itejbu l-kompetenza tal-impjegati tal-intrapriżi u jnaqqsu l-kostijiet lavorattivi tagħhom.
fondi minn gvernijiet lokali ta' diversi provinċji Ċiniżi, pereżempju, programmi sponsorjati minn Tianjin, bħal għotja ta' assistenza għall-esportazzjoni pprovduta mill-belt ta' Tianjin; fond għall-iżvilupp tad-ditta tal-esportazzjoni pprovdut mill-belt ta' Tianjin;
fond tax-xjenza u t-teknoloġija għaż-Żona Ġdida ta' Binhai fi Tianjin u għaż-Żona ta' Żvilupp Teknoloġiku u Ekonomiku ta' Tianjin;
ċentri tat-teknoloġija tal-intrapriżi (Tianjin City u d-Distrett ta' Jinnan); Fond ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Park Industrijali tar-Roti ta' Tianjin u Fond ta' Għajnuna għall-Kostruzzjoni u l-Iżvilupp Speċjali taż-Żona Speċjali ta' Tianjin Binhai;
għotjiet ad hoc ipprovduti minn awtoritajiet muniċipali / provinċjali, bħall-fondi ta' privattivi, fondi u għotjiet għax-xjenza u t-teknoloġija, fondi għall-iżvilupp tan-negozju, fondi għall-promozzjoni tal-esportazzjoni.
(d) Dħul tal-gvern li huwa b'xi mod ieħor dovut, mitluf jew mhux miġbur, inklużi:
Trattament preferenzjali tat-taxxa fuq l-introjtu u kumpens tat-taxxa għar-Riċerka u l-Iżvilupp u trattament preferenzjali tal-introjtu lil intrapriżi li jinsabu f'żoni speċifiċi ta' żvilupp;
Benefiċċji għat-tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (Enterprise Income Tax, EIT) għal intrapriżi ta' teknoloġija avvanzata u ġdida;
Tnaqqis ta' taxxa minn ras il-għajn għal dividendi minn intrapriżi Ċiniżi b'investiment barrani u l-kumpaniji omm mhux Ċiniżi tagħhom.
(e) Dħul mitluf permezz ta' Programmi tat-Taxxa Indiretta u t-Tariffi tal-Importazzjoni:
Eżenzjonijiet mill-VAT u ribassi tat-tariffa tal-importazzjoni għall-użu ta' tagħmir u teknoloġija importati;
Rinunzji tat-tariffa tal-importazzjoni għall-ipproċessar tal-kummerċ.
(f) Il-provvista ta' prodotti u servizzi mill-gvern għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata (less than adequate remuneration, LTAR):
il-forniment ta' art għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata;
il-forniment ta' enerġija (pereżempju, elettriku jew gass) għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata lil industriji ppreferuti;
il-forniment ta' materjali ta' input (jiġifieri batteriji, magni u parts oħrajn tar-roti, kemm jekk diġà mmuntati kif ukoll jekk le) għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata.
Finanzjament u assigurazzjoni preferenzjali: self
(175) Skont l-informazzjoni pprovduta mill-ħames produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, 18-il istituzzjoni finanzjarja li jinsabu fir-RPĊ ipprovdewlhom self, linji ta' kreditu jew aċċettazzjonijiet bankarji. Minn dawn it-18-il istituzzjoni finanzjarja, 11 kienu banek tal-Istat. Is-seba' (7) istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn kienu jew ta' proprjetà privata jew inkella l-proprjetà tagħhom ma setgħetx tiġi stabbilita minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni deskritt fil-premessi minn (141) sa (155). Erba' banek tal-Istat biss imlew il-kwestjonarju speċifiku maħsub għall-banek (jew għal istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn), minkejja talba lill-GTĊ sabiex jiġu kkuntattjati l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha rilevanti li kienu pprovdew self lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u sabiex dawn jiġu pprovduti bil-kwestjonarji rilevanti.
Banek tal-Istat li jaġixxu bħala korpi pubbliċi
(176) Il-Kummissjoni vverifikat jekk il-banek tal-Istat kinux qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, it-test applikabbli sabiex jiġi stabbilit li impriża tal-Istat hija korp pubbliku huwa kif ġej: Li jgħodd huwa jekk entità għandhiex l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi, aktar milli kif din l-awtorità tkun inkisbet. Hemm ħafna modi differenti ta' kif il-gvern fis-sens ristrett jista' jipprovdi lill-entitajiet b'awtorità. Għaldaqstant, hemm tipi differenti ta' evidenza li jistgħu jkunu rilevanti biex jintwera li tali awtorità ngħatat lil entità partikolari. Evidenza li entità, qiegħda teżerċita funzjonijiet governattivi tista' sservi bħala evidenza li hija għandha jew ingħatat awtorità governattiva, b'mod partikolari fejn tali evidenza tipponta lejn prattika sostnuta u sistematika. Jirriżulta, fil-fehma tagħna, li l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq entità u l-aġir tagħha tista' sservi, f'ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita tali awtorità fit-twettiq ta' funzjonijiet governattivi. Madankollu, aħna nenfasizzaw li, apparti minn delega espliċita ta' awtorità fi strument legali, l-eżistenza ta' sempliċi rabtiet formali bejn entità u gvern fis-sens ristrett x'aktarx ma jkunx biżżejjed sabiex jiġi stabbilit il-pussess neċessarju ta' awtorità governattiva. Għalhekk, pereżempju, is-sempliċi fatt li gvern huwa l-azzjonista maġġoritarju ta' entità ma jurix li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta' dik l-entità, u ferm inqas li l-gvern taha awtorità governattiva. Madankollu, f'xi każijiet, fejn l-evidenza turi li l-indizji formali tal-kontroll tal-gvern huma diversi, u fejn ikun hemm ukoll evidenza li tali kontroll kien eżerċitat b'mod sinifikanti, mela tali evidenza tista' tippermetti li ssir inferenza li l-entità kkonċernata qiegħda teżerċita awtorità governattiva. Fil-każ preżenti, il-konklużjoni li l-banek tal-Istat huma mogħtija awtorità sabiex jeżerċitaw funzjonijiet governattivi hija bbażata fuq l-indizji formali tal-kontroll tal-gvern u fuq l-evidenza li turi li dan il-kontroll ġie eżerċitat b'mod sinifikanti.
(177) Il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali tal-kontroll tal-gvern fil-banek tal-Istat. Hija analizzat ukoll jekk il-kontroll kienx eżerċitat b'mod sinifikanti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli minħabba r-rifjut tal-GTĊ u tal-banek tal-Istat li jipprovdu evidenza dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li wassal għas-self preferenzjali.
(178) Sabiex twettaq din l-analiżi, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat l-informazzjoni għat-tliet banek tal-Istat li kienu mlew il-kwestjonarju speċifiku u kienu disponibbli għal laqgħa mal-persunal tal-Kummissjoni.
Il-banek tal-Istat li kkooperaw
(179) L-erba' banek tal-Istat li ġejjin ipprovdew tweġiba għall-kwestjonarju: EXIM, ABC, ICBC u BOC. Madankollu, kif ġie spjegat fil-premessa (150), EXIM ma ssottomettiex l-Istatut ta' Assoċjazzjoni komprensiv tiegħu, billi sostna li din kienet informazzjoni kunfidenzjali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-informazzjoni sottomessa minħabba li dawn il-banek kollha qablu biss li jiltaqgħu mal-uffiċjali tal-Kummissjoni fil-bini tal-GTĊ, iżda ma ppermettewx li ssir żjara ta' verifika fil-post fil-banek.
(180) Fuq il-bażi tal-informazzjoni li rċeviet fit-tweġiba għall-kwestjonarju u matul iż-żjara ta' verifika tal-GTĊ, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-GTĊ żamm, direttament jew indirettament, aktar minn 50 % tal-ishma f'kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji.
(181) F'dak li għandu x'jaqsam mal-indizji formali tal-kontroll mill-gvern tal-erba' banek tal-Istat li kkooperaw, il-Kummissjoni kkwalifikathom kollha bħala istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin. B'mod partikolari, l-avviż Regolamenti Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri f'Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin jiddikjara li: L-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin imsemmija f'dawn ir-Regolamenti jirreferu għal banek tal-politiki tal-Istat, banek kummerċjali, kumpaniji tal-ġestjoni tal-assi finanzjarji, kumpaniji tat-titoli, kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ. (li minn hawn 'il quddiem issir referenza għalihom bħala istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat), li lilhom il-Kunsill tal-Istat jibgħat bordijiet ta' superviżuri.
(182) Il-Bord tas-Superviżuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin jinħatar skont ir-Regolamenti Interim tal-Bord tas-Superviżuri tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin. Fuq il-bażi tal-Artikoli 3 u 5 ta' dawn ir-Regolamenti Interim, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-Membri tal-Bord tas-Superviżuri huma maħtura minn u responsabbli lejn il-Kunsill tal-Istat, u dan juri l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-banek proprjetà tal-Istat li kkooperaw. Minbarra dawn l-indizji ġeneralment applikabbli, il-Kummissjoni sabet dawn li ġejjin fir-rigward tat-tliet banek tal-Istat:
(183) EXIM ġie fformat u jopera skont L-Avviż tat-Twaqqif tal-Export-Import Bank of China, maħruġ mill-Kunsill tal-Istat, kif ukoll skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni ta' EXIM. Skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tiegħu, l-Istat jinnomina direttament il-maniġment ta' EXIM. Il-Bord tas-Superviżuri jinħatar mill-Kunsill tal-Istat skont ir-Regolamenti Interim dwar il-Bordijiet tas-Superviżuri f'Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin (id-Digriet tal-Kunsill tal-Istat Nru 282) u liġijiet u regolamenti oħrajn, u huwa responsabbli lejn il-Kunsill tal-Istat.
(184) L-Istatut ta' Assoċjazzjoni jsemmi wkoll li l-Kumitat tal-Partit ta' EXIM għandu rwol ewlieni u politiku kruċjali sabiex jiżgura li l-politiki u l-iskjerament maġġuri tal-Partit u tal-Istat jiġu implimentati minn EXIM. It-tmexxija tal-Partit hija integrata fl-aspetti kollha tal-governanza korporattiva.
(185) L-Istatut ta' Assoċjazzjoni jiddikjara wkoll li EXIM huwa ddedikat sabiex jappoġġa l-iżvilupp tal-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barranija, l-investiment transfruntiera, l-Inizjattiva One Belt One Road, il-kooperazzjoni fil-kapaċità internazzjonali u l-manifattura tat-tagħmir. Il-kamp ta' applikazzjoni tan-negozju tiegħu jinkludi self fuq perjodu ta' żmien qasir, medju u twil kif approvat u skont il-politiki tal-kummerċ barrani u tal-ħruġ tal-Istat, bħal kreditu għall-esportazzjoni, kreditu għall-importazzjoni, self għall-inġinerija b'kuntratt barrani, self għal investiment barrani, self tal-gvern Ċiniż għal għajnuna barranija u self lix-xerrejja tal-esportazzjoni.
(186) Kif issemma fl-Artikolu 137 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni ta' ABC, il-GTĊ, fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist ewlieni b'parteċipazzjoni azzjonarja ta' 79,62 %, għandu s-setgħa li jaħtar id-Diretturi kollha fuq il-Bord tad-Diretturi. L-istess japplika għall-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 204 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni.
(187) Barra minn hekk, skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tal-ABC, il-Bord tad-Diretturi jiddetermina l-istrateġija tal-bank, jiddeċiedi dwar il-baġit tal-bank, jieħu deċiżjonijiet dwar investimenti, jaħtar il-President u s-Segretarju tal-Bord tal-bank u jistabbilixxi u jimmonitorja s-sistema ta' ġestjoni tar-riskju tal-bank. Din il-lista mhux eżawrjenti ta' responsabbiltajiet turi l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq in-negozju ta' kuljum tal-ABC.
(188) Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat, inklużi ABC, ICBC u BOC, biddlu l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tagħhom fl-2017 sabiex iżidu r-rwol tal-Partit Komunista taċ-Ċina (CCP) fl-ogħla livell ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-banek.
(189) Dan l-Istatut ta' Assoċjazzjoni ġdid jistipula li:
il-President tal-Bord tad-Diretturi għandu jkun l-istess persuna bħas-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit;
ir-rwol tas-CCP huwa li jiżgura u jissorvelja l-implimentazzjoni mill-Bank tal-politiki u l-linji gwida tas-CCP u tal-Istat; kif ukoll li jkollu rwol ta' tmexxija u ta' żamma tan-negozju fil-ħatra tal-persunal (inkluż il-maniġment superjuri); u
l-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Partit għandhom jinstemgħu mill-Bord tad-Diretturi sabiex ikunu jistgħu jittieħdu kwalunkwe deċiżjonijiet ewlenin.
(190) Kif issemma fl-Artikolu 125 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni, il-GTĊ, fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist ewlieni b'parteċipazzjoni azzjonarja ta' 64,63 %, għandu s-setgħa li jaħtar kemm id-Diretturi eżekuttivi kif ukoll dawk mhux eżekuttivi tal-bank, li jikkostitwixxu l-Bord tad-Diretturi.
(191) Barra minn hekk, skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tal-BOC, il-Bord tad-Diretturi jiddeċiedi, fost oħrajn, il-prinċipji strateġiċi, il-pjanijiet tan-negozju u l-pjanijiet ta' investimenti maġġuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji, jaħtar jew jagħti s-sensja lil persunal f'karigi għolja, bħall-President u s-Segretarju tal-Bord, il-Viċi President u membri tal-persunal oħrajn fil-maniġment superjuri. Il-Bord jiddeċiedi wkoll dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet waqt il-laqgħa tal-azzjonisti u japprova politiki ta' governanza korporattiva. Din il-lista mhux eżawrjenti ta' responsabbiltajiet turi l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq in-negozju ta' kuljum tal-BOC.
(192) Barra minn hekk, l-istipulazzjonijiet il-ġodda dwar ir-rwol tas-CCP imsemmija fil-premessa (189) ta' hawn fuq japplikaw ukoll għall-BOC:
Evidenza li turi li l-Gvern eżerċita kontroll sinifikanti fuq l-imġiba ta' dawk l-istituzzjonijiet
(193) Kif issemma fl-Artikolu 115 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni, il-GTĊ, fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist ewlieni b'parteċipazzjoni azzjonarja ta' 69,31 %, għandu s-setgħa li jaħtar kemm id-Diretturi eżekuttivi kif ukoll dawk mhux eżekuttivi tal-bank, li jikkostitwixxu l-Bord tad-Diretturi.
(194) Barra minn hekk, skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tal-ICBC, il-Bord tad-Diretturi jiddeċiedi, fost oħrajn, il-pjan tan-negozju, il-proposta ta' investiment u l-istrateġiji ta' żvilupp tal-Bank, jaħtar jew jagħti s-sensja lill-membri tal-persunal f'karigi għolja, bħall-President u s-Segretarju tal-Bord, il-Viċi President u membri tal-persunal oħrajn fil-maniġment superjuri. Il-Bord jiddeċiedi wkoll dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet waqt il-laqgħa tal-azzjonisti u jifformula s-sistemi ta' ġestjoni bażika. Din il-lista mhux eżawrjenti ta' responsabbiltajiet turi l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq in-negozju ta' kuljum tal-ICBC.
(195) Il-Kummissjoni kompliet tfittex informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-erba' banek tal-Istat li kkooperaw fir-rigward tal-politiki tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, fejn huma pprovdew self lill-industrija tar-roti elettriċi. F'dan ir-rigward, ittieħdu f'kunsiderazzjoni d-dokumenti regolatorji li ġejjin:
L-Artikolu 34 tal-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (il-Liġi Bankarja);
L-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self (implimentati mill-People's Bank of China);
Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustamenti tal-Istruttura Industrijali (id-Deċiżjoni Nru 40);
Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Regolatorja Bankarja taċ-Ċina (China Banking Regulatory Commission - CBRC) għal Kwistjonijiet ta' Liċenzji Amministrattivi għall-Banek Kummerċjali ffinanzjati miċ-Ċina (l-Ordni tas-CBRC [2017] Nru 1);
Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tas-CBRC għal Kwistjonijiet ta' Liċenzji Amministrattivi relatati ma' Banek b'Finanzjament Barrani (l-Ordni tas-CBRC [2015] Nru 4);
Il-Miżuri Amministrattivi għall-Kwalifiki tad-Diretturi u tal-Uffiċjali Anzjani tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji fis-Settur Bankarju (CBRC [2013] Nru 3).
(196) Meta eżaminat dawn id-dokumenti regolatorji, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ qegħdin joperaw f'ambjent legali ġenerali li jidderiġihom sabiex jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ meta jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji, għar-raġunijiet spjegati hawn taħt.
(197) Fir-rigward ta' EXIM, il-mandat tal-ordni pubbliku huwa stabbilit fl-avviż li jistabbilixxi l-Import Export Bank of China, kif ukoll fl-Istatut ta' Assoċjazzjoni tiegħu.
(198) Fil-livell ġenerali, l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, li tapplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fiċ-Ċina, jistabbilixxi li l-Banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju ta' self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat. Għalkemm l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja jiddikjara li l-Banek kummerċjali għandhom, skont il-liġi, iwettqu operazzjonijiet tan-negozju mingħajr interferenza minn kwalunkwe unità jew individwu. Il-banek kummerċjali għandhom b'mod indipendenti jassumu responsabbiltà ċivili bil-proprjetà tagħhom kollha bħala persuna ġuridika, l-investigazzjoni wriet li l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja huwa applikat soġġett għall-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, jiġifieri fejn l-Istat jistabbilixxi ordni pubbliku, il-banek jimplimentawh u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat.
(199) Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self jistabbilixxi li: F'konformità mal-politika tal-Istat, id-dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw l-imgħaxijiet fuq is-self, bil-ħsieb li ssir promozzjoni tat-tkabbir ta' ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku f'xi oqsma.
(200) L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku kompliet tikkonferma li d-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq huma applikati fil-prattika. Pereżempju r-rapport annwali tal-2016 tal-ICBC jippreċiża b'mod partikolari li il-Bank implimenta b'mod attiv il-politiki nazzjonali, kompla jappoġġa riforma strutturali fuq in-naħa tal-provvista, […] Il-Bank kompla jssaħħaħ programmi ewlenin tal-gvern u proġetti ta' kostruzzjoni sinifikanti, u allinja b'mod proattiv mal-istrateġiji nazzjonali ta' żvilupp fuq l-erba' reġjuni (ir-reġjuni tal-Punent, ir-reġjuni tal-Grigal, ir-reġjuni tal-Lvant u r-reġjuni ċentrali) u t-three supporting belts (l-inizjattiva Belt and Road, l-iżvilupp koordinat tar-reġjun ta' Beijing-Tianjin-Hebei u l-iżvilupp taż-Żona Ekonomiku tax-Xmara Yangtze).
(201) Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-Kummissjoni Regolatorja u Bankarja taċ-Ċina (China Banking and Regulatory Commission - CBRC) għandha awtorità tal-approvazzjoni estensiva fuq l-aspetti kollha tal-ġestjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ (inklużi istituzzjonijiet finanzjarji bi sjieda privata u dawk bi sjieda barranija), bħal:
approvazzjoni tal-ħatra tal-maniġers kollha tal-istituzzjonijiet finanzjarji, kemm fil-livell tal-kwartieri ġenerali kif ukoll fil-livell tal-fergħat lokali. L-approvazzjoni tas-CBRC hija meħtieġa għar-reklutaġġ tal-livelli kollha tal-maniġment, mill-aktar pożizzjonijiet għolja sal-maniġers tal-fergħat, u tinkludi wkoll maniġers maħtura f'fergħat barranin, kif ukoll maniġers responsabbli għall-funzjonijiet ta' appoġġ (pereżempju, il-maniġers tal-IT); u
lista twila ħafna ta' approvazzjonijiet amministrattivi, inklużi approvazzjonijiet għat-twaqqif ta' fergħat, għall-ftuħ ta' linji ġodda ta' negozju jew għall-bejgħ ta' prodotti ġodda, għal bdil tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni tal-bank, għall-bejgħ ta' aktar minn 5 % tal-ishma tagħhom, għal żidiet fil-kapital, għal bidliet ta' domiċilju, għal bidliet fil-forma organizzazzjonali, eċċ.;
il-liġi Bankarja hija legalment vinkolanti. In-natura obbligatorja tal-Pjanijiet ta' Ħames Snin u tad-Deċiżjoni Nru 40 ġiet stabbilita hawn fuq fit-Taqsima 3.1. In-natura obbligatorja tad-dokumenti regolatorji tas-CBRC tirriżulta mis-setgħat tagħha bħala l-awtorità regolatorja bankarja. In-natura obbligatorja ta' dokumenti oħrajn tidher permezz tal-klawżoli ta' superviżjoni u evalwazzjoni li fihom.
(202) Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ straħ fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b'mod sinifikanti fuq l-imġiba tal-banek tal-Istat li kkooperaw kull meta kienu qegħdin jipprovdu self lill-industrija tar-roti elettriċi.
(203) Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċitar ta' kontroll b'mod sinifikanti fuq il-bażi ta' self konkret. Matul l-investigazzjoni, il-banek tal-Istat li kkooperaw saħqu li fil-prattika kienu użaw politiki u mudelli xierqa ta' valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu meta taw is-self inkwistjoni.
(204) Madankollu, ma ġewx ipprovduti eżempji konkreti relatati mal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Kif ġie spjegat ukoll fil-premessi minn (144) sa (155), l-erba' banek tal-Istat li kkooperaw irrifjutaw li jipprovdu informazzjoni, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu speċifiċi tagħhom, relatati mal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, għal raġunijiet regolatorji u għal raġunijiet kuntrattwali, anki jekk il-Kummissjoni kienet ipprovditilhom kunsens bil-miktub mingħand il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li rrinunzjaw id-drittijiet ta' kunfidenzjalità tagħhom.
(205) Fin-nuqqas ta' evidenza konkreta ta' valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja, il-Kummissjoni eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessi minn (195) sa (202), flimkien mal-imġiba tal-erba' banek tal-Istat li kkooperaw fir-rigward tas-self ipprovdut lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Apparentement, din l-imġiba kkuntrastat mal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom espressa matul iż-żjara ta' verifika fil-GTĊ, minħabba li fil-prattika huma naqsu milli jipprovdu evidenza li kienu qegħdin jaġixxu fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet tar-riskju bir-reqqa bbażati fuq is-suq.
(206) Iż-żjarat ta' verifika żvelaw li bl-eċċezzjoni ta' produttur esportatur wieħed li ma kellu ebda self bankarju pendenti matul il-PI, ġie pprovdut self lill-erba' gruppi li kien għad fadal ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun b'rati tal-imgħax qrib tar-rati tal-imgħax ta' referenza interbankarja tal-People's Bank of China (PBOC), irrispettivament mis-sitwazzjoni tar-riskju ta' kreditu u dik finanzjarja tal-kumpaniji. B'hekk, is-self ġie pprovdut taħt ir-rati tas-suq meta mqabbla mar-rata li tikkorrispondi mal-profil tar-riskju tal-erba' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun irċieva self ġdid b'kundizzjonijiet simili għal dawk tas-self li jimmatura fl-istess jum li fih tħallas lura s-self l-antik. B'hekk, l-arranġament kien qed jiffunzjona de facto bħala sistema ta' self rotanti. Barra minn hekk, tlieta mill-ħames produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbenifikaw mill-aċċettazzjonijiet bankarji kontra miżata standard ta' 0,05 %, irrispettivament mis-sitwazzjoni tar-riskju ta' kreditu u dik finanzjarja tal-kumpaniji.
(207) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ eżerċita kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-banek tal-Istat li kkooperaw fir-rigward tal-politiki tas-self tagħhom u l-valutazzjoni tar-riskju li tikkonċerna l-industrija tar-roti elettriċi.
(208) Il-Kummissjoni sabet li l-qafas legali stabbilit hawn fuq qed jiġi implimentat mill-erba' istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li qed jikkooperaw fl-eżerċitar tal-funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tar-roti elettriċi, sabiex b'hekk jaġixxu bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO.
Banek tal-Istat li ma kkooperawx
(209) Kif stabbilit fit-Taqsima 3.3 hawn fuq, l-ebda wieħed mill-banek tal-Istat l-oħrajn li pprovdew self lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma wieġeb għall-kwestjonarju speċifiku. Għalhekk, skont il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (141) sa (155)(153) hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-fatti disponibbli sabiex tiddetermina jekk dawk il-banek tal-Istat jikkwalifikawx bħala korpi pubbliċi.
(210) Fl-investigazzjoni antisussidji fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-banek li ġejjin li kienu pprovdew self, linji ta' kreditu jew aċċettazzjonijiet bankarji lill-ħames gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun f'din l-investigazzjoni kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta' persuni ġuridiċi miżmuma mill-Istat: China Merchants Bank, Shangai Pudong Development Bank, Bank of Ningbo, Everbright bank, Bank of Communications, China Construction Bank, Bohai Bank u Citic Bank. Billi ma ngħatat l-ebda informazzjoni li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni sostniet l-istess konklużjoni fl-investigazzjoni preżenti.
(211) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll is-sjieda u l-kontroll tal-GTĊ fuq il-bażi ta' indizji formali għall-istess raġunijiet stabbiliti hawn fuq fit-Taqsima 3.5.1.1. B'mod partikolari, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li tindika mod ieħor, il-maniġers u s-superviżuri f'bank proprjetà tal-Istat li ma kkooperax huma preżunti li jinħatru mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ bl-istess mod bħal banek tal-Istat li kkooperaw.
(212) Fir-rigward tal-eżerċitar tal-kontroll b'mod sinifikanti, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sejbiet dwar l-erba' istituzzjonijiet finanzjarji li kkooperaw huma wkoll rappreżentattivi għall-istituzzjoni finanzjarja tal-Istat li ma kkooperatx. Il-qafas normattiv analizzat fit-Taqsima 3.5.1.1 ta' hawn fuq japplika għalihom b'mod identiku. B'hekk, fin-nuqqas ta' kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, in-nuqqas ta' evidenza konkreta tal-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja huwa validu bl-istess mod bħal għall-erba' banek tal-Istat li kkooperaw.
(213) Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-maġġoranza tal-kuntratti ta' self ipprovduti mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kollha kellhom kundizzjonijiet simili u li r-rati ta' self li ġew miftiehma kienu wkoll simili u kkoinċidew parzjalment mar-rati pprovduti mill-erba' banek tal-Istat li kkooperaw.
(214) Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li s-sejbiet għall-banek tal-Istat li kkooperaw kienu jikkostitwixxu l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku sabiex jiġu vvalutati l-banek tal-Istat l-oħrajn, minħabba dawk is-similaritajiet fil-kundizzjonijiet tas-self u r-rati tas-self u r-rappreżentattività tat-tliet istituzzjonijiet finanzjarji li ġew ivverifikati.
(215) Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-banek tal-Istat l-oħrajn, li pprovdew self lil wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku.
Konklużjoni dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat
(216) Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi kollha tal-Istat li pprovdew self lill-gruppi inklużi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi li kkooperaw huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku.
(217) Barra minn hekk, anki jekk l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ma kellhomx jitqiesu bħala korpi pubbliċi, huma jistgħu jitqiesu bħala li huma fdati u mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi minn (218) sa (222) ta' hawn taħt. B'hekk, f'kull każ, l-imġiba tagħhom tiġi attribwita lill-GTĊ kif spjegat mit-taqsima 3.5.1.
L-inkarigu u d-direzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji privati u ta' istituzzjoni li s-sjieda tagħha mhijiex magħrufa
(218) L-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin kienu meqjusa bħala ta' proprjetà privata, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku: Mizuho Bank (u Mizuho Corporate Bank), Bank of Tokyo Mitsubishi UF u Minsheng Bank. Għall-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni u fin-nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika jekk dawn kinux tal-Istat jew ta' proprjetà privata: Zhejiang Jinhua Chengtai Rural Commerce Bank, Zhejiang Yongkang Rural Commerce Bank u Pufa Bankwere. Billi segwiet approċċ konservattiv, il-Kummissjoni analizzat dawn tal-aħħar bl-istess mod bħal istituzzjonijiet finanzjarji privati u minn hawn 'il quddiem issir referenza għalihom bħala istituzzjonijiet finanzjarji privati. Il-Kummissjoni analizzat jekk dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji kinux ġew fdati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ sabiex jagħtu sussidji lis-settur tar-roti elettriċi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.
(219) Skont ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO L-Istati Uniti - Investigazzjoni dwar id-dazju kompensatorju fuq Memorja Dinamika b'Aċċess Każwali (DRAMS) mill-Korea (United States – Countervailing duty investigation on Dynamic Random Access Memory (DRAMS) from Korea); inkarigu jseħħ meta gvern jagħti r-responsabbiltà lil korp privat u direzzjoni tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn il-gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat. Fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala indikatur sabiex jagħti effett lill-kontribuzzjoni finanzjarja u, fil-maġġoranza tal-każijiet, wieħed jistenna li l-inkarigu jew id-direzzjoni ta' korp privat ikunu jinvolvu xi forma ta' theddida jew inċentivazzjoni. Fl-istess ħin, l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku ma jippermettix lill-Membri jimponu miżuri kompensatorji għall-prodotti kull meta l-gvern ikun sempliċiment qed jeżerċita s-setgħat regolatorji ġenerali tiegħu jew meta l-intervent tal-gvern jista' jkollu jew jista' ma jkollux riżultat partikolari sempliċiment fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi fattwali mogħtija u l-eżerċitar tal-għażla ħielsa mill-atturi f'dak is-suq. Minflok, l-inkarigu u d-direzzjoni jimplikaw rwol aktar attiv tal-gvern minn sempliċi atti ta' inkoraġġiment.
(220) Il-qafas normattiv li jikkonċerna l-industrija tar-roti elettriċi msemmi hawn fuq fil-premessi minn (195) sa (202) japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fir-RPĊ, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji privati. Sabiex jintwera dan, il-Liġi Bankarja u d-diversi ordnijiet tas-CBRC ikopru l-banek kollha ffinanzjati miċ-Ċina u b'investiment barrani taħt il-ġestjoni tas-CBRC.
(221) Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-maġġoranza tal-kuntratti ta' self tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kellhom kundizzjonijiet simili u li r-rati tas-self ipprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati kienu simili fil-biċċa l-kbira tal-każijiet u kkoinċidew parzjalment mar-rati pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji ta' sjieda pubblika.
(222) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni diverġenti riċevuta mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati, għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, safejn hija kkonċernata l-industrija tar-roti elettriċi, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati) li joperaw fiċ-Ċina taħt is-superviżjoni tas-CRBC ġew fdati u mogħtija direzzjonijiet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, sabiex isegwu l-politiki governattivi u jipprovdu self b'rati preferenzjali lill-industrija tar-roti elettriċi.
(223) Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet interessati kkontestaw l-opinjoni li l-banek privati Ċiniżi huma inkarigati jew diretti mill-GTĊ.
(224) Primarjament, parti sostniet li, minkejja li l-Artikolu 34 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Banek msemmi fil-premessa (198), il-liġi ma tobbligax lill-banek sabiex jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ. Huma sostnew li l-Artikolu 34 huwa dikjarazzjoni ġenerali mingħajr implikazzjonijiet prattiċi, u li l-politiki industrijali tal-Istat sempliċiment jaqdu rwol ta' gwida u mhux rwol deċiżiv. L-istess parti rreferiet ukoll għall-Artikolu 41 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Banek biex isostni l-argument tagħha li l-GTĊ ma jistax iġiegħel lill-banek privati jieħdu xi azzjoni speċifika. Barra minn hekk, huma ċaħdu li ir-rati tas-self ipprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati kienu simili f'ħafna mill-każijiet u li parzjalment jirkbu fuq ir-rati pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji b'sjieda pubblika kif stipulat fil-premessa (221) bħala indikatur validu għal inkarigu jew direzzjoni. Fi ftit kliem, il-parti ddikjarat li l-provi disponibbli mhux biżżejjed biex juru inkarigu jew direzzjoni.
(225) It-tieni nett, din il-parti sostniet li l-awtorità tal-approvazzjoni tas-CBRC fuq il-ħatra ta' maniġers u azzjonijiet amministrattivi spjegata fil-premessa (200) ma tirriżultax f'azzjoni espliċita jew affermattiva ta' delegazzjoni jew kmand.
(226) It-tielet nett, l-istess parti ddikjarat li s-sempliċi fatt li partijiet privati jaġixxu b'mod kummerċjalment raġonevoli mhix biżżejjed biex ikunu stabbiliti l-inkarigu jew id-direzzjoni.
(227) Ir-raba' nett, diversi partijiet interessati argumentaw li l-Kummissjoni ma kinitx għamlet valutazzjoni individwali għal kull istituzzjoni finanzjarja u li kwalunkwe inkarigu jew direzzjoni ma jistax jintwera mingħajr ma tittwettaq verifika fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati.
(228) Fl-aħħar nett, parti ddikjarat li l-Kummissjoni kienet ħawdet il-kunċetti ta' inkarigu u ta' direzzjoni.
(229) Fir-rigward tal-ewwel, it-tieni u t-tielet dikjarazzjoni l-Kummissjoni tixtieq tfakkar li ma kien hemm ebda kooperazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew mill-GTĊ u konsegwentement l-ebda evidenza jew informazzjoni diverġenti ma kienet ipprovduta li kkontradixxiet il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi minn (175) sa (222) hawn fuq. Il-Liġi Ċiniża dwar il-Banek trid tiġi eżaminata fid-dawl tat-totalità tal-provi disponibbli, li jindikaw li dawn id-dikjarazzjonijiet huma aktar minn sempliċement atti ta' inkoraġġiment. Fir-rigward tar-raba' dikjarazzjoni wkoll, minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni, l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji ma setgħu jkunu vvalutati individwalment. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mill-banek Ċiniżi tikkontradixxi l-affermazzjoni li ma kien hemm ebda prova ta' inkarigu jew direzzjoni u li l-GTĊ ma jistax iġiegħel banek privati jieħdu kwalunkwe azzjoni. Tabilħaqq, dawn il-banek privati huma ordnati mill-GTĊ sabiex jiksbu l-objettivi tal-politika pubblika li jkunu appoġġati ċerti setturi mħeġġa billi jipprovdu self preferenzjali. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta' informazzjoni kuntrarja, kif indikat fil-premessa (221) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-banek privati kienu japplikaw kundizzjonijiet u rati tal-imgħax simili bħal dawk tal-banek pubbliċi. Din hija indikazzjoni li l-banek privati jsegwu l-politika ta' self tal-gvern minquxa fil-Liġi dwar il-Banek u mid-diversi ordnijiet tas-CBRC. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni kienet qed tħallat il-kunċetti ta' inkarigu u direzzjoni ma kinitx sostanzjata jew spjegata f'aktar dettal. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-istandards tal-inkarigu u ta' direzzjoni mhumiex reċiprokament esklussivi, billi fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala rappreżentant tiegħu biex iwettaq kontribuzzjoni finanzjarja. Għalhekk dawn it-talbiet kellhom jiġu rrifjutati.
Speċifiċità
(230) Kif intwera fil-premessi minn (195) sa (202), diversi dokumenti regolatorji li huma speċifikament immirati għall-kumpaniji fis-settur tar-roti elettriċi jidderieġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jipprovdu self b'rati preferenzjali lill-industrija tar-roti elettriċi. Fuq il-bażi ta' dawn id-dokumenti, qiegħed jintwera li l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu biss self preferenzjali lil għadd limitat ta' industriji/kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ.
(231) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta'self preferenzjali mhumiex disponibbli b'mod ġenerali, iżda huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ppreżentat evidenza li tissuġġerixxi li s-self preferenzjali huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.
(232) Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet interessati sostnew li s-self preferenzjali mhux speċifiku għall-industrija tar-roti elettriċi u ma għandux jitqies bħala kumpensatorji. Huma argumentaw li l-Kummissjoni kellha tagħti prova tal-ispeċifiċità abbażi tal-evidenza pożittiva. Waħda minn dawn il-partijiet sostnew ulterjorment li t-13-il Pjan ta' Ħames snin ssemmi firxa wiesgħa ta' industriji oħra għajr tar-roti elettriċi u li dan ma jistabbilixxix jew jindirizza xi sussidji iżda biss jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-industriji msemmijin fih. Din il-parti ddikjarat ukoll li ma jistax jiġi konkluż li l-banek huma obbligati jagħtu self b'rati preferenzjali.
(233) Il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li primarjament, kif stipulat fil-premessa (220), il-qafas normattiv dwar l-industrija tar-roti elettriċi japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fir-RPĊ u, fost affarijiet oħra, jistabbilixxi li l-Banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju ta' self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat. It-tieni, kif stabbilit fil-premessi minn (96) sa (139) id-dispożizzjonijiet mhux biss tat-13-il pjan ta' Ħames Snin iżda wkoll ta' diversi pjanijiet governattivi oħra jistabbilixxu politiki speċifiċi tal-gvern biex jappoġġa l-industrija tar-roti elettriċi. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-istituzzjonijiet finanzjarji din kienet l-unika informazzjoni disponibbli li fuq il-bażi tagħha l-Kummissjoni setgħet tislet il-konklużjonijiet tagħha skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdew xi evidenza biex issostni dawn id-dikjarazzjonijiet. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li t-13-il Pjan ta' Ħames Snin, meta eżaminat fil-kuntest xieraq tiegħu, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala sempliċi att ta' inkoraġġiment, u anki l-objettivi ta' appoġġ pubbliku mhumiex limitati għall-biċċa l-kbira tal-industriji fiċ-Ċina, iżda speċifikament għal ċerti industriji. Għalhekk dawn it-talbiet ġew miċħuda.
Benefiċċju u kalkolu tal-ammont ta' sussidju
(234) Sabiex tikkalkula l-ammont tas-sussidju kumpensabbli, il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa d-differenza bejn l-ammont ta' imgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista' jinkiseb fis-suq ħieles.
(235) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat għadd ta' speċifiċitajiet fis-suq Ċiniż tar-roti elettriċi. Kif ġie spjegat fit-Taqsimiet minn 3.5.1 sa 3.5.3 ta' hawn fuq, is-self ipprovdut mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali mill-gvern u ma jirriflettix ir-rati li normalment jinstabu f'suq li jiffunzjona.
(236) Il-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ivarjaw f'termini tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħhom. Kull wieħed minnhom ibbenifika minn tipi differenti ta' self matul il-perjodu ta' investigazzjoni, b'varjanzi fir-rigward ta', pereżempju, il-maturità, il-kollateral, il-garanziji u kundizzjonijiet marbuta oħrajn. Għal dawn iż-żewġ raġunijiet, kull produttur esportatur kellu rata tal-imgħax medja differenti fuq il-bażi tas-sett ta' self riċevut tiegħu stess.
(237) Il-Kummissjoni vvalutat individwalment is-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull grupp ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun bil-għan li tirrifletti dawn il-partikolaritajiet. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni segwiet il-metodoloġija tal-kalkolu għal self preferenzjali stabbilita fl-investigazzjoni antisussidji fuq prodotti tal-azzar ċatti b'laminazzjoni termali li joriġinaw mir-RPĊ u spjegata fil-premessi ta' hawn taħt. Bħala riżultat, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju mill-prattiki tas-self preferenzjali għal kull grupp ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi individwali u allokat dan il-benefiċċju għall-prodott ikkonċernat.
Klassifikazzjonijiet tal-kreditu
(238) Fl-investigazzjoni antisussidji fuq prodotti tal-azzar ċatti b'laminazzjoni termali li joriġinaw mir-RPĊ, il-Kummissjoni diġà ddeterminat li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu domestiċi mogħtija lill-kumpaniji Ċiniżi ma kinux affidabbli, fuq il-bażi ta' studju ppubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), li juri diskrepanza bejn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu internazzjonali u dawk Ċiniżi, li hija kkonfermata bis-sejbiet ta' din l-investigazzjoni li tikkonċerna l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Tabilħaqq, skont il-FMI, 'il fuq minn 90 % tal-bonds Ċiniżi huma kklassifikati minn AA sa AAA mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni lokali. Dan mhuwiex komparabbli ma' swieq oħrajn, bħall-UE jew l-Istati Uniti. Pereżempju, inqas minn 2 % tad-ditti jgawdu minn dawn il-klassifikazzjonijiet tal-ogħla livell fis-suq tal-Istati Uniti. B'hekk, l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniżi għandhom tendenza qawwija favur l-ogħla tarf tal-iskala ta' klassifikazzjoni. Huma għandhom skali ta' klassifikazzjoni wiesgħa ħafna u għandhom tendenza li jiġbru flimkien bonds b'riskji ta' inadempjenza notevolment differenti f'kategorija wiesgħa waħda ta' klassifikazzjoni.
(239) Barra minn hekk, l-aġenziji ta' klassifikazzjoni barranin, bħal Standard and Poor's u Moody's, ġeneralment japplikaw żieda fuq il-klassifikazzjoni ta' kreditu tal-linja bażi tal-emittent fuq il-bażi ta' stima tal-importanza strateġika tad-ditta għall-gvern Ċiniż u s-saħħa ta' kwalunkwe garanzija impliċita meta jikklassifikaw bonds Ċiniżi maħruġa barra l-pajjiż. Pereżempju, Fitch, aġenzija ta' klassifikazzjoni internazzjonali oħra, tindika b'mod ċar, fejn applikabbli, li tali garanziji huma mutur ewlieni li fuqu huma bbażati l-klassifikazzjonijiet ta' kreditu tagħha tal-kumpaniji Ċiniżi.
(240) Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet aktar informazzjoni li tikkomplementa din l-analiżi. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ddeterminat li l-Istat jista' jeżerċita influwenza fuq is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, hekk kif l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma mill-inqas parzjalment tal-Istat. B'hekk, skont żewġ studji li ġew ippubblikati fl-2016, kien hemm madwar 12-il aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fis-suq Ċiniż, li l-maġġoranza tagħhom huma proprjetà tal-Istat. B'kollox, 60 % tal-bonds korporattivi kklassifikati kollha fiċ-Ċina kienu ġew ikklassifikati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni li hija proprjetà tal-Istat.
(241) Il-GTĊ ikkonferma li, matul il-perdjodu ta' investigazzjoni, kien hemm 12-il aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fis-suq tal-bonds taċ-Ċina, fosthom 10 aġenziji tal-klassifikazzjoni domestiċi. Kien hemm ukoll żewġ (2) aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li kienu impriżi konġunti Sino-barranin.
(242) It-tieni nett, ma hemmx dħul liberu fis-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Huwa essenzjalment suq magħluq, minħabba li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina (China Securities Regulatory Commission - CSRC) jew mill-PBOC qabel ikunu jistgħu jibdew l-operazzjonijiet tagħhom. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-aġenziji ta' klassifikazzjoni barranin ma kinux qed jitħallew joperaw fis-suq domestiku Ċiniż, billi s-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kien inkluż fil-kategorija ristretta tal-Katalogu tal-Industriji tal-GTĊ għall-Gwida tal-Investiment Barrani, u l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu barranin kienu pprojbiti milli joħorġu klassifikazzjonijiet ta' bonds domestiċi. F'nofs l-2017, il-PBOC ħabbar li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu barranin se jitħallew iwettqu klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq parti mis-suq domestiku tal-bonds, taħt ċerti kundizzjonijiet, iżda dan kien għadu mhuwiex applikabbli matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, sadanittant, l-aġenziji barranin stabbilixxew impriżi konġunti ma' xi aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu lokali, li jipprovdu klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-ħruġ ta' bonds domestiċi. Madankollu, dawn il-klassifikazzjonijiet isegwu l-iskali tal-klassifikazzjoni Ċiniżi u, b'hekk, mhumiex komparabbli mal-klassifikazzjonijiet internazzjonali, kif spjegat hawn fuq.
(243) Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kisbu l-klassifikazzjonijiet ta' kreditu tagħhom biss, jekk kien hemm, mill-banek tas-self tagħhom u mhux minn kwalunkwe aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.
(244) Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessi minn (238) sa (243) hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi ma jipprovdux stima affidabbli tar-riskju ta' kreditu tal-assi sottostanti.
(245) Għall-fini tal-investigazzjoni attwali, il-Giant Group fiċ-Ċina jikkonsisti fi produttur esportatur wieħed u tliet kumpaniji li jipprovdu inputs. Barra minn hekk, kumpanija relatata waħda fiċ-Ċina kienet qed tipproduċi roti elettriċi, iżda ma kinitx qed tesporta l-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni. Kumpaniji oħrajn tal-grupp ma ġewx ikkunsidrati għal din l-investigazzjoni, minħabba li ma kinux involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' roti elettriċi. Il-kwartieri ġenerali tal-grupp jinsabu fit-Tajwan, u ma hemm l-ebda kumpanija azzjonarja fiċ-Ċina li teżerċita kontroll fuq il-kumpaniji kollha li joperaw fir-RPĊ.
(246) Il-Giant Group ippreżenta lilu nnifsu f'sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment profittabbli skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu. Il-produttur esportatur tal-Giant Group kien profittabbli matul il-perjodu ta' investigazzjoni iżda ġarrab telf fl-2014. Żewġ kumpaniji oħrajn tal-grupp li ġew investigati ġarrbu wkoll telf matul il-perjodu ta' investigazzjoni. L-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, bħall-proporzjon ta' dejn għal assi jew il-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax, ma indikaw ebda problema strutturali sinifikanti fir-rigward tal-abbiltajiet ta' ripagament tad-dejn ta' dawn il-kumpaniji. Il-Giant Group kellu self innominat fil-muniti CNY, USD, EUR u JPY mogħti minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Huwa ggarantixxa wkoll il-fondi neċessarji mingħand tliet banek permezz ta' aċċettazzjonijiet bankarji.
(247) Il-klassifikazzjonijiet ta' kreditu li ppreżenta l-produttur esportatur tal-Giant Group lill-Kummissjoni ma kinux ġejjin minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rikonoxxuti, iżda nkisbu biss mingħand istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat Ċiniżi. Dawn il-klassifikazzjonijiet kienu jvarjaw bejn AA+ u BBB+ matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fid-dawl tad-distorsjonijiet globali tal-klassifikazzjonijiet ta' kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi minn (238) sa (243) hawn fuq u fin-nuqqas ta' klassifikazzjonijiet minn kwalunkwe aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-klassifikazzjonijiet ma kinux affidabbli.
(248) Kif issemma fit-Taqsima 3.5.1 hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji tas-self Ċiniżi ma pprovdew ebda valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. B'hekk, sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lill-Giant Group kinux fil-livell tas-suq.
(249) Fin-nuqqas ta' klassifikazzjonijiet ta' kreditu affidabbli u koerenti għall-Giant Group u s-sitwazzjoni ta' profittabbiltà speċifika diskussa fil-premessa (246), il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp tikkorrespondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala grad ta' investiment. Grad ta' investiment ifisser li l-bonds maħruġa mill-kumpanija jiġu ġġudikati mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu bħala li x'aktarx huma biżżejjed sabiex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet ta' ħlas li l-banek huma permessi li jinvestu fihom. Għalhekk, il-bonds korporattivi bi klassifikazzjoni BB f'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta' investigazzjoni intużaw sabiex jiġi ddeterminat parametru referenzjarju xieraq.
(250) Il-primjum mistenni fuq il-bonds maħruġa mill-impriżi b'din il-klassifikazzjoni (BB) imbagħad kien applikat għar-rata standard ta' self tal-PBOC sabiex tiġi stabbilita r-rata tas-suq.
(251) Dik il-valwazzjoni pożittiva ġiet stabbilita permezz tal-kalkolu tal-firxa relattiva bejn l-indiċijiet ta' bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala AA u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala BB abbażi tad-data ta' Bloomberg għas-segmenti industrijali. Il-firxa relattiva b'hekk ikkalkolata mbagħad ġiet miżjuda mar-rati normattivi tal-imgħax kif ippubblikati mill-PBOC fid-data li fiha ngħata s-self, u għall-istess tul ta' żmien bħas-self inkwistjoni. Dan sar individwalment għal kull self ipprovdut lill-kumpanija.
(252) Fir-rigward ta' self denominat f'muniti barranin fir-RPĊ, tapplika l-istess sitwazzjoni fir-rigward tad-distorsjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi, minħabba li dan is-self jingħata mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Għalhekk, kif instab qabel, il-bonds korporattivi kklassifikati bħala BB f'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu tal-investigazzjoni ntużaw sabiex jiġi stabbilit parametru referenzjarju xieraq.
(253) Wara d-divulgazzjoni, Giant Group ikkontesta l-applikazzjoni ta' klassifikazzjoni BB bħala l-punt ta' riferiment dwar il-qagħda finanzjarja ġenerali tal-grupp. Huwa sostna li l-Kummissjoni ma indikatx qabel l-iżvelar li kien ikun hemm rekwiżit li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biss maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu indipendenti u speċjalizzati bħal Standard & Poor, Moody's jew Fitch ikunu jikkostitwixxi evidenza aċċettabbli u qatt ma talbet li tali evidenza għandha tiġi provduta. Giant sostna ukoll li l-livell ta' referenza magħżul jenħtieġ li irrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti fiċ-Ċina u ressqu l-argument li jenħtieġ li livell ta' referenza aktar adattat ikun ibbażat fuq Tajwan jew Ħong Kong. Huwa ddikjara wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega f'livell suffiċjenti għaliex Giant ma jikkwalifikax għal klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad ta' investiment minkejja l-indikaturi finanzjarji pożittivi tiegħu u nnotat li bħala grupp globali bil-kumpanija possedenti tiegħu elenkata fuq il-borża tat-Tajwan, l-informazzjoni dwar l-affidabilità finanzjarja tal-grupp hija disponibbli pubblikament.
(254) Kif spjegat fil-premessi (238) sa (244) l-investigazzjoni kkonkludiet li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi ma jipprovdux stima affidabbli tar-riskju ta' kreditu tal-assi sottostanti. Il-kumpanija lanqas ma setgħet tipprovdi xi klassifikazzjonijiet tal-kreditu affidabbli u koerenti matul l-investigazzjoni. Huwa mfakkar li, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-affidabbiltà tal-proċeduri tal-klassifikazzjoni ta' kreditu applikati minnhom, inkluż fil-konfront tal-produttur esportatur inkwistjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li huwa xieraq li jintuża l-punt ta' riferiment BB kif stipulat fil-premessi (245) sa (252) hawn fuq Għalhekk, din it-talba ma ntlaqgħetx. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar ukoll li l-kwestjonarju mibgħut lill-produtturi esportaturi tabilħaqq kien jinkludi r-rekwiżit li dawn jipprovdu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom u l-kumpaniji ntalbu jipprovdu informazzjoni sħiħa fi żmien l-iskadenza stabbilita, u dan kien ukoll ġie indikat b'mod ċar fil-kwestjonarju. Madankollu ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni oħra dwar l-affidabbiltà finanzjarja tal-kumpanija għajr dik li kienet diġà analizzata mill-Kummissjoni. L-affermazzjoni li l-Kummissjoni qatt ma talbet li din l-informazzjoni tiġi pprovduta għalhekk ġiet imwarrba wkoll.
(255) Għal dak li jirrigwarda l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kellha tagħżel parametru referenzjarju bbażat fuq Tajwan jew Ħong Kong, jidher li din hija bbażata fuq il-premessa li l-Istati Uniti kienet magħżula bħala l-punt ta' riferiment għal rati tal-imgħax. Dan mhuwiex korrett. Kif spjegat fid-dettall fil-premessa (251) aktar 'il fuq, il-firxa relattiva, mhux ir-rata ta' l-imgħax bħala tali, kienet ġiet ikkalkolata bejn l-indiċijiet ta' bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati AA u bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala BB abbażi ta' data minn Bloomberg għas-segmenti industrijali. Barra minn hekk, kif spjegat aktar fid-dettal fil-premessa (293) hawn taħt, din il-firxa relattiva hija newtrali f'termini ta' pajjiż. Għalhekk, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.
(256) Għall-fini tal-investigazzjoni attwali, il-Jinhua Vision Group kien magħmul minn żewġ produtturi esportaturi, li wieħed minnhom waqqaf l-attivitajiet tiegħu matul il-perjodu ta' investigazzjoni u kumpanija waħda tipprovdi inputs lill-produtturi esportaturi. Kumpaniji oħrajn tal-grupp ma ġewx ikkunsidrati għal din l-investigazzjoni, minħabba li ma kinux involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' roti elettriċi. Il-kwartieri ġenerali tal-Grupp jinsabu f'Jinhua, iċ-Ċina.
(257) Iż-żewġ produtturi esportaturi fil-Jinhua Vision Group irrapportaw sitwazzjonijiet ta' profitt differenti. Jinhua Vision Co., Ltd. kienet ġeneralment profittabbli matul il-perjodu ta' investimgazzjoni, filwaqt li Yongkang Hulong Electric Vehicle Co., Ltd. ippreżentat it-telf fl-2017 u temmet l-operat tagħha fl-2018. Barra minn hekk, indikaturi finanzjarji oħrajn, bħall-proporzjon ta' dejn għal assi, ma indikaw ebda problema strutturali sinifikanti fir-rigward tal-abbiltajiet ta' ripagament tad-dejn ta' dawn il-kumpaniji. Iż-żewġ produtturi esportaturi tal-Jinhua Vision Group kellhom self innominat f'RMB mogħti minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi.
(258) Il-Kummissjoni nnotat li Jinhua Vision Co., Ltd. ingħatat klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta' A miż-żewġ istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdulhom self (li waħda minnhom hija proprjetà tal-Istat). Barra minn hekk, Yongkang Hulong Electric Vehicle Co., Ltd. ingħatat klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta' BBB+ minn waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li jagħtu self lil Jinua Vision Co., Ltd. u klassifikazzjoni tal-kreditu ta' A minn istituzzjoni finanzjarja oħra. Fid-dawl tad-distorsjonijiet globali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (238) sa (243) hawn fuq u l-profittabbiltà speċifika diskussa fil-premessa (257) hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-klassifikazzjonijiet ma kinux affidabbli.
(259) Konsegwentement, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp kienet tiġġustifika l-applikazzjoni tal-parametru referenzjarju ġenerali li jagħti l-ogħla grad ta' bonds ta' Grad mhux ta' investiment, kif spjegat fil-premessi (248) sa (252). Għalhekk, intużaw bonds korporattivi kklassifikati bħala BB f'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta' investigazzjoni sabiex jiġi ddeterminat parametru referenzjarju xieraq.
(260) Wara d-divulgazzjoni, Jinhua Viżjoni Group kif ukoll is-CCCME, (dan tal-aħħar fuq livell ġenerali) ikkontestaw l-applikazzjoni ta' klassifikazzjoni BB bħala l-punt ta' riferiment għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija. Ġie sostnut li mhux raġonevoli li jintużaw bonds korporattivi klassifikati BB biex jiġi stabbilit valur referenzjarju xieraq mingħajr kunsiderazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija.
(261) Il-produttur esportatur ikkonċernat ma pprovda l-ebda evidenza ulterjuri li tkun ta' sostenn għal xi klassifikazzjoni tal-kreditu differenti. Għalhekk, dan l-argument inċaħad għall-istess raġunijiet bħal dawk li hemm fil-premessi (254) u (255) aktar 'il fuq.
(262) Għall-fini tal-investigazzjoni attwali, il-Yadea Group fiċ-Ċina kien magħmul minn żewġ produtturi (jiġifieri Yadea Group Co., Ltd. u Tianjin Yadea Co., Ltd.), kummerċjant esportatur wieħed (jiġifieri Wuxi Yadea Export-Import Co., Ltd.) u żewġ kumpaniji li jipprovdu inputs lil wieħed mill-produtturi (jiġifieri Jiangsu Yadea Technology Development Co., Ltd u Wuxi Xingwei Vehicle Fittings Co., Ltd.). Kumpaniji oħrajn tal-grupp ma ġewx ikkunsidrati għal din l-investigazzjoni, minħabba li ma kinux involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' roti elettriċi. Il-kwartieri ġenerali tal-Grupp jinsabu f'Wuxi, iċ-Ċina.
(263) Iż-żewġ produtturi tal-Yadea Group ippreżentaw lilhom infushom f'sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment profittabbli skont il-kontijiet finanzjarji tagħhom. Madankollu, meta wieħed iħares lejn l-introjtu operatorju, Yadea Group Co., Ltd. ippreżentat profittabbiltà negattiva fl-2017. Il-profitt globali tagħha kien xprunat biss mill-introjtu fuq l-investiment ta' ekwità fit-tul fl-2017.
(264) Yadea Group ma pprovda l-ebda informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu, minkejja li ntalab jagħmel dan.
(265) Filwaqt li l-ebda waħda mill-kumpaniji tal-Yadea Group li pproduċew il-prodott ikkonċernat ma kellha self matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-grupp iggarantixxa l-fondi meħtieġa minn erba' banek privati u tal-Istat permezz ta' aċċettazzjonijiet bankarji.
(266) Fid-dawl tad-distorsjonijiet globali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (238) sa (243) ta' hawn fuq, u l-profittabbiltà speċifika diskussa fil-premessa (263), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp kienet tiġġustifika l-applikazzjoni tal-parametru referenzjarju ġenerali li jagħti l-ogħla grad ta' bonds ta' Grad mhux ta' investiment, kif spjegat fil-premessi (248) sa (252). Għalhekk, intużaw bonds korporattivi kklassifikati bħala BB f'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta' investigazzjoni sabiex jiġi ddeterminat parametru referenzjarju xieraq.
(267) Għall-fini tal-investigazzjoni attwali, il-Rununion Group kien magħmul minn produttur esportatur wieħed; jiġifieri Suzhou Rununion Motivity Co., Ltd. u kumpanija waħda li tikri l-art b'lokazzjoni lill-produttur esportatur; jiġifieri Suzhou Kaihua Electric Appliance Plastic Factory. Kumpaniji oħrajn tal-grupp ma ġewx ikkunsidrati għal din l-investigazzjoni, minħabba li ma kinux involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' roti elettriċi. Il-kumpaniji kollha tal-grupp jinsabu fiċ-Ċina.
(268) Filwaqt li l-produttur esportatur deher li kien finanzjarjament b'saħħtu, minħabba li kien profittabbli fl-2016 u l-2017, is-sitwazzjoni tal-kumpanija relatata tiegħu kienet differenti, jiġifieri kienet qed tagħmel it-telf fl-2016. It-telf akkumulat ta' dik il-kumpanija kien aktar minn 20 darba superjuri għall-kapital imħallas tagħha.
(269) Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-produttur esportatur iggarantixxa l-fondi meħtieġa minn żewġ banek tal-Istat permezz ta' aċċettazzjonijiet bankarji. Tali aċċettazzjonijiet bankarji kienu jammontaw għal aktar minn 25 % tat-total tal-karta bilanċjali tagħha. Il-kumpanija relatata li kriet b'lokazzjoni l-art ta' Suzhou Kaihua Electric Appliance Plastic Factory iggarantixxiet il-fondi meħtieġa tagħha permezz ta' self minn kumpanija relatata.
(270) Barra minn hekk, indikaturi finanzjarji oħra, bħall-proporzjon tad-dejn mal-assi jew il-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax ma indikaw l-ebda problema strutturali sinifikanti fir-rigward tal-abbiltajiet ta' ħlas lura tad-dejn ta' dawn il-kumpaniji.
(271) Il-Kummissjoni nnotat li Suzhou Rununion Motivity Co., Ltd. ingħatat klassifikazzjoni tal-kreditu ta' BBB+ minn waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat Ċiniżi, filwaqt li Suzhou Kaihua Electric Appliance Plastic Factory ma pprovdiet ebda klassifikazzjoni tal-kreditu. Fid-dawl tad-distorsjonijiet globali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (238) sa (243) ta' hawn fuq u l-profittabbiltà speċifika diskussa fil-premessi (268) sa (270), il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-klassifikazzjoni ma kinitx affidabbli.
(272) Konsegwentement, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp kienet tiġġustifika l-applikazzjoni tal-parametru referenzjarju ġenerali li jagħti l-ogħla grad ta' bonds ta' Grad mhux ta' investiment, kif spjegat fil-premessi (236) sa (240). Għalhekk, intużaw bonds korporattivi kklassifikati bħala BB f'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta' investigazzjoni sabiex jiġi ddeterminat parametru referenzjarju xieraq.
(273) Wara d-divulgazzjoni, Runuion Group ikkontestat l-applikazzjoni ta' klassifikazzjoni BB bħala l-punt ta' riferiment dwar il-qagħda finanzjarja tal-grupp. Ġiet sostnut li mhux raġonevoli li jintużaw il-bonds korporattivi klassifikati BB biex jiġi stabbilit valur referenzjarju xieraq mingħajr kunsiderazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija.
(274) Il-produttur esportatur ikkonċernat ma pprovda l-ebda evidenza ulterjuri li tkun ta' sostenn għal xi klassifikazzjoni tal-kreditu differenti. Għalhekk, dan l-argument inċaħad għall-istess raġunijiet bħal dawk li hemm fil-premessi (254) u (255) aktar 'il fuq.
(275) Għall-fini tal-investigazzjoni attwali, il-Bodo Group kien magħmul minn produttur esportatur wieħed; jiġifieri Bodo Vehicle Group Co., Ltd. (Bodo) u kumpanija waħda (Tianjin Xinbao Vehicle Industry Co., Ltd jew Xinbao) li servew bħala garanti għal għadd ta' self. Kumpaniji oħrajn tal-grupp ma ġewx ikkunsidrati għal din l-investigazzjoni, minħabba li ma kinux involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' roti elettriċi. Il-kumpaniji kollha tal-grupp jinsabu fiċ-Ċina.
(276) Filwaqt li ż-żewġ kumpaniji dehru li kienu finanzjarjament vijabbli matul il-perjodu kkunsidrat, Xinbao kienet qed tagħmel it-telf fl-2017.
(277) Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-produttur esportatur iggarantixxa l-fondi meħtieġa minn istituzzjoni finanzjarja Ċiniża privata permezz ta' lokazzjoni finanzjarja u minn żewġ banek tal-Istat permezz ta' self u aċċettazzjonijiet bankarji.
(278) Is-self ikkuntrattat minn Bodo ma' bank Ċiniż tal-Istat kien garantit minn kumpanija li kellha klassifikazzjoni tal-kreditu aktar baxxa minn Bodo stess u l-kollateral użat kien jappartjeni għal kumpanija relatata oħra, sabiex b'hekk inħoloq dubju dwar ir-robustezza ta' tali garanzija.
(279) Bodo ngħata klassifikazzjoni tal-kreditu ta' AA minn waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi li huma proprjetà tal-Istat, filwaqt li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' Xinbao ddeterjorat minn A għal BBB+ fil-perjodu ta' investigazzjoni. Fid-dawl tad-distorsjonijiet globali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (238) sa (243) ta' hawn fuq u l-profittabbiltà speċifika diskussa fil-premessi (276) sa (278), il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-klassifikazzjoni ma kinitx affidabbli.
(280) Fid-dawl tad-distorsjonijiet globali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (238) sa (243) ta' hawn fuq, u l-profittabbiltà speċifika diskussa fil-premessi (276) sa (278), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp kienet tiġġustifika l-applikazzjoni tal-parametru referenzjarju ġenerali li jagħti l-ogħla grad ta' bonds ta' Grad mhux ta' investiment, kif spjegat fil-premessi (217) sa (221). Għalhekk, intużaw bonds korporattivi kklassifikati bħala BB f'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta' investigazzjoni sabiex jiġi ddeterminat parametru referenzjarju xieraq.
(281) Wara d-divulgazzjoni, Bodo Group ikkontestat l-applikazzjoni ta' klassifikazzjoni BB bħala l-punt ta' riferiment dwar il-qagħda finanzjarja tal-grupp. Ġiet sostnut li mhux raġonevoli li jintużaw il-bonds korporattivi klassifikati BB biex jiġi stabbilit valur referenzjarju xieraq mingħajr kunsiderazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija.
(282) Il-produttur esportatur ikkonċernat ma pprovda l-ebda evidenza ulterjuri li tkun ta' sostenn għal xi klassifikazzjoni tal-kreditu differenti. Għalhekk, dan l-argument inċaħad għall-istess raġunijiet bħal dawk li hemm fil-premessi (254) u (255) aktar 'il fuq.
Self
(283) Kif issemma fil-premessa (234), skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa d-differenza bejn l-ammont ta' imgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista' jinkiseb fis-suq ħieles.
(284) Għal self u lokazzjoni finanzjarja denominati f'RMB, il-parametru referenzjarju estern għal self kummerċjali komparabbli ġie ddeterminat bl-użu tar-rati tal-imgħax applikabbli kif stabbiliti mill-People's Bank of China, aġġustati bil-valwazzjoni pożittiva xierqa (sabiex jirriflettu l-klassifikazzjoni BB). Il-valwazzjoni pożittiva ġiet iddeterminata bl-użu ta' firxa relattiva medja bejn il-bonds maħruġa mill-kumpaniji kklassifikati bħala A u BB fl-Istati Uniti, abbażi tad-data ta' Bloomberg għal segmenti industrijali. Ġiet applikata firxa speċifika għal kull terminu individwali (tliet (3) xhur, sitt (6) xhur, sena waħda (1), eċċ.) u mbagħad ġiet miżjuda mar-rati tal-imgħax ta' referenza. Dan sar individwalment għal kull self ipprovdut lill-produttur esportatur ikkonċernat.
(285) Wara d-divulgazzjoni, żewġ partijiet interessati ddikjaraw li l-istituzzjoni finanzjarja Ċiniżi li tipprovdi lokazzjoni finanzjarja lil kumpanija fil-kampjun hija proprjetà privata u ma tistax tiġi kkunsidrata bħala korp tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. Hija wkoll iddikjarat li l-lokazzjoni finanzjarja mhux self peress li ma tinvolvix l-att ta' self u ta' ħlas lura bl-imgħax peress li tikkonsisti biss f'att ta' lokazzjoni. Barra minn hekk, hija sostniet ulterjorment li l-iżvelar tal-pagament mensili ekwiparat u l-kalkolu tal-benefiċċju kienu insuffiċjenti.
(286) F'dan ir-rigward, qiegħda ssir referenza għall-premessi (218) sa (229) fejn kien ġie konkluż li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati) li joperaw fiċ-Ċina taħt is-superviżjoni tas-CRBC ġew fdati u mogħtija direzzjonijiet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, sabiex isegwu l-politiki governattivi u jipprovdu self b'rati preferenzjali lill-industrija tar-roti elettriċi.
(287) F'dak li jirrigwarda l-kwalifikazzjoni ta' tali tip ta' tranżazzjoni finanzjarja, għandu jkun innutat li l-kumpanija kkonċernata fil-kampjun ibbukkjat lilha nnifisha parti mill-ispejjeż involuti f'tali tranżazzjoni bħal spiża tal-imgħax u li t-tali tranżazzjoni finanzjarja hija wkoll rikonoxxuta miċ-ċentru ta' referenza ta' kreditu tal-PBOC (CRCP) bħala self.
(288) Sa fejn jirrigwardja l-iżvelar, il-Kummissjoni kkunsidrat li hija pprovdiet spjegazzjonijiet dettaljati dwar il-metodoloġija applikata fil-kalkolu tal-pagament mensili ekwiparat kif ukoll ipprovdiet il-formuli kollha użata biex jiġi kkalkulat il-benefiċċju riċevut.
(289) Għal self denominat f'USD, il-parametru referenzjarju estern għal self kummerċjali komparabbli ġie ddeterminat bl-użu tar-rati tal-imgħax USD LIBOR applikabbli għax-xahar applikabbli, għal 3 xhur jew 6 xhur, aġġustati bil-valwazzjoni pożittiva xierqa (sabiex jirriflettu l-klassifikazzjoni BB). Il-valwazzjoni pożittiva ġiet iddeterminata bl-użu ta' firxa relattiva medja bejn il-bonds maħruġa mill-kumpaniji kklassifikati bħala A u BB fl-Istati Uniti, abbażi tad-data ta' Bloomberg għal segmenti industrijali. Ġiet applikata firxa speċifika għal kull terminu individwali (tliet (3) xhur, sitt (6) xhur, sena waħda (1), eċċ.) u mbagħad ġiet miżjuda mar-rati tal-imgħax ta' referenza. Dan sar individwalment għal kull self ipprovdut lill-produttur esportatur ikkonċernat.
(290) Għal self denominat f'EUR, il-parametru referenzjarju estern għal self kummerċjali komparabbli ġie ddeterminat bl-użu tar-rata medja matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-ICE BofAML Euro High Yield Index. L-indiċi huwa magħmul minn titoli li għandhom klassifikazzjoni taħt il-grad ta' investiment (ibbażata fuq medja ta' Moody's, S&P u Fitch).
(291) Għal self denominat fil-munita JPY, ma nstabet ebda data fir-rigward tal-bonds maħruġa minn kumpaniji kklassifikati bħala BB fis-suq Ġappuniż għal segmenti industrijali. Għalhekk, minħabba li l-Ġappun għandu livell simili ta' żvilupp ekonomiku bħall-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li r-rati medji ta' LIBOR f'USD kienu l-aktar indikatur xieraq għas-self innominat f'JPY.
(292) Wara d-divulgazzjoni finali, kemm il-CCCME kif ukoll tlieta mill-ħames kumpaniji fil-kampjun ikkontestaw il-metodoloġija tal-Kummissjoni li użat firxa relattiva bejn bonds korporattivi kklassifikati tal-Istati Uniti AA u tal-Istati Uniti BB biex tikkalkula l-benefiċċju fuq self preferenzjali. Kollha kemm huma allegaw li l-Kummissjoni kellha tuża firxa assoluta minflok relattiva bejn il-bonds klassifikati AA tal-Istati Uniti u l-bonds iklassifikati BB tal-Istati Uniti. Ġew ipprovduti r-raġunijiet ewlenin li ġejjin:
Il-livell tal-firxa relattiva jvarja mal-livell tar-rata tal-imgħax bażi fl-Istati Uniti: iktar ma l-livell tar-rata tal-imgħax ikun baxx, iktar tkun għolja ż-żieda li tirriżulta.
Il-livell tal-punt ta' riferiment li jirriżulta jvarja skont il-livell tar-rata normattiva tal-PBOC li għaliha jiġi applikat. Iktar ma tkun għolja r-rata tal-livell ta' riferiment tal-PBOC, iktar ikun għoli l-livell ta' riferiment li jirriżulta.
(293) Dawn l-argumenti mressqa kienu diġà ġew ippreżentati fil-każ tal-HRF u wkoll fil-każ tat-tajers. Kif wieħed jista' jara mill-premessi (175) sa (187) fil-każ HRF, il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
L-ewwel nett, filwaqt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-banek kummerċjali normalment jużaw żieda espressa f'termini assoluti, hija osservat li din il-prattika tidher prinċipalment ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet prattiċi, minħabba li r-rata tal-imgħax hija fl-aħħar mill-aħħar numru assolut. Madankollu, in-numru assolut huwa t-traduzzjoni ta' valutazzjoni tar-riskju li hija bbażata fuq evalwazzjoni relattiva. Ir-riskju ta' inadempjenza ta' kumpanija kklassifikata bħala BB huwa X % aktar probabbli mill-inadempjenza tal-gvern jew ta' kumpanija mingħajr riskju. Din hija evalwazzjoni relattiva.
It-tieni, ir-rati tal-imgħax jirriflettu mhux biss il-profili tar-riskju tal-kumpaniji, iżda wkoll ir-riskji speċifiċi għall-pajjiż u għall-munita. Il-firxa relattiva għalhekk tinkludi bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq sottostanti li mhumiex espressi meta tiġi segwita l-loġika ta' firxa assoluta. Bħalma hu fil-każ preżenti, ir-riskju speċifiku għall-pajjiż u għall-munita ta' spiss ivarja maż-żmien, u l-varjazzjonijiet huma differenti għal pajjiżi differenti. B'riżultat ta' dan, ir-rati mingħajr riskji jvarjaw b'mod sinifikanti matul iż-żmien, u xi drabi huma inqas fl-Istati Uniti, xi drabi fiċ-Ċina. Dawn id-differenzi huma relatati ma' fatturi bħat-tkabbir osservat u mistenni tal-PDG, is-sentiment ekonomiku u l-livelli ta' inflazzjoni. Minħabba li r-rata mingħajr riskju tvarja maż-żmien, l-istess firxa nominali assoluta tista' tfisser valutazzjoni differenti ħafna tar-riskju. Pereżempju, fejn il-bank jistma li r-riskju ta' inadempjenza speċifiku għan-negozju huwa ta' 10 % ogħla mir-rata mingħajr riskju (stima relattiva), il-firxa assoluta li tirriżulta tista' tkun bejn 0,1 % (b'rata mingħajr riskju ta' 1 %) u 1 % (b'rata mingħajr riskju ta' 10 %). Minn perspettiva ta' investitur, il-firxa relattiva għalhekk hija kejl aħjar peress li tirrifletti d-daqs tal-firxa tar-rendiment u l-mod kif inhi affettwata mil-livell bażi tar-rata tal-imgħax.
It-tielet, il-firxa relattiva hija wkoll newtrali f'termini ta' pajjiżi. Pereżempju, fejn ir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti hija iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina, il-metodu jwassal għal żidiet assoluti ogħla. Min-naħa l-oħra, fejn ir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina hija iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti, il-metodu jwassal għal żidiet assoluti iktar baxxi.
Barra minn hekk, l-użu tal-firxa relattiva jinkludi bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq sottostanti speċifiċi għall-pajjiż li mhumiex espressi meta tiġi segwita l-loġika ta' firxa assoluta, kif spjegat fil-premessa (292) hawn fuq.
(294) Għal dawn ir-raġunijiet, li huma ugwalment validi fil-każ tal-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li l-metodu tal-firxa relattiva jirrifletti b'mod aktar adegwat il-primjum tar-riskju li istituzzjoni finanzjarja tapplika għall-produtturi esportaturi Ċiniżi f'suq mingħajr distorsjonijiet, b'mod partikolari minħabba li r-rata tal-imgħax bażi fir-RPĊ u r-rata tal-imgħax bażi fl-Istati Uniti evolvew b'mod differenti maż-żmien.
(295) Barra minn hekk, Giant Group sostna li r-rati LIBOR USD medji ma għandhomx jintużaw bħala indikatur għal self nominati f'JPY u kellha tintuża rata ta' kreditu li kienet teżisti tabilħaqq għal self denominati f'JPY.
(296) Il-Kummissjoni spjegat diġà fil-premessa (291) għalfejn hija kkunsidrat li r-rati LIBOR USD medji kienu l-aktar indikatur xieraq għal self nominati f'JPY. Lanqas ma ġiet ippreżentata xi evidenza għal tranżazzjonijiet simili fis-suq Ġappuniż. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ġietx aċċettata.
Linji ta' kreditu
(297) L-investigazzjoni wriet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi pprovdew ukoll linji ta' kreditu b'konnessjoni mal-għoti ta' self individwali lil kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Dawn kienu jikkonsistu fi ftehimiet qafas, li taħthom il-bank jippermetti lill-produttur esportatur inkluż fil-kampjun jirtira sa ċertu ammont massimu ta' fondi fil-forma ta' diversi strumenti ta' dejn (self, kontijiet dokumentarji, finanzjament kummerċjali, eċċ.). Taħt ċirkostanzi normali tas-suq, tali linji ta' kreditu normalment ikunu soġġetti għall-hekk imsejħa tariffa ta' arranġament jew impenn sabiex jikkumpensaw għall-kostijiet u r-riskji tal-bank għall-ftuħ ta' linja ta' kreditu, kif ukoll għal tariffi ta' tiġdid fuq bażi annwali għat-tiġdid tal-validità tal-linji ta' kreditu. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li wħud mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbenifikaw minn linji ta' kreditu pprovduti bla ħlas.
(298) B'hekk, f'konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji jitqies li huwa d-differenza bejn l-ammont li ħallas il-produttur esportatur inkwistjoni għall-forniment ta' linji ta' kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u l-ammont li kien ikollu jitħallas għal linja ta' kreditu kummerċjali komparabbli li tista' tinkiseb fis-suq bħala parametru referenzjarju.
(299) Il-parametru referenzjarju xieraq għat-tariffa tal-arranġament ġie stabbilit għal 1.5 %, b'referenza għad-data disponibbli għall-pubbliku għall-ftuħ ta' linji ta' kreditu simili. Għal-linji ta' kreditu li kienu jeżistu qabel il-bidu tal-perjodu ta' investigazzjoni u mġedda matulu, intużat tariffa ta' tiġdid ta' 1.25 % bħala parametru referenzjarju li jsegwi l-istess sors. L-ammont tat-tariffa tal-arranġament jew tat-tiġdid normalment jitħallas kull sena. Konsegwentement, it-tariffa tal-arranġament jew tat-tiġdid ma tqassmitx fuq it-tul ta' żmien tal-linja ta' kreditu.
(300) Il-livell tat-tariffi użati bħala parametru referenzjarju ġie applikat pro rata għall-ammont ta' kull linja ta' kreditu inkwistjoni sabiex jinkiseb l-ammont tas-sussidju (wara li titnaqqas kwalunkwe tariffa effettivament imħallsa).
(301) Wara l-iżvelar produttur esportatur wieħed ikkontesta l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-ftehimiet tal-linja ta' kreditu jagħtuh xi benefiċċji. Ġew ipprovduti r-raġunijiet ewlenin li ġejjin:
L-ewwel nett, il-ftehimiet tal-linja ta' kreditu huma biss ftehimiet qafas għal self individwali futuri u, bħala tali, ma jikkonferixxu l-ebda benefiċċju lill-kumpanija. Hija saħqet li l-benefiċċji kienu ġew ikkalkolati minn linji ta' kreditu mhux impenjati/mhux utilizzati.
It-tieni, tiġġarrab spiża minuri ħafna mill-bank meta jidħol fil-ftehimiet tal-linji ta' kreditu.
It-tielet, ftehim tal-linja ta' kreditu mingħajr miżati amministrattivi mhux xi ħaġa speċifika tal-industrija tar-roti elettriċi.
Ir-raba', il-Kummissjoni użat livell referenzjarju mhux adegwat fir-rigward tal-kalkolu tal-benefiċċji konċessi minn minn ftehimiet ta' linji ta' kreditu. Il-parti sostniet li l-Kummissjoni kienet naqset milli turi li l-miżata tal-arranġament tal-livell referenzjarju tikkorrispondi għall-istess tip ta' ftehimiet ta' linji ta' kreditu bħal dawk li huma applikabbli għal din il-parti.
(302) Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argumenti mressqa għar-raġunijiet spjegati hawn taħt:
Fir-rigward tal-ewwel argument, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju biss għal dawk il-linji ta' kreditu li huma effettivament użati u mhux għal linji ta' kreditu mhux impenjati/mhux utilizzat, kif allegat.
Fir-rigward tat-tieni argument, l-ispiża mġarrba mill-bank mhix fattur deċiżiv meta jiġi vvalutat il-livell referenzjarju xieraq, iżda pjuttost il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għall-kisba ta' linji ta' kreditu simili. Barra minn dan, minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji, ma setgħu jiġu stabbiliti l-ebda kosti attwali, jew miżati paragunabbli fiċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, kif spjegati fil-premessi (141) sa (155).
Fir-rigward tat-tielet argument, minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi sa liema livell ibbenefikaw is-setturi l-oħra minn linji ta' kreditu pprovduti b'xejn jew b'remunerazzjoni inqas minn adegwata. Madankollu qiegħed hawnhekk jitfakkar li, kif iddikjarat fil-premessa (217), il-qafas normattiv li jikkonċerna l-industrija tar-roti elettriċi japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fir-RPĊ u jipprovdu, fost affarijiet oħra, li l-Banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju ta' self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat. Huwa mfakkar ukoll li, kif stabbilit fil-premessi (98) sa (140) id-dispożizzjonijiet mhux biss tat-13-il pjan ta' Ħames Snin iżda wkoll ta' diversi pjanijiet governattivi oħra jistabbilixxu politiki speċifiċi tal-gvern b'appoġġa għall-industrija tar-roti elettriċi. Il-Kummissjoni kkonkludiet fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli li dan is-sostenn huwa ristrett għal grupp magħżul ta' ċerti industriji mħeġġin, u mhux disponibbli b'mod mifrux għall-biċċa l-kbira mis-setturi ekonomiċi fir-RPĊ. Għalhekk dawn it-talbiet ġew miċħuda.
Fir-rigward tar-raba' argument, il-Kummissjoni tfakkar li minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji, l-ispeċifiċitajiet tal-arranġamenti tal-linja ta' kreditu fis-suq Ċiniż ma setgħux jiġu vverifikati. Apparti dan, kif spjegat fil-premessi (141) sa (155), il-Kummissjoni kellha tirrikorri għal fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, inkluża l-aħjar punt referenzjarju għad-dispożizzjoni għall-miżati tal-linji ta' kreditu. Fl-aħħar nett, l-ispeċifiċitajiet allegati minn din il-parti fir-rigward tal-linji ta' kreditu tagħha ngħataw biss wara l-iżvelar u għaldaqstant ferm wara l-limiti ta' żmien stabbiliti fil-kwestjonarju li jipprovdi tali informazzjoni. Minħabba l-istadju tard ħafna tal-proċediment, tali informazzjoni ma setgħetx tiġi verifikata aktar. Barra minn hekk, tali verifika kienet tkun teħtieġ kooperazzjoni mill-entitajiet finanzjarji inkwistjoni, li kienet nieqsa wkoll.
(303) Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, l-allegazzjonijiet kollha magħmula f'dan ir-rigward ġew rifjutati.
Aċċettazzjonijiet bankarji
(304) L-aċċettazzjonijiet bankarji huma prodott finanzjarju mmirat lejn l-iżvilupp ta' suq monetarju domestiku aktar attiv permezz tat-twessigħ tal-faċilitajiet ta' kreditu. Dan huwa bbażat fuq l-allegata robustezza tas-settur bankarju Ċiniż, fejn il-banek li jidħlu fi ftehimiet ta' aċċettazzjoni bankarja jagħmlu wegħda inkundizzjonata li huma ser iħallsu ċertu ammont f'data partikolari. Konsegwentement, l-aċċettazzjonijiet bankarji huma forma ta' kreditu fejn il-banek jieħdu l-kontijiet tal-fornituri pagabbli mix-xerrejja u jittrasferixxu ammont miftiehem lill-fornituri f'data miftiehma. Sal-istess data, ix-xerrej għandu jkun ittrasferixxa l-istess ammont lill-bank. Id-data tal-iżborż lill-bank tista' tikkorrespondi għat-terminu tal-ħlas miftiehem mal-fornitur jew data sussegwenti għal dik id-data. L-investigazzjoni sabet li d-data tal-ħlas lura lill-bank kienet f'ħafna każijiet wara d-data tal-iżborż lill-fornitur. F'xi każijiet, id-dewmien fil-ħlas instab li kien ta' bejn 4 u 6 xhur wara d-data ta' maturità tal-fattura. Konsegwentement, minbarra li jservi bħala garanzija bankarja, f'xi każijiet, dan il-prodott finanzjarju jagħti wkoll lix-xerrej terminu itwal ta' ħlas, fil-forma ta' self de facto.
(305) L-investigazzjoni sabet li, ġeneralment, l-aċċettazzjonijiet bankarji jinħarġu fil-qafas ta' ftehim ta' aċċettazzjoni bankarja li jispeċifika l-identità tal-bank, tal-fornituri u tax-xerrej, l-obbligi tal-bank u tax-xerrej u li jagħti dettalji tal-valur għal kull fornitur, terminu u garanzija pprovduti. L-aċċettazzjonijiet bankarji ġeneralment inħarġu kull xahar.
(306) Fir-rigward tal-banek, in-noti ta' aċċettazzjoni bankarja pagabbli jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet lejn id-detentur tal-aċċettazzjoni bankarja u bħala assi għall-produtturi esportaturi fil-kampjun fil-karta tal-bilanċ tagħhom. Barra minn hekk, filwaqt li xi aċċettazzjonijiet bankarji kienu koperti minn faċilità ta' linja ta' kreditu, deher li dan mhuwiex rekwiżit legali skont il-liġi Ċiniża.
(307) Il-fornitur ta' oġġetti, fil-kwalità tiegħu ta' portatur tal-aċċettazzjoni bankarja maħruġa, għandu l-possibbiltà li jkollu l-aċċettazzjoni bankarja skontata mill-bank tal-ħruġ qabel id-data ta' maturità tal-fattura oriġinali jew tistenna d-data ta' maturità u titħallas kollha, jew inkella juża l-aċċettazzjoni bankarja bħala mezz ta' ħlas għall-obbligazzjonijiet tiegħu lejn partijiet oħrajn.
(308) Sakemm jintlaħaq il-ftehim bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, l-aċċettazzjonijiet bankarji jistgħu jissemmew bħala mezz standard ta' ħlas fil-ftehimiet tax-xiri flimkien ma' mezzi oħrajn bħalma huma r-rimessa jew l-ordni tal-flus.
(309) Prodututr esportatur wieħed fil-kampjun ipprovda kummenti matul l-investigazzjoni u indika li l-aċċettazzjonijiet bankarji ma jistgħux jitqiesu bħala self minħabba li s-self jirrikjedi l-att ta' self, ripagament u l-ħlas tal-imgħax, filwaqt li l-aċċettazzjonijiet bankarji jinvolvu wegħda ta' ripagament. Huma sostnew ukoll li l-aċċettazzjonijiet bankarji huma metodu ta' ħlas li ma jinvolvi ebda trasferiment dirett ta' fond. Dwar l-istess suġġett, produttur esportatur ieħor tenna li ma kien hemm ebda trasferiment ta' fondi u saħaq li d-dokumentazzjoni ta' kontabilità tiegħu ma tirrappurta dwar aċċettazzjonijiet bankarji bħala obbligazzjonijiet lejn il-bank iżda bħala obbligazzjonijiet lejn il-fornituri taħt noti pagabbli. Dan l-aħħar produttur esportatur sostna wkoll li, fil-każ partikolari tiegħu, il-flus ittrasferit lejn il-fornitur kellu jiġi ddepożitat qabel id-data ta' skadenza ta' aċċettazzjoni bankarja u li l-bank kien qiegħed jirtira l-flus mill-kont tiegħu fid-data ta' skadenza tal-aċċettazzjoni bankarja għall-pagament ulterjuri lill-fornituri kif miftiehem mal-fornitur rilevanti. Barra minn hekk, huwa indika wkoll li ma kien irċieva l-ebda benefiċċju kieku l-aċċettazzjoni bankarja kellha tiġi skontata qabel id-data tal-maturità tal-aċċettazzjoni bankarja u li huwa ma kellu l-ebda għarfien dwar jekk l-aċċettazzjoni bankarja kinitx tabilħaqq skontata.
(310) F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat l-ewwel nett li s-CRCP jagħraf l-aċċettazzjonijiet bankarji bħala obbligazzjonijiet lejn il-banek fl-istess livell bħal self, ittri ta' kreditu jew finanzjament tal-kummerċ. Għandu jiġi nnutat ukoll li s-CRCP huwa fornit mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jagħtu diversi tipi ta' self u li tali istituzzjonijiet finanzjarji b'hekk irrikonoxxew aċċettazzjonijiet bankarji bħala obbligazzjonijiet lejhom. Barra minn hekk, il-ftehimiet ta' aċċettazzjoni bankarja miġbura matul l-investigazzjoni jistabbilixxu li, jekk ix-xerrej ma jagħmilx il-ħlas sħiħ fid-data ta' skadenza tal-aċċettazzjonijiet bankarji, il-bank jittratta l-ammont mhux imħallas bħala self li suppost sar lill-bank.
(311) Barra minn dan, il-Kummissjoni qieset li l-aċċettazzjonijiet bankarji riċevuti mix-xerrej jikkonsistu fi trasferiment ta' fond billi l-aċċettazzjonijiet bankarji jintużaw bħala mezz ta' pagament fl-istess livell bħal ordni ta' flus. jiġifieri ladarba l-aċċettazzjoni bankarja tkun ġiet ippreżentata lill-fornitur, il-fattura korrispondenti titqies bħala li tkun tħallset mill-kumpanija. Dan huwa evidenzjat ukoll mill-fatt li malli tintbagħat l-aċċettazzjoni bankarja lill-fornitur, ix-xerrej, normalment, inaqqas il-kont tiegħu pagabbli lill-fornitur u, min-naħa l-oħra, iżid in-noti tiegħu tal-obbligazzjonijiet bankarji pagabbli għal ammont korrispondenti. F'dan il-kuntest, tqies ukoll li huwa rrelevanti l-fatt li tali obbligazzjonijiet huma rikonoxxuti bħala noti pagabbli lill-fornituri u mhux lill-banek fir-rekords tal-kontabilità tal-kumpanija. Fi kwalunkwe każ, il-kontijiet ivverifikati ma ppreżentawx tali obbligazzjonijiet bħala pagabbli skont il-kontjiet lill-fornituri iżda pjuttost bħala noti pagabbli mingħajr ma speċifikazzjoni tal-identità tal-kreditur.
(312) Sa fejn huma kkonċernati l-flussi tal-flus, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kummenti ppreżentati mill-produttur esportatur ikkonċernat kienu kontradittorji sa fejn, il-produttur esportatur iddikjara li, minn banda, huwa kellu jittrasferixxi flusu qabel id-data ta' skadenza tal-aċċettazzjoni bankarja biex jiġi żgurat il-ħlas lill-fornitur mill-kont tiegħu, filwaqt li, min-naħa l-oħra huwa ma kienx jaf jekk in-noti kinux skontati, u għalhekk meta l-ħlas kien effettivament qiegħed isir. Barra minnhekk, ma ġiet pprovduta l-ebda evidenza minn din il-parti ta' trasferimenti ta' fondi antiċipati attwali lejn il-bank. Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, dawn id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu rifjutati.
(313) Produttur esportatur ieħor saħaq li huwa ma rċieva ebda benefiċċju mis-sistema ta' aċċettazzjoni bankarja, minħabba li, fil-każ tiegħu, ma sar ebda pagament wara d-data ta' maturità tal-fatturi jew tal-aċċettazzjoni bankarja. Dwar l-istess suġġett, bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-aċċettazzjonijiet bankarji ma għandhomx jitqiesu bħala self fuq il-bażi li huma ma jagħtux kundizzjonijiet ta' pagamanti itwal lil dawk li jibbenefikaw minnhom, u sostnew li l-mod li bih il-liġi domestika tikkaratterizza ċerti strumenti mhuwiex indikattiv tal-karatterizzazzjoni tagħha taħt il-liġi tad-WTO.
(314) F'dan ir-rigward, filwaqt li l-investigazzjoni kkonfermat li fil-każ ta' dan il-produttur esportatur il-pagamenti kollha saru fi ħdan id-dati ta' skadenza tal-fatturi jew l-aċċettazzjonijiet bankarji, huwa mfakkar li s-sistema tal-aċċettazzjoni bankarja pprovdiet lill-produtturi esportaturi kollha b'servizz b'rata preferenzjali li tat benefiċċju kumpensatorju kif deskritt fil-premessi (323) sa (342) hawn taħt - fejn l-obbligazzjonijiet lill-fornituri kienu kkunsidrati bħala li tħallsu uttrasferiti lejn obbligazzjonijiet lill-banek li wiegħdu li jħallsu lill-fornituri malli l-aċċettazzjonijiet bankarji jimmaturaw. Fir-rigward tat-termini ta' pagament, l-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni turi li, fil-każ ta' bosta produtturi esportaturi, l-użu ta' aċċettazzjonijiet bankarji tabilħaqq estendew effettivament it-terminu ta' pagament tal-fatturi relatati u li ma ttieħed kont tal-ebda mgħax għal tali self de facto. Għalhekk, anki jekk l-aċċettazzjonijiet bankarji jista' allegatament ma jkunux intenzjonati li jestendu l-kundizzjonijiet tal-pagament, l-evidenza disponibbli wriet bil-kontra. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-fatt li l-imgħaxijiet ma jitħallsux fuq l-aċċettazzjonijiet bankarji, li jestendi t-terminu tal-ħlas tal-bejjiegħ, huwa indikazzjoni oħra li s-settur bankarju Ċiniż huwa mgħawweġ u jipprovdi self preferenzjali lil ċerti industriji ewlenin. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda.
(315) Parti interessata oħra ddikjarat li l-bażi għall-kalkolu tal-benefiċċju kellha tkun imnaqqsa bl-ammont ta' depożiti li għamlet bħala garanzija għall-aċċettazzjonijiet bankarji.
(316) F'dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi osservat li hija prassi komuni li l-banek jitolbu garanziji mingħand il-klijenti tagħhom meta jagħtu self jew faċilitajiet ta' linja ta' kreditu. Qiegħda ssir referenza wkoll għall-premessa (323) hawn taħt li tipprovdi li fil-Kanada min jissellef jeħtieġ li jkollhom faċilita ta' linja ta' kreditu sabiex jinkisbu l-aċċettazzjonijiet bankarji. Fuq din il-bażi, ir-rati mitluba fis-suq Kanadiż jieħdu f'kunsiderazzjoni l-eżistenza ta' tali garanziji. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li tali garanziji ma jintużawx mill-banek biex iħallsu d-djun pendenti lill-fornituri iżda bħala metodu biex jiġi żgurat li l-produttur esportatur jerfa' r-responsabbiltà finanzjarja tiegħu fir-rigward tal-bank. L-investigazzjoni żvelat ukoll li tali garanziji ma jiġux mitluba sistematikament mill-banek Ċiniżi u li dawn jistgħu jieħdu diversi forom inkluż ħlasijiet parzjali jew depożiti ta' żmien fiss li jġorru l-imgħax. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat ukoll li t-tariffa mħallsa lura fuq aċċettazzjonijiet bankarji hija kkalkulata fuq il-bażi ta' valur fuq il-wiċċi tal-aċċettazzjonijiet bankarji, mhux ammont imnaqqas bl-ammont tal-garanzija. Fuq il-bażi ta' dan, it-talba kellha tiġi rrifjutata.
(317) Parti interessata oħra ddikjarat li l-ebda benefiċċju għat-tariffa tal-aċċettazzjoni bankarja ma kellha tiġi kkalkulata bħala garanzija għas-servizzi finanzjarju pprovdut mill-banek Ċiniżi għar-raġuni li l-banek ma għandhomx għalfejn jiffinanzjaw in-noti fil-mument tal-ħruġ tagħhom jew meta jimmaturaw peress li tali pagamenti huma ffinanzjati mill-produttur esportatur ikkonċernat sakemm isir insolventi. Bħala konsegwenza, il-banek allegatament ma jkunu qegħdin jiffaċċjaw l-ebda riskju finanzjarju minħabba li jaġixxu biss bħala intermedjarju. L-istess parti sostniet ukoll li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt jipprovdu għal garanziji finanzjarji adegwati għall-banek.
(318) F'dan ir-rigward, issir referenza għall-premessa (310) li tikkonferma li l-istituzzjonijiet finanzjarji jirrikonoxxu aċċettazzjonijiet bankarji bħala self u għall-premessa (304) li tipprovdi li l-banek li jidħlu fi ftehimiet ta' aċċettazzjoni bankarja jagħmlu wegħda inkondizzjonata li jħallsu ċertu ammont f'data partikolari. Barra minn hekk, meta wieħed iqis li l-aċċettazzjonijiet bankarji jistgħu jiġu skontati, il-banek għandhom jaraw li jkunu disponibbli fondi suffiċjenti bejn il-mument tal-ħruġ dak ta' meta l-aċċettazzjoni bankarja timmatura. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat ukoll li l-kuntratti standard tal-faċilità tal-linja ta' kreditu applikabbli fir-RPĊ jipprevedu li dawn jistgħu jintużaw għal diversi tipi ta' self inkluż aċċettazzjonijiet bankarji biex b'hekk hija kkonferma l-ħtieġa li l-bank ikollu fondi suffiċjenti disponibbli. Wara analiżi tal-kundizzjonijiet tal-kuntratti bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-produtturi esportaturi, ġie kkunsidrat li dawn mhumiex adegwati fid-dawl tal-involviment, l-obbligi inkondizzjonali u r-riskju finanzjarju li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom meta jidħlu fi ftehimiet ta' aċċettazzjoni. Għaldaqstant din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(319) Sa fejn hija kkonċernata l-ispeċifiċità, kien ikkunsidrat li, kif imsemmi fil-premessa (106) u previst mill-Pjan ta' Żvilupp għall-Industrija Ħafifa, il-GTĊ jipprevedi politika finanzjarja li tappoġġa l-iżvilupp ta' intrapriżi ta' daqs medju u żgħir, tkomplu tesplora mezzi finanzjarji ta' impriżi ta' daqs medju u żgħar, tipperfezzjonata s-sistema ta' garanzija ta' kreditu ta' intrapriżi ta' daqs medju u żgħar, l-aċċettazzjonijiet bankarji huma forma oħra ta' appoġġ preferenzjali li jagħtu spina lil industriji bħalma huma dawk fis-settur tar-roti elettriċi. Barra minn hekk, din il-forma ta' appoġġ ma ħaditx f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi esportaturi fil-kampjun hekk kif il-banek kollha talbu tariffa fissa, li, abbażi tal-informazzjoni fuq il-fajl, hija aktar baxxa minn livelli referenzjarji internazzjonali disponibbli u saħansitra aktar baxxa mill-primjum miżmum lil kumpaniji bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa bħal fil-każ tal-produtturi esportaturi fil-kampjun (ara l-premessa (324)).
(320) Wara l-iżvelar, diversi partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni li saret qabel l-iżvelar li s-sistema ta' noti ta' aċċettazzjoni bankarja hija għodda ta' finanzjament ġeneralment disponibbli u mhijiex limitata għall-industrija tar-roti elettriċi. Bosta partijiet interessati sostnew ukoll li l-Kummissjoni kellha tissostanzja d-determinazzjoni tagħha tal-ispeċifiċità abbażi ta' evidenza pożittiva.
(321) F'dan ir-rigward, issir referenza għall-premessi (195) sa (202) u wkoll b'mod aktar speċifiku għall-premessa (319) li jipprovdu evidenza pożittiva dwar aspetti tal-ispeċifiċità ta' tali politika preferenzjali fejn tali strument finanzjarju ma jkunx ġeneralment disponibbli f'tali kundizzjonijiet u għalhekk huma speċifiċi għal numru limitat ta' industriji bħalma huma r-roti elettriċi. Għaldaqstant dawn l-affermazzjonijiet kellhom jiġu rrifjutati.
(322) Sabiex tikkalkula l-ammont tas-sussidju kumpensabbli, il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji matul il-perjodu ta' investigazzjoni.
(323) Skont l-informazzjoni disponibbli, fl-UE ma teżisti ebda sistema ta' aċċettazzjoni bankarja fil-forma deskritta fil-premessi (304) sa (308). Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, din il-forma ta' kreditu hija disponibbli fil-Kanada, fejn l-aċċettazzjonijiet bankarji jintużaw mill-mutwatarji korporattivi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' finanzjament għal żmien qasir tagħhom. L-aċċettazzjonijiet bankarji fil-Kanada normalment jintużaw minn kumpaniji li ma jgawdux mill-ogħla klassifikazzjoni tal-kreditu. Sabiex jiksbu aċċettazzjonijiet bankarji bħal dawn, jeħtieġ li l-mutwatarji jkollhom faċilità ta' linja ta' kreditu li fuqha jkunu jistgħu jibbażaw.
(324) Sabiex joffru din il-garanzija, il-banek normalment jitolbu tariffa ta' aċċettazzjoni bankarja stabbilita fil-livell tas-CDOR (Canadian Dollar Offered Rate) u tariffa tal-ittimbrar li tvarja minn ftit punti bażi (bps) għal aktar minn 100 bps skont l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarji.
(325) B'hekk, taħt ċirkostanzi normali tas-suq, l-aċċettazzjonijiet bankarji normalment ikunu soġġetti għall-hekk imsejħa tariffa ta' aċċettazzjoni bankarja u għandhom ikunu parti minn linja ta' kreditu peress li aċċettazzjoni bankarja hija obbligazzjoni diretta u inkondizzjonali tal-bank li jaċċetta.. Fil-każ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, it-tariffa ta' aċċettazzjoni bankarja kienet stabbilita b'rata fissa ta' 0.05 % tal-ammont ta' aċċettazzjonijiet bankarji, tkun xi tkun l-affidabbiltà kreditizja ta' kull produttur esportatur fil-kampjun u, meta kienu jeżistu, il-linji ta' kreditu ġew ipprovduti mingħajr ħlas.
(326) Wara l-iżvelar produttur esportatur wieħed iddikjara li l-Kummissjoni kienet għaddiet darbtejn xi entrati ta' aġġustament u kienet inkludiet entrati irrilevanti għall-ħruġ ta' aċċettazzjonijiet bankarji fil-kalkolu tagħha tal-ammont ta' sussidju. Madankollu, il-kalkoli kienu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija u vverifikati mill-Kummissjoni u l-allegati żbalji ma setgħux jiġu vverifikati ulterjorment. Din l-affermazzjoni ġiet għalhekk miċħuda.
(327) Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-aċċettazzjonijiet bankarji ma għandhomx jitqiesu bħala self fuq il-bażi li huma ma jagħtux kundizzjonijiet ta' pagamanti itwal lil dawk li jibbenefikaw minnhom, u sostnew li l-mod li bih il-liġi domestika ta' xi Membru tikkaratterizza ċerti strumenti mhuwiex indikattiv tal-karatterizzazzjoni tagħha taħt il-liġi tad-WTO.
(328) Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-aċċettazzjonijiet bankarji disponibbli fir-RPĊ u fil-Kanada huma strumenti differenti. Filwaqt li dawn jintużaw bħala metodu ta' pagament fir-RPĊ, huma użati minn mutwatarji korporattivi biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' finanzjament fuq perijodu qasir tagħhom fil-Kanada.
(329) Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni u tikkunsidra li l-aċċettazzjonijiet bankarji huma soluzzjoni għar-rekwiżiti ta' finanzjament fuq perjodu qasir fiż-żewġ pajjiżi. Tabilħaqq, permezz tal-użu tal-aċċettazzjonijiet bankarji, l-ammonti li l-kumpaniji jkollhom pagabbli lejn il-fornituri jiġu ttrasformati f'ammonti pagabbli lill-banek. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li, fil-każ ta' bosta produtturi esportaturi, l-aċċettazzjonijiet bankarji estendew il-kundizzjonijiet tal-pagament ta' fatturi li kienu relatati magħhom, u b'hekk titjieb il-pożizzjoni tal-likwidità fuq perjodu qasir għall-produtturi esportaturi fil-kampjun. Barra minn hekk, kif deskritt fil-paġna 1 tad-Dokument ta' Diskussjoni tal-Persunal tal-Bank of Canada (Bank of Canada dokument), hemm xebħ ieħor bejn l-aċċettazzjoniijet bankarji taċ-Ċina u dawk tal-Kanada li t-tnejn li huma jippermettu li għandu jkun hemm ordni direttat u inkondizzjonali minn xi mutwatarju korporattiv (il-klijent) li jippreleva kontra l-linja stabbilita tiegħu ta' kreditu (imsejħa faċilità BA) f'xi bank Kanadiż. Darba li jkun sar prelevament, il-bank li jaċċetta (jew li jsellef) jiggarantixxi l-prinċipal u l-imgħax billi jittimbra l-karta, biex b'hekk isir għal kollox responsabbli għall-pagament fil-mument tal-maturità fil-każ ta' nuqqas ta' pagament mill-mutwatarju korporattiv. Fid-dawl tax-xebħ bejn iż-żewġt iswieq, din l-affermazzjoni kellha tiġi rrifjutata.
(330) Parti interessata oħra stqarret ukoll li, kuntrarju għas-sistema Ċiniża, il-banek Kanadiżi jeħtieġ li jipprovdu l-fondi fil-jum meta toħroġ l-aċċettazzjoni bankarja. Fuq din il-bażi, hija ddikjarat li t-tariffa ta' garanzija tkun tkopri aktar obbligi, spejjeż u riskji għall-banek mis-sistema Ċiniża.
(331) F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-fatt li l-fondi jsiru disponibbli huwa irrilevanti peress li s-sistema Ċiniża tistipula wkoll li jenħtieġ li l-fondi jitpoġġew għad-disponibbli mill-bank, f'każ li d-detentur tan-nota ta' aċċettazzjoni bankarja jkun jixtieq jiskontaha u jkollhu l-fondi disponibbli. It-trasferiment tal-obbligazzjoni u t-trasferiment potenzjali ta' fondi lejn id-detentur tal-aċċettazzjoni bankarja huma wkoll spjegazzjoni għaliex il-banek jirrikonoxxu l-aċċettazzjonijiet bankarji bħala self. Sa fejn huma kkonċernati l-obbligi u r-riskji, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn huma ekwivalenti peress li l-banek jeħtieġ li jkollhom il-fondi disponibbli mill-jum tal-ħruġ, għandhom wegħda inkondizzjonali li jħallsu l-aċċettazzjoni bankarja malli l-aċċettazzjoni bankarja timmatura fil-każ ta' inadempjenza mill-kreditur.
(332) Produttur esportatur wieħed iddikjara li, skont id-dokument tal-Bank of Canada, il-linji ta' kreditu mhumiex rekwiżit legali għal aċċettazzjonijiet bankarji fis-suq Kanadiż. F'dan ir-rigward, l-ewwel huwa nnutat li d-dokument tal-Bank of Canada ma fih l-ebda dikjarazzjoni bħal din. Għall-kuntrarju, huwa jirreferi f'diversi punti għall-eżistenza ta' faċilita stabbilita ta' linja ta' kreditu. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.
(333) B'hekk, f'konformità mal-Artikolu 6(ċ) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji jitqies li huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija tħallas għall-għoti ta' aċċettazzjonijiet bankarji minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u l-ammont li l-kumpanija jkollha tħallas għal aċċettazzjonijiet bankarji komparabbli li jistgħu jinkisbu fis-suq Kanadiż bħala parametru referenzjarju.
(334) Sabiex tiddetermina l-benefiċċju, il-Kummissjoni qabblet it-tariffa tal-aċċettazzjoni bankarja mħallsa mill-produttur esportatur inkluż fil-kampjun ikkonċernat mas-CDOR - li huwa l-indiċi ta' referenza Kanadiż rikonoxxut għall-aċċettazzjonijiet bankarji b'perjodu ta' maturità ta' sena jew inqas - aġġustat bil-valwazzjoni pożittiva xierqa sabiex titqies l-affidabbiltà kreditizja tax-xerrejja (tariffa tal-ittimbrar). Fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-livell tat-tariffa tal-ittimbrar, intużat l-istess valwazzjoni pożittiva bħal dik użata għal self denominat f'RMB (ara l-premessa (284)). Barra minn hekk, b'analoġija għas-sitwazzjoni fil-Kanada u skont l-Artikolu 6(d)(ii), benefiċċju għall-faċilità tal-linja ta' kreditu li kellha tkun fis-seħħ ġie kkalkolat ukoll abbażi tal-parametru referenzjarju msemmi hawn fuq fil-premessa (299) bl-użu tal-ogħla ammont ta' obbligazzjonijiet ta' aċċettazzjoni bankarja minn kull bank individwali f'mument partikolari fil-perjodu ta' investigazzjoni bħala bażi għall-kalkolu.
(335) F'konformità mal-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, għal dawk l-aċċettazzjonijiet bankarji li estendew it-terminu tal-ħlas tal-obbligazzjonijiet lill-fornituri, ġie kkalkolat ukoll benefiċċju fil-forma ta' self de facto mingħajr imgħax għal żmien qasir lill-produtturi esportaturi kkonċernati inklużi fil-kampjun. Sabiex tiddetermina dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija bħal dik deskritta fil-premessa (284) għal self denominat f'RMB.
(336) Wara d-divulgazzjoni, parti interessata waħda affermat li l-Kummissjoni għaddiet darbtejn bi żball il-benefiċċji billi żiedet it-tariffa tal-att ta' aċċettazzjoni - attanġament tal-linja ta' kreditu mal-imgħax preferenzjali tal-att ta' aċċettazzjoni li kellu jitħallas fuq is-self de facto għall-benefiċċju kkalkulat għat-tariffa tal-aċċettazzjoni bankarja.
(337) F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-provi inkwistjoni fir-rigward ta' dan il-produttur esportatur partikolari juri li l-aċċettazzjonijiet bankarji jestendu l-kundizzjonijiet tal-fatturi li għalihom jirreferu. Bħala konsegwenza, dawn kienu kkunsidrati bħala self de facto. Għal dawn ir-raġunijiet, u kif spjegat fil-premessa (335) ġie kkalkulat benefiċċju wkoll fil-forma ta' self de facto b'terminu qasir bla imgħax. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (334), b'mod analogu mas-sitwazzjoni fis-suq Kanadiż, irrispettivament mill-eżistenza ta' self de facto, ġie kkalkulat ukoll benefiċċju għall-linja ta' kreditu li kellu jkun hemm. Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.
(338) Parti interessata oħra ddikjarat li l-kalkolu ta' benefiċċju tal-linja ta' kreditu minbarra l-miżata ta' garanzija hija ekwivalenti għal għadd doppju minħabba li t-tariffa ta' garanzija għandha tkun meqjusa suffiċjenti biex jiġu koperti l-kost u r-riskji finanzjarji relatati mal-ħruġ ta' aċċettazzjoni bankarja. Hija sostniet ukoll li, fil-każ ta' ftehim bil-miktub dwar il-linja ta' kreditu, huwa infondat li wieħed jikkunsidra li bank jitlob ħlas biex jagħmel arranġament għal linja ta' kreditu bħal din. Hija ddikjarat ukoll li l-punt ta' riferiment għat-tariffa ta' garanzija u t-tariffa għal-linji ta' kreditu għandu jirriżulta mill-istess sors.
(339) F'dan ir-rigward, hija rreferiet għall-premessa (323) tjipprovdi li min jissellef għandu jkollu faċilità tal-linja ta' kreditu li fiha jkunu se jinġibdu. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (318), huwa mfakkar li l-kuntratti tal-faċilita tal-linja ta' kreditu ta' bosta produtturi esportaturi fil-kampjun jipprevedu li l-faċilità tkun tista' tintuża għal diversi tipi ta' self inkluż aċċettazzjonijiet bankarji. Barra minn hekk, id-dokument tal-Bank of Canada jipprevedi wkoll li tariffi għall-arranġament u l-aġenzija huma wkoll applikabbli kemm għal-linji ta' kreeditu prime kif ukoll dawk bażati fuq BA. B'analoġija mas-sitwazzjoni fis-suq Kanadiż, tqies raġonevoli li tiġi integrata tariffa għal arranġament ta' linja ta' kreditu fil-kalkolu tal-benefiċċju. Sa fejn hu kkonċernat is-sors tal-livelli ta' riferiment, qiegħda ssir referenza għat-taqsima 3.3.1 u għall-fatt li l-Kummissjoni kellha tiddependi parzjalment fuq fatti disponibbli meta eżaminat l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta' self preferenzjali. Fi kwalunkwe każ, huwa kkunsidrat li l-informazzjoni użata hija raġonevoli u tirrifletti kundizzjonijiet tas-suq standard.
(340) Parti interessata minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni ma wrietx il-kundizzjonijiet inqas favorevoli ta' banek kummerċjali Ċiniżi oħra u li ma ġġustifikatx għaliex valur referenzjarju ta' barra l-pajjiż ikun xieraq u li ma għamilx l-aġġustamenti meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà.
(341) F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li, kif spjegat fit-taqsima 3.3.1, il-GTĊ ikkoopera parzjalment biss sa fejn huwa kkonċernat self preferenzjali u li l-Kummissjoni kellha tiddependi parzjalment fuq fatti disponibbli meta kienet qiegħda teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta' self preferenzjali. Fid-dawl ta' tali kooperazzjoni parzjali, il-Kummissjoni tilfet informazzjoni kruċjali rilevanti u kellha tibbaża l-kostatazzjonijiet tagħha fuq il-fatti disponibbli. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni sabet li s-suq finanzjarju Ċiniż hu distort peress li l-istituzzjonijiet finanzjarji proprjetà tal-Istat u dawk privati huma inkarigati jew diretti mill-Istat sabiex isegwu l-politika tal-gvern u jipprovdu self b'rati preferenzjali lill-industrija tar-roti elettriċi kif konkluż fil-premessi (217) u (222). Għalhekk din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.
(342) Parti interessata waħda sostniet ukoll li s-CDOR mhijiex punt ta' riferiment xieraq fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tagħha. F'dan ir-rigward, qiegħda ssir referenza għall-klassifikazzjoni tal-kreditu magħmula għall-produtturi esportaturi fil-kampjun fit-taqsima 3.5.4.1. Abbażi ta' tali valutazzjonijiet, ġie kkunsidrat li l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun għandu jkollhom klassifikazzjoni tal-kreditu BB. Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.
(343) Parti interessata waħda pprovdiet dokumenti addizzjonali mhux verifikati u ddikjarat li l-benefiċċju ġie kkalkolat b'mod ħażin minħabba li ċerti ftehimiet kellhom jiġu kkunsidrati bħala tiġdid minflok ftehimiet separati. Huma affermaw ukoll li kieku kellha tinżamm tariffa amministrattiva, tali tariffa kienet titħallas qabel l-IP. Barra minn dan, din il-parti affermat li l-Kummissjoni ma ħaditx f'kunsiderazzjoni l-aktar verzjoni reċenti tal-fajl (b'kolonna kkoreġuta).
(344) Sa fejn hija kkonċernata l-ewwel dikjarazzjoni, l-evidenza vverifikata disponibbli ma tikkonfermax li tali ftehim kien ftehim ta' tiġdid. Barra minn hekk, id-dokument ippreżentat wara d-divulgazzjoni b'sostenn ta' din l-affermazzjoni ma setax jiġi vverifikata kellu jiġi injorat. Fir-rigward tat-tieni affermazzjoni, il-ftehimiet tal-linji ta' kreditu li nbdew qabel il-perjodu ta' investigazzjoni kienu jkopru parti mill-perjodu ta' investigazzjoni u għalhekk il-benefiċċju tal-ħruġ konċess lill-Giant Group matul l-IP. Il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx taċċetta din l-affermazzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tielet affermazzjoni, għandu jiġi nnutat li din il-kolonna speċifika ma kinitx relevanti għall-kalkolu tal-benefiċċju u l-korrezzjoni u għalhekk ma kellha l-ebda impatt.
Konklużjoni dwar self preferenzjali
(345) L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun ibbenifikaw minn self preferenzjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fid-dawl tal-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja, ta' benefiċċju għall-produtturi esportaturi u ta' speċifiċità, dawn is-self, il-linji ta' kreditu u l-aċċettazzjonijiet bankarji għandhom jitqiesu bħala sussidju kumpensabbli.
(346) Tabella 1 Self preferenzjali
L-ammont ta' sussidju stabbilit fir-rigward tas-self preferenzjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-gruppi ta' kumpaniji inklużi fil-kampjun jammonta għal: Kumpanija/Grupp Ammont ta' Sussidju globali Bodo Vehicle Group 1,00 % Giant Group 0,93 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,23 % Suzhou Rununion Motivity 2,65 % Yadea Group 2,77 %
Finanzjament u assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni
(347) L-ilmentatur allega li Sinosure pprovdiet assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq it-termini preferenzjali lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.
Bażi ġuridika
(348) Avviż dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni ta' Kreditu għall-Esportazzjoni (Shang Ji Fa [2004] Nru. 368), maħruġ b'mod konġunt minn MOFCOM u Sinosure.
(349) Avviż dwar il-Ħruġ tal-Katalogu tal-Esportazzjoni tal-2006 ta' Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, Guo Ke Fa Ji Zi [2006] Nru. 16.
Kostatazzjonijiet tal-investigazzjoni
(350) Tlieta minn ħames gruppi inklużi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi kellhom ftehimiet ta' assigurazzjoni għall-esportazzjoni pendenti ma' Sinosure matul il-PI.
(351) Kif deskritt fil-premessa (157), Sinosure wieġbet biss parzjalment għall-kwestjonarju speċifiku dwar l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni pprovduta lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Madankollu, kif imsemmi fil-premessi (156) sa (162) ta' hawn fuq, Sinosure naqset milli tipprovdi d-dokumentazzjoni ta' sostenn mitluba fir-rigward tal-governanza korporattiva tagħha, bħar-Rapport Annwali tagħha jew l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tagħha.
(352) Matul iż-żjara ta' verifika fil-GTĊ, Sinosure kienet ukoll preżenti u kkonfermat li hija kompletament proprjetà tal-Istat.
(353) Barra minn hekk, Sinosure ma pprovdiet ebda informazzjoni speċifika dwar l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni pprovduta lill-industrija tar-roti elettriċi, il-livell tal-primjums tagħha jew figuri dettaljati relatati mal-profittabbiltà tan-negozju tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tikkomplementa l-informazzjoni pprovduta bil-fatti disponibbli.
(354) Skont it-tweġiba ta' Sinosure għall-kwestjonarju, Sinosure hija kumpanija tal-assigurazzjoni tal-politika tal-Istat stabbilita u appoġġjata mill-Istat sabiex tappoġġja l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomiċi u kummerċjali barranin tar-RPĊ. Il-kumpanija hija 100 % proprjetà tal-Istat. Hija għandha bord ta' diretturi u bord ta' superviżuri. Il-Gvern għandu s-setgħa li jaħtar il-maniġers superjuri tal-kumpanija u li jagħtihom is-sensja. Abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju, kif ukoll tal-informazzjoni pprovduta matul iż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm indizji formali ta' kontroll tal-gvern fir-rigward ta' Sinosure.
(355) Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ straħ fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b'mod sinifikanti fuq l-imġiba ta' Sinosure.
(356) Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċitar ta' kontroll b'mod sinifikanti abbażi ta' ftehimiet tal-assigurazzjoni konkreti. Matul iż-żjara ta' verifika, Sinosure sostniet li, fil-prattika, il-primjums tagħha kienu orjentati lejn is-suq u bbażati fuq il-prinċipji tal-valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, ma ġewx ipprovduti eżempji speċifiċi fir-rigward tal-industrija tar-roti elettriċi jew il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.
(357) Minħabba l-unika informazzjoni parzjali pprovduta minn Sinosure, jista' jkun ukoll li l-Kummissjoni ma tkun tista' tistabbilixxi ebda mġiba speċifika ta' Sinosure fir-rigward tal-assigurazzjoni pprovduta lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li setgħet ippermettiet lill-Kummissjoni tiddetermina jekk Sinosure aġixxietx abbażi tal-prinċipji tas-suq.
(358) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta lanqas jekk il-primjums ta' Sinosure mitluba kinux biżżejjed sabiex ikopru l-kostijiet u l-ispejjeż ġenerali ta' Sinosure.
(359) Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li wħud mill-produtturi esportaturi bbenifikaw minn rifużjoni parzjali jew totali tal-primjums tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni mħallsa lil Sinosure.
(360) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-qafas legali stabbilit hawn fuq qed jiġi implimentat minn Sinosure fl-eżerċitar tal-funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tar-roti elettriċi, sabiex b'hekk aġixxa bħala korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, minħabba l-kooperazzjoni parzjali tagħha, Sinosure ma setgħetx turi li aġixxiet taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u li ma pprovdietx benefiċċji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, b'mod partikolari li l-assigurazzjoni kienet ipprovduta b'rati li ma kinux taħt il-miżata minima li hija meħtieġa sabiex Sinosure tkopri l-kostijiet operatorji tagħha. Fin-nuqqas ta' data oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-parametru referenzjarju estern spjegat fil-premessa (362) hawn taħt ikun ukoll l-aħjar stima għal primjum suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet tas-suq.
(361) Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li s-sussidji pprovduti taħt il-programm ta' assigurazzjoni għall-esportazzjoni huma speċifiċi, minħabba li ma setgħux jinkisbu mingħajr esportazzjoni u, b'hekk, huma kontinġenti għall-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.
Kalkolu tal-ammont ta' sussidju
(362) L-ammont ta' sussidju kumpensabbli jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li jinstab li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(ċ) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa meqjus bħala d-differenza bejn l-ammont tal-primjum li tħallas il-kumpanija fuq l-assigurazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir ipprovduta minn Sinosure u l-ammont tal-primjum li tħallas il-kumpanija għal assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni komparabbli li tista' tinkiseb fis-suq.
(363) Billi Sinosure tirrappreżenta madwar 90 % tas-suq domestiku għal assigurazzjoni għall-esportazzjoni fir-RPĊ, il-Kummissjoni ma setgħetx issib primjum ta' assigurazzjoni domestika. Skont il-prattika preċedenti, b'hekk, il-Kummissjoni użat il-parametru referenzjarju estern xieraq, li għalih l-informazzjoni kienet faċilment disponibbli, jiġifieri r-rati ta' primjum applikati mill-Export-Import Bank (Ex-Im Bank) tal-Istati Uniti tal-Amerika lil istituzzjonijiet mhux finanzjarji għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi tal-OECD.
(364) Ir-rifużjonijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni għall-esportazzjoni li ngħataw matul il-perjodu ta' investigazzjoni ġew ittrattati bħala għotja. Minħabba li ma kien hemm l-ebda evidenza ta' kostijiet addizzjonali mġarrba mill-produtturi esportaturi li għalihom ikun meħtieġ aġġustament, il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala l-ammont sħiħ tar-rifużjoni riċevut fil-perjodu ta' investigazzjoni.
(365) Yadea talbet kjarifika dwar il-kalkolu tal-benefiċċju u sostniet li l-benefiċċju għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-kapital effettivament ikkumpensat, f'każ ta' telf, jekk dan ikun inqas mill-kapital assigurat. Yadea talbet ukoll kjarifiki dwar jekk il-Kummissjoni kinitx applikat xi proporzjon ta' immunità fil-kalkolu tagħha.
(366) F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-benefiċċju kien ikkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-premessa (362). Sa fejn jikkonċerna l-benefiċċju, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan għandu jiġi kkalkulat fuq il-kapital assigurat, li huwa wkoll il-bażi għall-kalkolu tal-primjum imħallas minn Yadea kif irrapportat fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li ma ġie applikat l-ebda proporzjon ta' immunità. Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.
(367) Tabella 2 Finanzjament u assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni
L-ammont ta' sussidju stabbilit fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal: Kumpanija/Grupp Rata tas-Sussidju Bodo Vehicle Group 0 % Giant Group 0 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,50 % Suzhou Rununion Motivity 0,17 % Yadea Group 0,50 %
Il-provvista ta' prodotti mill-gvern b'remunerazzjoni inqas minn dik adegwata L-għoti ta' inputs (magni elettriċi u batteriji) b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata Introduzzjoni
(368) L-ilmentatur allega li l-industrija tar-roti elettriċi rċeviet materjali ta' input (jiġifieri batteriji, magni u parts oħrajn tar-roti, kemm jekk diġà mmuntati kif ukoll jekk le) għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata.
(369) Bħala parti mill-investigazzjoni, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni dwar ix-xiri domestiku ta' parts ta' roti elettriċi (batteriji u magni) mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. B'mod parallel, il-Kummissjoni analizzat l-imġiba tal-prezz tal-uniku fornitur domestiku li kkoopera ta' dawn il-parts, jiġifieri Bafang, li żvelat li, għal din il-kumpanija, dawn il-parts kienu pprovduti bi prezzijiet aktar baxxi fis-suq domestiku milli għall-esportazzjoni.
(370) Kif ġie spjegat f'aktar dettall fil-premessi (163) sa (173) hawn fuq, il-GTĊ naqas milli jikkoopera fir-rigward tal-fornituri tal-input fis-suq domestiku Ċiniż u rrifjuta li jipprovdi kjarifika jew informazzjoni kruċjali fis-suq domestiku ta' batteriji u magni. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tibbaża l-konklużjonijiet tagħha fuq il-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
(371) L-investigazzjoni wriet li xi wħud mill-fornituri ta' parts lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huma SOEs jew membri taċ-China Bicycle Association (CBA). Bħala membru tas-CBA, il-kumpaniji għandhom ċerti obbligi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika tal-GTĊ fl-industrija tar-roti elettriċi. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-politiki magħrufa tal-GTĊ relatati mal-magni u l-batteriji u, b'mod partikolari, jekk fuq din il-bażi u fuq il-bażi ta' kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli, dawn il-politiki tal-GTĊ jistgħux jinftiehmu bħala li jafdaw lill-fornituri ta' magni jew batteriji jbiegħu b'kundizzjonijiet aktar vantaġġużi minn dawk tal-manifatturi domestiċi tar-roti elettriċi. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni analizzat jekk, bħala riżultat, il-fornituri Ċiniżi ta' magni u batteriji rċevewx benefiċċji mill-GTĊ.
Nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali u l-użu tal-fatti disponibbli
(372) Kif ġie rrimarkat fil-premessa (164), għalkemm intalab jagħmel dan, il-GTĊ ma bagħatx il-kwestjonarju speċifiku maħsub għall-fornituri ta' parts ta' roti elettriċi lil fornituri magħrufa fiċ-Ċina. Skont il-GTĊ, huwa ma kellux l-awtorità li jitlob informazzjoni mingħand il-fornituri ta' parts ta' roti elettriċi, minħabba li dawn joperaw b'mod indipendenti mill-GTĊ.
(373) Barra minn hekk, il-GTĊ ma pprovdiex lista ta' fornituri Ċiniżi ta' parts ta' roti elettriċi taħt investigazzjoni u l-istruttura tas-sjieda tagħhom li ssostni li din kienet informazzjoni kunfidenzjali. Barra minn hekk, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-karatteristiċi tas-suq domestiku fiċ-Ċina ta' materjali ta' input għar-roti elettriċi. Pereżempju, is-sehem ta' intrapriżi tal-Istat (SOEs) fil-produzzjoni u l-konsum domestiċi, id-daqs tas-suq domestiku, il-politiki tal-ipprezzar tal-Istat u/jew tal-SOEs, il-prezzijiet attwali tal-materjali ta' input fis-suq domestiku, ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni jew l-importazzjoni jew l-istatistika rilevanti.
(374) Kif imsemmi fil-premessa (50), fornitur wieħed biss ta' parts tar-roti (Bafang), li pprovda inputs lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, issottometta informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u, b'hekk, ikkoopera fuq inizjattiva tiegħu stess f'din l-investigazzjoni.
(375) Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda informazzjoni mill-GTĊ, b'mod partikolari dwar l-istruttura tas-suq domestiku, dwar il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet u l-prezzijiet u dwar il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-kumpaniji, il-Kummissjoni qieset li hija ma rċeviet ebda informazzjoni kruċjali rilevanti għall-investigazzjoni.
(376) Il-fornitur li jikkoopera huwa wieħed mill-manifatturi Ċiniżi ewlenin tal-magni destinati għall-industrija tar-roti elettriċi. L-istess fornitur biegħ ukoll magni u batteriji lill-industrija tar-roti elettriċi. L-investigazzjoni wriet li l-kumpanija esportat mudelli ekwivalenti ta' magni u batteriji bi prezzijiet differenti skont is-suq u li konsistentement kienet qed tbiegħ magni bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi fis-suq domestiku tagħha milli għall-esportazzjoni.
(377) Kif imsemmi fit-taqsima 3.2 hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li, minħabba n-nuqqas ta' tweġibiet għall-kwestjonarju minn fornituri ta' materjal ta' input u fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-GTĊ f'dan ir-rigward, jista' jkun li jkollha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni relatata mal-fornituri ta' magni, batteriji u unitajiet ta' kontroll u parts oħrajn tar-roti elettriċi.
(378) Il-Kummissjoni pprovdiet lill-GTĊ bl-opportunità li jikkummenta. Madankollu, il-GTĊ ma pprovda l-ebda kumment jew informazzjoni ulterjuri jew evidenza f'dan ir-rigward.
Il-forniment ta' magni b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata Is-sjieda u l-influwenza tal-Istat tal-fornituri domestiċi ta' magni għal roti elettriċi
(379) Kif żviluppat aktar fil-premessa (404), l-ewwel għandu jiġi nnotat li s-suq domestiku Ċiniż għall-magni huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu ddominat mill-fornituri domestiċi Ċiniżi li għandhom sehem mis-suq ta' aktar minn 90 %.
(380) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-GTĊ dwar in-numru u s-sjieda ta' fornituri domestiċi ta' magni għal roti elettriċi, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat is-sitwazzjoni tal-fornituri rrapportati mill-ħames gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.
(381) Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni identifikat 10 fornituri Ċiniżi.
(382) Fost l-10 fornituri tal-magni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, tlieta kienu membri taċ-China Bicycles Association (CBA), inkluż Bafang, u wieħed kien SOE. L-SOE u l-membri tas-CBA irrappreżentaw 41 % tal-kwantità totali fornuta lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u sa 66 % tal-valur totali matul il-perjodu ta' investigaazzjoni. Il-Kummissjoni setgħet tivverifika s-sjieda privata biss għal tlieta mill-fornituri l-oħrajn (li jammontaw għal 46 % tal-volum tax-xiri u 29 % tal-valur tax-xiri), filwaqt li ma nstabet l-ebda informazzjoni dwar it-tliet fornituri li fadal (li jammontaw għal 13 % tal-volum u 5 % tal-valur). Kif ġie spjegat fil-premessi (133) sa (134) u (136) sa (139), matul il-perjodu kkunsidrat, is-CBA kienet taħt il-ġestjoni tal-Kunsill tal-Istat. L-Artikolu 3 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni tagħha jistabbilixxi wkoll li hija għandha tirrispetta, fost l-oħrajn, il-politiki nazzjonali. Barra minn hekk, l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tas-CBA jimponi ċerti obbligi lill-membri tagħha kif irrapportat fl-Artikolu 11, li jistabbilixxi li l-membri għandhom jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tal-industrija tar-roti u jirrispettaw ir-regoli u r-regolamenti tal-Assoċjazzjoni u jimplimentaw ir-riżoluzzjonijiet tal-Assoċjazzjoni.
(383) Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni qieset li l-membri tas-CBA huma marbuta b'obbligi stretti lejn l-assoċjazzjoni tagħhom li hija taħt il-gwida u s-superviżjoni tan-negozju tal-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni u s-Superviżjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat. Konsegwentement, il-membri tas-CBA, inklużi l-fornituri ta' parts, huma meqjusa bħala operaturi ewlenin subordinati fl-industrija tar-roti fdati mill-GTĊ sabiex jimplimentaw il-politika nazzjonali bil-għan li jintlaħqu l-objettivi usa' relatati mal-produzzjoni ta' roti elettriċi. Għalhekk, il-Kummissjoni kompliet tinvestiga dawn il-politiki.
(384) Bosta partijiet iddikjaraw li CBA hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, li l-membri tagħha huma kumpaniji, unitajiet ta' riċerka u assoċjazzjonijiet lokali fl-industrija tar-roti li kienu b'mod volontarju ngħaqdu magħha. Dawn il-partijiet sostnew ukoll li l-biċċa l-kbira tal-membri tas-CBA huma kumpaniji ta' sidien privati.
(385) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għal premessi (166) u (170) ta' hawn fuq li jipprovdu li, minħabba r-rifjut tal-GTĊ li jipprovdi informazzjoni dwar is-sjieda ta' fornituri domestiċi ta' materjali ta' input, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli. L-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni wriet li bosta membri tas-CBA huma wkoll SOEs.
(386) Il-GTĊ affermat li l-Kummissjoni naqset milli turi li s-CBA huwa korp pubbliku.
(387) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (138) u kkonfermat il-konklużjoni tagħha li s-CBA topera taħt il-gwida politika u s-superviżjoni tal-Kunsill tal-Istat, il-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili u tal-unità tan-negozju kompetenti tas-soċjetà. Dan kien ukoll il-każ fis-sena 2016, meta kien ġie approvat it-13-il Pjan tar-Roti.
(388) Il-GTĊ iddikjara wkoll li terz biss mill-fornituri domestiċi li jipprovdu l-magni lill-produtturi esportaturi fil-kampjun ta' roti elettriċi huma SOEs jew membri tas-CBA. Barra minn hekk, huwa indika li skont il-ġurisprudenza eżistenti, il-proprjetà tal-Istat ma tkunx biżżejjed bħala prova ta' inkarigu u direzzjoni.
(389) Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-GTĊ ma kkontestax il-kostatazzjonijiet tagħha li parti importanti mill-fornituri domestiċi tal-magni lill-produtturi esportaturi fil-kampjun huma SOEs u/jew membri tas-CBA. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni, filwaqt li proprjetà tal-Istat u/jew sġubija fis-CBA waħedhom mhumiex biżżejjed biex jagħtu prova ta' inkarigu u direzzjoni, huwa element importanti f'dan ir-rigward. Apparti li tat prova fil-premessa (138) hawn fuq li dawk l-entitajiet segwew il-politiki u l-objettivi tal-gvern, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, kif spjegat fil-premessi (390) sa (412) hawn taħt, li fornituri domestiċi tal-magni lill-industrija tar-roti elettriċi ġew inkarigati u direttimill-GTĊ. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonijiet ma ntlaqgħux.
Politiki u objettivi tal-gvern
(390) Il-Kummissjoni identifikat diversi sorsi legali li jindikaw l-appoġġ pubbliku lill-industrija tal-magni, minħabba l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista industrijali tar-roti elettriċi.
(391) Dawn id-dokumenti jinkludu t-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-industrija tar-Roti u r-Roti Elettriċi, it-13-il Pjan dwar ir-Roti, il-Pjan ta' Żvilupp għall-Industrija tal-Manifattura fuq Skala Żgħira (2016-2020), l-Avviż tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Gvern Muniċipali ta' Suzhou li jiċċirkola l-Miżuri Amministrattivi fuq il-Fond Speċjali tal-Industrija Muniċipali u t-Titjib Ekonomiku (SU FU BAN 2014-137) u l-Avviż tagħha dwar l-applikazzjoni għall-Programm tal-Fond Speċjali Fiskali Muniċipali ta' Suzhou tas-sena 2016 u l-Pjan Muniċipali ta' Tianjin dwar l-Iżvilupp tat-Tessuti u l-Industrija tal-Manifattura fuq Skala Żgħira għat-13-il Pjan ta' Ħames Snin (2016-2020). Dawn id-dokumenti ġew analizzati fit-Taqsima 3.1 ta' hawn fuq.
(392) Dawn id-dokumenti jenfasizzaw il-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u l-prestazzjoni ta' inputs kruċjali għall-produtturi tar-roti elettriċi li l-magni huma parti minnhom, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi kkompletata l-katina tal-provvista industrijali tar-roti sabiex tkun tista' tiġi stabbilita katina tal-produzzjoni tar-roti elettriċi vertikalment integrata u awtonoma fiċ-Ċina.
(393) Dawn id-dokumenti jiddeskrivu wkoll id-diversi skemi ta' appoġġ għall-produtturi tar-roti elettriċi u l-fornituri tagħhom bħal sussidji fil-forma ta' finanzjament preferenzjali u ribassi tat-taxxa jew eżenzjonijiet mit-taxxa kif deskritti fil-premessi (105) u (106).
Inkarigu u direzzjoni
(394) L-ewwel huwa mfakkar li minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, ma waslet ebda tweġiba għall-kwestjonarju mingħand il-fornituri ta' materjal ta' input, għajr għal Bafang, u li, għalhekk, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni kruċjali fir-rigward tas-suq domestiku tal-fornituri tal-magni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku sabiex tistabbilixxi s-sejbiet tagħha dwar l-inkarigu. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni kienet tikkonsisti fl-informazzjoni miġbura mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-rigward tal-fornituri domestiċi tagħhom ta' magni, informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar is-CBA u l-membri tagħha, l-informazzjoni miġbura mill-uniku fornitur ta' input li kkoopera u rapport speċifiku tal-industrija dwar il-magni fiċ-Ċina pprovdut mill-ilmentatur.
(395) Safejn huma kkonċernati l-fornituri għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbilixxiet fil-premessa (382) li l-membri tas-CBA li pprovdew magni lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irrappreżentaw 41 % tal-kwantità domestika totali fornuta lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u sa 66 % tal-valur totali tax-xiri domestiku matul il-PI. Barra minn hekk, fil-premessi (382) u (383), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-membri tas-CBA, inklużi fornituri ta' parts, huma operaturi ewlenin subordinati li huma fdati sabiex jimplimentaw politika nazzjonali bil-għan li jintlaħqu l-objettivi usa' relatati mal-produzzjoni tar-roti elettriċi. Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, dan tqies bħala rappreżentattiv tas-sitwazzjoni fis-suq domestiku tal-magni fiċ-Ċina.
(396) B'mod aktar speċifiku, f'dak li għandu x'jaqsam mal-uniku fornitur tal-magni li kkoopera, l-investigazzjoni żvelat li hija kienet esportat mudelli simili bi prezzijiet differenti skont is-suq u li konsistentement kienet qed tbiegħ magni bi prezzijiet aktar favorevoli fis-suq domestiku tagħha milli fis-suq tal-esportazzjoni tagħha. Il-prezzijiet domestiċi kienu aktar minn 33 % orħos mill-medja tal-prezzijiet tal-esportazzjoni. Din id-differenza laħqet 67 % għal ċerti mudelli.
(397) L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li l-istess kostijiet kienu assoċjati mal-istess mudelli, irrispettivament mid-destinazzjoni tagħhom. Konsegwentement, id-differenzi fil-prezzijiet bejn il-mudelli esportati u dawk mibjugħin domestikament ma setgħux jiġu spjegati permezz tad-differenzi fil-kostijiet. Bafang sostniet li dawn id-differenzi fil-prezzijiet kienu dovuti għal kostijiet tal-bejgħ ogħla fis-suq tal-esportazzjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li parti żgħira biss tad-differenza fil-prezz kienet attribwibbli għal kostijiet tal-bejgħ ogħla. Bafang ma sostnietx li dawn id-differenzi ser jiġu spjegati minn kundizzjonijiet differenti tas-suq u din l-ipoteżi mhijiex ikkonfermata lanqas mill-fatti stabbiliti f'din l-investigazzjoni. Għall-kuntrarju, bħala membru tas-CBA, Bafang hija subordinata għal din l-assoċjazzjoni, li t-13-il Pjan dwar ir-Roti tagħha jimmira li jtejjeb il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi ta' roti elettriċi kif imsemmi fil-premessi (112) u (113) ta' hawn fuq. Konsegwentement, sabiex tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija, hija fdata jew mogħtija direzzjonijiet sabiex tbiegħ l-input bi prezzijiet orħos fis-suq domestiku sabiex il-produtturi esportaturi ta' roti elettriċi jkunu jistgħu joffru l-prodotti tagħhom bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-kompetituri tagħha fis-swieq tal-esportazzjoni, li għandhom iġibu l-magni bi prezzijiet mhux issussidjati.
(398) Bosta partijiet iddikjaraw li d-deċiżjoni ta' Bafang li żżomm prezzijiet ogħla fis-swieq tal-esportazzjoni milli fuq is-suq domestiku tagħha ma għandhiex titqies bħala irraġonevoli. L-ewwel nett, dan jista' jkun marbut mal-ispejjeż ta' wara l-bejgħ. It-tieni, dan jista' jkun jiddependi fuq livelli kompetittivi differenti fiż-żewġ swieq. It-tielet, dan jista' jkun jiddependi fuq domanda domestika akbar u r-rikonoxximent ta' marka Bafang.
(399) Rigward l-ewwel punt, qiegħda ssir referenza għall-premessa (397) fejn tali allegazzjoni kienet diġà ġiet indirizzata fid-dawl tal-informazzjoni vverifikata fil-kwartieri tal-fornitur. Dwar it-tieni u t-tielet punt, għandu jiġi nnutat mal-ewwel li l-affermazzjoni msemmija hawn fuq ma kinitx sostnuta b'xi elementi ġodda. Fi kwalunkwe każ, fid-dawl ta' dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, kif diskuss fil-premessi (163) sa (169) iktar' il fuq, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni kruċjali fir-rigward tad-diversi livelli kompetittivi ta' swieq domestiċi u tal-esportazzjoni kif ukoll għas-sitwazzjoni tal-fornituri differenti ta' magni fis-suq domestiku. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kellha tibbaża l-kostatazzjonijiet tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli; jiġifieri l-unika tweġiba għall-kwestjonarju li waslet mingħand il-fornituri ta' materjal ta' input. Ma hemm l-ebda evidenza li turi livell kompetittiv differenti tas-suq domestiku u tal-esportazzjoni li jagħtu lok għal tali livell ta' pprezzar differenti bejn iż-żewġ swieq. Ma hemm ukoll l-ebda evidenza dwar ir-rikonoxximent tal-marka Bafang, u kif dan ħalla impatt fuq il-prezzijiet differenti. Jekk xejn, ir-rikonoxximent tal-marka jista' jkollu impatt ukoll fuq l-iffissar tal-prezzijiet fis-suq domestiku peress li dan jista' joffri bażi għal prezz ogħla minn dak tal-kompetituri fis-suq domestiku. Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(400) Barra minn hekk, meta titqies id-differenza sostanzjali fil-prezzijiet bejn il-magni mibjugħa fis-suq domestiku u dawk mibjugħa għall-esportazzjoni, deċiżjoni ekonomika razzjonali tkun li tiffoka pjuttost fuq il-bejgħ tal-magni fis-swieq tal-esportazzjoni, minħabba l-profittabbiltà ferm ogħla li tista' tinkiseb. Profittabbiltà ogħla xorta tista' tinkiseb anki jekk il-kumpanija tnaqqas il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-magni tagħha, meta mqabbla ma' dawk mitluba matul il-PI, sabiex tikseb sehem mis-suq fi swieq ta' pajjiżi terzi. Dan minħabba li l-profittabbiltà miksuba fis-suq tal-esportazzjoni xorta tkun ferm ogħla minn dik miksuba fis-suq domestiku. Flimkien ma' żieda fil-volumi tal-bejgħ tal-esportazzjoni, il-profittabbiltà assoluta saħansitra taqbeż il-livelli attwali. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-attività ewlenija ta' Bafang matul il-perjodu ta' investigazzjoni baqgħet fis-suq domestiku. Bafang sostniet li l-fatt li l-bejgħ domestiku tagħhom matul il-perjodu ta' investigazzjoni ippermetta li jkun hemm qligħ raġonevoli huwa prova li huma ma kinux qed ibigħu bi prezzijiet aktar baxxi fis-suq domestiku tagħhom u li l-imġiba tal-ipprezzar tagħhom ma kinitx irraġonevoli.
(401) Filwaqt li mhux ikkontestat li l-bejgħ domestiku ta' Bafang ħalla profitt, l-informazzjoni fil-fajl turi li l-prezzijiet domestiċi kienu sostanzjalment inqas mill-prezzijiet ta' esportazzjoni. Il-punt magħmul mill-Kummissjoni fil-premessa (400) ma kinitx dak li deċiżjoni razzjonali tkun li jsir qligħ, iżda li wieħed jespandi l-bejgħ lejn swieq tal-esportazzjoni fejn il-profitti jkunu jistgħu jiżdiedu minħabba d-differenza sinifikanti fil-prezz diskussi fil-premessa (396), jew alternattivament biex jiżdied il-prezz tal-bejgħ domestiku mill-inqas fl-istess livell bħala bejgħ għall-esportazzjoni sabiex jiġu mmassimizzati l-profitti globali tagħha.
(402) Giant sostnew ukoll li skont ir-Rapport tal-Bord KE — Miżuri Kompensatorji dwar Ċipep DRAM, aġir b'manjiera mhux kummerċjalment raġjonevoli mhux biżżejjed biex jiġi stabbilit l-inkarigu jew id-direzzjoni.
(403) F'dan ir-rigward, ta' min wieħed jinnota li, kif ipprovdut fil-premessi (394) sa (397) u (404) aktar 'l isfel, il-konklużjoni dwar l-inkarigu u d-direzzjoni mhix ibbażata fuq id-differenza fil-prezz osservata għal Bafang. Element bħal dan kien ikkunsidrat bħala l-effett altar milli l-bażi għal tali inkarigu u direzzjoni. Abbażi ta' dan, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.
(404) Barra minn hekk, il-Kummissjoni straħet fuq rapport speċifiku tal-industrija ffokat fuq magni għal roti elettriċi fiċ-Ċina 2018-2023 China E-bike motor industry Market Demand and Investment Consulting Report, magħmul minn YuboZhiye Market Consulting. Skont id-deskrizzjoni fuq is-sit web, ir-rapport huwa bbażat fuq id-data pprovduta mir-riċerkaturi ta' YuboZhiye skont l-aġenziji tal-istatistika nazzjonali, il-bażijiet ta' data dwar il-monitoraġġ tas-suq, l-assoċjazzjonijiet (skulari) tal-industrija, id-dipartimenti tal-istatistika dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni, l-istituti tar-riċerka u istituzzjonijiet oħrajn. Ir-rapport, li huwa disponibbli għall-pubbliku, juri li l-importazzjoni ta' magni tar-roti irrappreżentat biss inqas minn 10 % tal-bejgħ domestiku fl-2017. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-atturi tas-suq domestiku huma evidentement dawk li jiffissaw il-prezzijiet u ma setgħux jiġu influwenzati mill-prezzijiet tal-importazzjoni, li pjuttost huma dawk li jsegwu l-prezzijiet. Dan huwa kkonfermat mill-analiżi tal-prezz tal-importazzjoni tal-magni mixtrija mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, li, għal mudelli komparabbli, huma sostanzjalment konformi mal-prezzijiet mitluba mill-fornituri domestiċi tal-magni, inkluża Bafang. B'mod aktar speċifiku, għall-mudell ewlieni (amalgamazzjoni ta' lokazzjoni u potenza) li kien importat u mixtri fis-suq domestiku fil-perjodu ta' investigazzjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, id-differenza fil-prezzijiet kienet aktar baxxa minn 3 %.
(405) Wara l-iżvelar Bafang ressqet l-argument li d-dikjarazzjoni li l-atturi tas-suq domestiku huma dawk li jistabbilixxu l-prezzijiet u ma setgħux jiġu influwenzati mill-prezzijiet tal-importazzjoni ma kinitx sostnuta bl-evidenza. Hija affermat ukoll li l-kostatazzjoni li l-prezzijiet domestiċi huma fuq l-istess livell tal-prezzijiet ta' importazzjoni hija biss riflessjoni ta' rimunerazzjoni adegwata.
(406) F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, diskussa fil-premessi (163) sa (173), informazzjoni kruċjali dwar l-istruttura tas-suq domestiku tal-magni, kif ukoll il-mekkaniżmu tal-iffissar tal-prezzijiet ma kinux disponibbli għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli u qieset li l-informazzjoni pprovduta fir-rapport speċifiku tal-industrija tal-magni, imsemmija fil-premessa (404) kienet raġonevoli. Barra minn hekk, meta wieħed iqis li l-importazzjonijiet ta' magni kienet tirrappreżenta biss 10 % tal-konsum ta' magni elettriċi fiċ-Ċina fl-2017, huwa improbabbli li l-esportaturi f'pajjiżi oħra minflok se jkunu jistgħu jinfluwenzaw, mill-inqas sa ċertu punt apprezzabbli, il-prezzijiet domestiċi. Fi kwalunkwe każ, Bafang ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tissostanzja din l-affermazzjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni.
(407) Konsegwentement, il-fatt li l-prezz tal-magni fis-suq domestiku Ċiniż huwa sostanzjalment aktar baxx minn dak għall-esportazzjoni jagħmel referenza wkoll għall-inkarigu u d-direzzjoni mill-gvern tal-fornituri domestiċi tal-magni sabiex ibiegħu magni lill-industrija tar-roti elettriċi bi prezzijiet baxxi u għall-imġiba irrazzjonali tal-fornituri domestiċi tal-magni, fin-nuqqas ta' informazzjoni kuntrarja ppreżentata mill-GTĊ.
(408) Barra minn hekk, ir-rapport fih evidenza li l-industrija tar-roti elettriċi hija ssussidjata u li dawn is-sussidji jingħataw bil-għan li minnhom tibbenifika b'mod ġenerali l-industrija tar-roti elettriċi, inklużi l-fornituri tal-magni. Dan huwa primarjament sostnut mis-silta li ġejja:
It-13-il Pjan ta' Ħames Snin' għall-industrija tar-roti elettriċi jipproponi primarjament l-elettrifikazzjoni tal-industrija tal-vetturi, primarjament għas-sostituzzjoni ta' vetturi bbażati fuq il-fjuwil. […] Il-politiki ta' appoġġ tal-Istat għal dawn l-industriji waqqfu l-pedament għall-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi. Għalkemm il-gvern statali jappoġġja primarjament l-iżvilupp tal-industrija tal-vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida, billi t-teknoloġiji bażiċi tal-muturi huma interkonnessi, huwa jippromwovi l-iżvilupp tal-industrija awtomobilistika tal-e-bikes bl-istess mod. (Kapitolu XI, Taqsima I, Subtaqsima II).
(409) Il-Kummissjoni rreferiet għall-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija tal-Manifattura fuq Skala Żgħira (2016-2020) sabiex tikkwalifika n-natura ta' dawn il-politiki ta' appoġġ. B'mod partikolari, il-Kummissjoni rreferiet għat-tliet settijiet ta' miżuri ta' appoġġ deskritti fil-premessi (101) sa (106).
(410) Ir-rapport fih informazzjoni rilevanti oħra li turi li l-industrija Ċiniża tal-magni hija appoġġjata bħala parti mill-katina tal-provvista tar-roti elettriċi:
Il-kost tal-materja prima u tal-aċċessorji għall-industrija tar-roti elettriċi jammonta għal madwar 70 % tal-kost totali. Il-bidliet fil-prezzijiet tal-materja prima jaffettwaw direttament il-kost tal-prodotti. B'mod partikolari, iż-żieda kontinwa fil-prezz ta' materjali b'kalamita permanenti bħal NdFeB għolliet il-prezzijiet tal-prodott. Il-faċilitajiet ta' sostenn għal muturi E-bike użati għall-E-bikes, u l-iżvilupp ta' industriji downstream jaffettwaw direttament l-industrija awtomobilistika. (Kapitolu I, Taqsima III).
Matul il-perjodu 2013-2017, l-industrija awtomobilistika tal-e-bikes fiċ-Ċina żviluppat malajr. L-industrija Ċiniża tal-muturi e-bike kisbet tkabbir grazzi għall-promozzjoni b'saħħitha tal-Istat u tal-intrapriżi. (Kapitolu II, Taqsima I, Subtaqsima IV).
Ix-xejra tal-iżvilupp tal-elettrifikazzjoni tar-roti hija ta' sinifikat kbir għall-iżvilupp tal-industrija awtomobilistika tar-roti elettriċi. Huwa essenzjali li titwessa' d-domanda tas-suq tal-industrija u li tiġi promossa l-espansjoni ulterjuri tal-iskala tal-industrija. Barra minn hekk, billi l-mutur huwa l-komponent ewlieni tar-rota elettrika, l-iżvilupp tal-industrija awtomobilistika huwa essenzjali minħabba li jsaħħaħ il-kompetittività tal-katina kollha tal-industrija. (Kapitolu III, Taqsima I, Subtaqsima I) (enfasi miżjuda).
Fil-preżent, l-Istat qed jipprovdi appoġġ fiskali għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-industrija awtomobilistika. L-iżvilupp tat-teknoloġija tal-industrija ġenerali tal-muturi għandu valur ta' applikazzjoni qawwi għall-mutur għar-roti elettriċi u għandu effett pożittiv fuq l-iżvilupp tal-industrija. (Kapitolu III, Taqsima I, Subtaqsima III).
L-Istat jappoġġja l-iżvilupp tal-industrija awtomobilistika tar-roti elettriċi għar-roti elettriċi. Minħabba l-applikazzjoni wiesgħa tal-industrija tar-roti elettriċi u l-iskala kbira tad-domanda, il-popolazzjoni tal-impjiegi titjieb b'mod sinifikanti. Għalhekk, il-pajjiż ser ikompli jappoġġja bis-sħiħ l-industrija tar-roti elettriċi fil-ġejjieni, u l-industrija awtomobilistika tar-roti elettriċi hija wkoll ovvjament affettwata. […] L-Istat jagħti attenzjoni sinifikanti lill-iżvilupp tal-industrija awtomobilistika, għalhekk, l-industrija awtomobilistika tal-E-bikes hija affettwata wkoll mill-politiki attivi tal-pajjiż, b'ċertu appoġġ tekniku u appoġġ politiku, li jippromwovu l-iżvilupp tal-industrija. (Kapitolu III, Taqsima I, Subtaqsima V).
Garanzija ta' fondi suffiċjenti: Minn naħa waħda, huwa meħtieġ ammont kbir ta' investiment kapitali sabiex jiġu ddisinjati u żviluppati prodotti ta' muturi tar-roti elettriċi. Fil-produzzjoni u l-ġestjoni ta' kuljum, jeħtieġ ukoll li l-intrapriżi jżommu ammont kbir ta' likwidità għall-akkwist ta' materja prima. Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni tal-muturi e-bikes teħtieġ ammont kbir ta' kapital sabiex jinxtraw u jinbnew il-fabbriki u sabiex jinxtara t-tagħmir tal-produzzjoni, bil-għan li tkun tista' tinkiseb skala ta' produzzjoni konsiderevoli sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-klijenti downstream kbar. Għalhekk, sabiex jinkiseb żvilupp b'saħħtu u sostenibbli tal-manifatturi tal-muturi għar-roti elettriċi, fondi suffiċjenti huma kundizzjoni indispensabbli. (Kapitolu IV, Taqsima III, Subtaqsima I).
Imqabbla ma'pajjiżi żviluppati bħall-Ewropa u l-Istati Uniti, fiċ-Ċina għad hemm ċerta lakuna fil-livell tekniku tal-industrija awtomobilistika għar-roti elettriċi. Madankollu, bl-appoġġ qawwi tal-gvern, l-industrija tal-manifattura taċ-Ċina qiegħda tiżviluppa malajr, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tar-roti elettriċi qed tespandi. (Kapitolu V, Taqsima I, Subtaqsima I).
L-appoġġ qawwi tal-Istat għall-industrija tal-manifattura tejbet kontinwament it-teknoloġija tal-manifattura tal-magni bil-mutur taċ-Ċina u l-industrija awtomobilistika tar-roti saret dejjem aktar kapaċi tilħaq id-domanda domestika f'dawn l-aħħar snin. L-importazzjonijiet ta' muturi għar-roti elettriċi naqsu. (Kapitolu V, Taqsima I, Subtaqsima II).
Il-mutur tar-roti elettriċi jintuża direttament għall-produzzjoni tar-roti elettriċi, u l-iżvilupp tal-industrija downstream għandu influwenza deċiżiva fuq id-domanda għal prodotti ta' roti elettriċi bil-mutur. […] F'dawn l-aħħar snin, l-aġġustament normattiv tal-pajjiż għas-suq downstream kellu impatt partikolari fuq id-domanda għal muturi tar-roti elettriċi. (Kapitolu VI, Taqsima I, Subtaqsima II).
Mill-perspettiva tal-impjiegi, il-gvern tal-Istat adotta l-politika ewlenija li jistabbilizza l-impjiegi, u l-katina tal-industrija tal-e-bikes mill-manifatturi ta' sostenn lill-fornituri ta' servizzi downstream tipprovdi ħafna opportunitajiet ta' xogħol. Barra minn hekk, il-livell tekniku relativament għoli tal-mutur tal-e-bikes jissodisfa l-politika tal-promozzjoni tal-impjiegi u l-ammeljorament tal-industrija. Għalhekk, il-gvern statali jappoġġja l-iżvilupp tal-industrija awtomobilistika tal-e-bikes. (Kapitolu XI, Taqsima I, Subtaqsima II).
Il-gvern Ċiniż jippromwovi l-iżvilupp tal-muturi e-bikes fiċ-Ċina. Ir-rakkomandazzjonijiet għat-13-il Pjan ta' ħames snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina jirrimarkaw li aħna għandna […] ninkoraġġixxu l-ivvjaġġar ekoloġiku, inkluż bir-roti, nippromwovu l-elettrifikazzjoni tal-industrija tar-roti u tal-vetturi, u nżidu l-livell ta' industrijalizzazzjoni tal-vetturi elettriċi. L-appoġġ tal-politika nazzjonali jipprovdi bażi ta' politika għall-iżvilupp tal-industrija u jikseb it-tkabbir kontinwu tad-domanda fis-suq downstream. (Kapitolu VIII, Taqsima II, Subtaqsima V).
L-ippjanar nazzjonali rilevanti u l-politiki dwar l-industrija awtomobilistika pprovdew appoġġ politiku qawwi għall-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi. (Kapitolu XI, Taqsima IV, Subtaqsima I).
Politika ta' sostenn tal-gvern: F'dawn l-aħħar snin, il-gvernijiet statali u lokali għamlu ħafna arranġamenti sabiex jippromwovu l-iżvilupp tal-industrija awtomobilistiki. Huma mhux biss ipprovdew appoġġ politiku, iżda ppjanaw ukoll b'mod attiv il-miżuri maħsuba biex jippromwovu t-trasformazzjoni u l-ammeljorament tal-intrapriżi, sabiex jipprovdu ambjent politiku tajjeb u juru b'mod ċar id-direzzjoni għall-iżvilupp tal-industrija awtomobilistika taċ-Ċina L-ewwel nett, ġew stabbiliti fondi ta' appoġġ speċjali, u ġie promoss l-iżvilupp tal-iskala u r-raggruppament tal-industrija awtomobilistika f'ċerti oqsma. It-tieni, ingħataw inċentivi ta' rifużjoni tat-taxxa għat-tkabbir fuq skala ta' investiment jew it-tkabbir tal-valur tal-produzzjoni tal-intrapriżi. It-tielet, ingħataw inċentivi massimi u appoġġ suprem lill-industrija tal-karozzi f'ħafna aspetti, inklużi l-użu tal-art, servizz kapitali u provvista tax-xogħol, eċċ., sabiex jinkoraġġixxu lill-intrapriżi jaħdmu b'mod attiv u jibdew in-negozju, joħolqu marki kummerċjali aktar famużi u jippromwovu l-iżvilupp ulterjuri tal-industrija tal-karozzi reġjonali. (Kapitolu XI, Taqsima IV, Subtaqsima III).
(411) Fil-qosor, ir-rapport jikkonferma li l-industriji tal-magni u tar-roti elettriċi huma interkonnessi u li l-iżvilupp tal-industrija tal-magni huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi. Huwa jikkonferma wkoll li l-GTĊ jipprovdi sussidji lill-magni li għandhom l-għan li jtejbu l-kompetittività tal-katina kollha tal-industrija, inkluża l-industrija tar-roti elettriċi.
(412) Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ qed jafda jew jagħti direzzjonijiet lill-produtturi Ċiniżi tal-magni sabiex jipprovdu dan l-input b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata lill-produtturi domestiċi tar-roti elettriċi.
(413) Wara l-iżvelar, Giant ippreżenta l-argument li skont l-Entità ta' Appekk tad-WTO fl-Istati Uniti – Investigazzjoni dwar id-dazju kumpensatorju fuq DRAMs, is-sempliċi dikjarazzjoni ta' politika ma tistax tikkostitwixxi inkarigu jew direzzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim SCM. Barra minn dan, inkarigu u direzzjoni – permezz tal-għoti ta' responsabbiltà lil xi entità privata, jew l-eżerċizzju tal-awtorità fuqha – jimplikaw rwol aktar attiv milli sempliċi atti ta' inkoraġġiment. Il-Bord tal-Appell ikkonkluda li l-evidenza ta' inkarigu jew direzzjoni ta' entità privata tkun tinvolvi xi forma ta' theddid jew forza. Barra minn dan, Giant irreferiet ukoll għall-Bord tad-WTO fl-Istati Uniti – Restrizzjonijiet għall-Esportazzjoni, li nnota li kemm l-att tal-inkarigu u dak tal-għoti tad-direzzjoni għalhekk bilfors iġorru magħhom it-tliet elementi li ġejjin: (i) azzjoni espliċita u affermattiva, kemm jekk delega jew kmand; (ii) indirizzata lil xi parti partikolari; kif ukoll (iii) l-objettiv tal-azzjoni jkun kompitu jew dmir partikolari. Is-sempliċi superviżjoni jew l-eżerċizzju ta' poteri regolatorji ġenerali għalhekk ma humiex biżżejjed biex jinstabu l-inkarigu u d-direzzjoni.
(414) F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-konklużjoni tal-Kummissjoni mhix ibbażata biss fuq sempliċi dikjarazzjoni ta' politika li hija spjegata fit-Taqsima 3.1 hawn fuq. Hija bbażata wkoll fuq ir-rwol tas-CBA, li, bħala assoċjazzjoni li tiġbor fi ħdanha mhux biss lill-produtturi tar-roti iżda wkoll lill-manifatturi tal-magni, hija ssorveljata u ggwidata mill-ogħla awtorità Ċiniżi, jiġifieri l-Kunsill tal-Istat. Barra minn hekk, huwa mfakkar ukoll li l-membri tas-CBA huma marbuta li jimplimentaw ir-riżoluzzjonijiet tas-CBA u, għaldaqstant, kienu kkunsidrati bħala subordinati. F'dan ir-rigward qiegħed jitfakkar li s-CBA ħareġ it-13-il Pjan dwar ir-Roti bl-għan tabilħaqq li tittejjeb il-prestazzjoni fejn tidħol esportazzjoni ta' produtturi li jesportaw ir-roti elettriċi kif imsemmi fil-premessi (112) u (113). Il-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq huma appoġġati wkoll minn bosta siltiet tar-rapport dwar l-industrija speċifika tal-magni elenkati fil-premessi (408) sa (410), li juru li l-appoġġ lis-settur tal-magni huwa funzjonali għall-pożizzjoni tiegħu fil-katina tal-provvista ta' roti elettriċi. Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(415) Giant ikkunsidrat ukoll li l-Kummissjoni kienet qalbet l-oneru tal-prova fil-premessa (407) u rreferiet għall-kooperazzjoni parzjali tal-GTĊ fir-rigward il-konklużjonijiet li saru. Giant enfasizzat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-Kummissjoni u li l-Kummissjoni ma wrietx li l-provvista ta' batteriji għar-roti elettriċi u tal-magni hija prassi li normalment tkun tal-gvern.
(416) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-provi disponibbli, kif miġbura fil-qosor fil-premessa (414), li huma bbażati fuq il-fatti disponibbli, huma biżżejjed biex jagħtu prova ta' inkarigu u direzzjoni. Huwa mfakkar ukoll li l-GTĊ ma qajjem l-ebda kumment jew ma ppreżenta l-ebda informazzjoni ulterjuri wara li ġie infurmat li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni tapplika l-fatti disponibbli fir-rigward tal-forniment ta' inputs għal rimunerazzjoni inqas minn adegwata. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li hija ma qalbitx l-oneru tal-prova. Għalhekk din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.
Sussidjar tal-produtturi tal-magni
(417) Il-Kummissjoni l-ewwel tixtieq tfakkar li, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali tal-GTĊ, il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi s-sejbiet tagħha abbażi tal-fatti disponibbli, li kienu jikkonsistu fir-rapport speċifiku tal-industrija pprovdut mill-ilmentatur u l-informazzjoni pprovduta mill-uniku fornitur tal-magni li kkoopera, li wieġeb għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni.
(418) Kif ġie deskritt fil-premessa (410), ir-rapport fih bosta evidenza li l-industrija tal-magni elettriċi rċeviet appoġġ permezz ta' inċentiv ta' rifużjoni tat-taxxa, l-użu tal-art, servizz kapitali u l-provvista ta' ħaddiema.
(419) Dan kien ikkonfermat ukoll mis-sejbiet stabbiliti f'dak li għandu x'jaqsam ma' Bafang. Tabilħaqq, l-investigazzjoni żvelat li din il-kumpanija rċeviet diversi tipi ta' sussidji, li kienu jikkonsistu fi drittijiet għall-użu tal-art għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata, rata tat-taxxa mnaqqsa u diversi għotjiet.
(420) Bosta partijiet ikkummentaw billi rreferew għall-Artikolu 14(d) tal-Ftehim WTO SCM kif ukoll għall-Artikolu 6(d) tar-Regolament Bażiku rigward l-adegwatezza tar-remunerazzjoni li għandha tiġi stabbilita f'relazzjoni mal-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti għall-prodott jew servizz in kwistjoni fil-pajjiż tal-provvista jew tax-xiri. Fi kliem ieħor, li l-livell referenzjarju użat għandu jirrelata mal-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq Ċiniż; jew fuq il-bażi tal-patti u l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq ta' pajjiż ieħor jew fis-suq dinji li huma disponibbli għar-reċipjent.
(421) Il-Kummissjoni sabet li l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq fir-RPĊ kienu distorti minħabba l-politiki nazzjonali u settorjali applikabbli, implimentati mill-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, minħabba l-kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni kruċjali dwar is-sitwazzjoni fis-suq tal-magni fiċ-Ċina u dwar aġġustamenti possibbli li riedu jsiru. Sa fejn jolqot il-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq ta' pajjiż ieħor jew fis-suq dinji, tali informazzjoni ma kinitx disponibbli f'livell ta' dettall biżżejjed li jkun jippermetti tqabbil sinifikanti. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq l-informazzjoni disponibbli. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq Ċiniż ma kinux jiġġustifikaw aġġustamenti u għalhekk ikkalkulat il-parametru referenzjarju bl-użu tal-metodoloġija deskritta fil-premessa (432).
(422) Bosta partijiet iddikjaraw li l-Kommissjoni, alternattivament, kellha tuża l-prezzijiet tal-importazzjoni ta' magni mill-produtturi li kkooperaw fil-kampjun bħala punt ta' riferiment mingħajr distorsjoni.
(423) F'dan ir-rigward, fid-dawl tas-sehem tas-suq miżmum minn fornituri domestiċi ta' magni u l-fatt li dawn jistabbilixxu l-prezzijiet fis-suq Ċiniż kif stipulat fil-premessa (404), ma kienx ikkunsidrat xieraq li jintużaw il-prezzijiet tal-importazzjoni bħala punt ta' riferiment minħabba li l-livell tagħhom kien affettwat bl-istess distorsjonijiet preżenti fis-suq domestiku. Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(424) Giant u l-GTĊ iddikjaraw li l-approċċ tal-Kummissjoni kien jikser l-Artikoli 1.1(b), 10 u 32.1 tal-Ftehim tal-SCM tad-WTO, peress li l-Kummissjoni ma tistax iddur mal-obbligu tagħha li tikkonkludi li l-manifatturi huma inkarigati jew diretti. F'dan ir-rigward, Giant ressqet l-argument li l-Kummissjoni għandha: (1) tanalizza jekk kienx hemm sussidji mogħtija lill-manifatturi; (2) tanalizza jekk il-magni u l-batteriji kinux inxtraw fil-kundizzjonijiet normali tas-suq; (3) tikkalkula kemm mis-sussidji ikun ġie ttrasferit.
(425) F'dan ir-rigward, huwa kkunsidrat li l-konklużjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq biżżejjed raġunijiet dettaljati miġbura fil-qosor fil-premessa (414). Sa fejn huma kkonċernati l-kummenti ta' Giant, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-fatt li fornitur wieħed biss ikkoopera fuq inizjattiva tiegħu stess, hija ma kellhiex informazzjoni kruċjali. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u l-analiżi li l-Kummissjoni wettqet, kien ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet biex tikkonkludi dwar l-inkarigu u d-direzzjoni kienu ssodisfati. Sa fejn jolqot it-trasferiment, peress li l-analiżi tal-Kummissjoni ma ffukawx fuq din il-kwistjoni, din l-affermazzjoni tqieset irrilevanti. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda.
Speċifiċità
(426) Kif intwera fil-premessi (390) sa (412), diversi dokumenti legali li huma speċifikament immirati lejn kumpaniji fis-settur tar-roti elettriċi jidderieġu lill-fornituri ta' input lejn il-provvista ta' magni għal rimunerazzjoni f'livell anqas minn dak xieraq għall-industrija tar-roti elettriċi. Abbażi ta' dawn id-dokumenti, qiegħed jintwera li l-fornituri ta' input jipprovdu magni biss lil għadd limitat ta' industriji/impriżi li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ.
(427) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta' provvista ta' magni b'rimunerazzjoni f'livell anqas minn dak xieraq mhumiex disponibbli b'mod ġenerali, iżda huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ppreżentat evidenza li tissuġġerixxi li tali forma ta' sussidji hija bbażata fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.
Il-benefiċċju
(428) Il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun xtraw magni domestikament, l-aktar mingħand kumpaniji mhux relatati, iżda importaw ukoll xi kwantitajiet. Inxtraw ukoll xi kwantitajiet insinifikanti mingħand kumpaniji relatati. Għal xi wħud mill-produtturi, Bafang kien il-fornitur ewlieni li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-volum tax-xiri.
(429) Kif ġie spjegat fil-premessa (396), Bafang, bħala operatur subordinat fdat sabiex jimplimenta l-politika nazzjonali, biegħ batteriji bi prezzijiet ferm orħos fis-suq domestiku tiegħu milli għall-esportazzjoni. Konsegwentement, il-produtturi esportaturi Ċiniżi bbenifikaw minn magni mibjugħa b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata.
(430) Bosta partijiet iddikjaraw li skont l-Artikoli 2(a) u 2(b) tar-Regolament Bażiku huwa biss il-gvern li huwa eliġibbli li jkun il-fornitur ta' sussidju. Billi Bafang hija kumpanija proprjetà privata, ma tistax titqies bħala l-gvern, skont it-tifsira ta' l-Artikolu 2(b) u għalhekk ma tistax tkun fornitur ta' sussidji.
(431) F'dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li dan il-kumment ma kienx relevanti fid-dawl tal-konklużjoni milħuqa fil-premessa (412); jiġifieri li l-fornituri tal-magni lill-produtturi ta' roti elettriċi huma inkarigati u ordnati mill-GTĊ sabiex jipprovdu dan l-input għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.
Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju
(432) Il-benefiċċju għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun kien ikkalkolat billi tqabblu l-prezzijiet domestiċi ma' dawk tal-esportazzjoni tal-magni mitluba minn Bafang matul il-PI. Dan it-tqabbil sar bl-użu ta' kombinazzjoni tal-post (magna propulsiva jew ċentrali) u l-potenza tal-magni (f'kW). Il-perċentwali kkalkolati ġew applikati għall-prezzijiet li tħallsu mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għax-xiri ta' magni mingħand fornituri domestiċi. Ma sar l-ebda aġġustament.
(433) Giant Group sostna li ma hemm l-ebda rabta bejn il-magni mixtrija lokalment u r-roti elettriċi li hija tesporta lejn l-UE.
(434) F'dan ir-rigward, huwa kkunsidrat illi l-benefiċċju definit fil-premessi (428) sa (429) huwa għall-vantaġġ tal-produtturi esportaturi ta' roti elettriċi li jixtru magni domestiċi b'remunerazzjoni inqas minn adegwata u mhux relatat ma' mudelli speċifiċi ta' roti elettriċi mibjugħa. Għalhekk, ġie konkluż li Giant Group irċieva benefiċċju meta jixtri mis-suq domestiku magni bi prezzijiet distorti minħabba l-inkarigu u d-direzzjoni tal-GTĊ deskritti fil-premessi (394) sa (412). Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(435) Sa fejn huwa kkonċernat il-bejgħ domestiku, Bafang sostna li l-lista tat-tranżazzjonijiet użata biex jiġi stabbilit prezz medju għall-magni mibjugħa domestikament kien jinkludi l-bejgħ lil kumpanija relatata. Barra minn hekk, Bafang ikkjarifikat li dan il-bejgħ relatat kien intenzjonat għall-esportazzjoni peress li l-kumpanija relatata tagħha aġixxiet bħala negozjant domestiku inkarigat mill-bejgħ għall-esportazzjoni. Għalhekk, Bafang talbet lill-Kummissjoni biex teskludi dan il-bejgħ mill-komputazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi medju.
(436) Il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u eskludiet tali bejgħ mill-kalkolu tal-prezz medju tal-bejgħ domestiku minħabba li kienet sodisfatta bl-evidenza pprovduta minn Bafang li dan il-bejgħ kellu fil-fatt jiġi kkunsidrat bħala bejgħ għall-esportazzjoni permezz tal-kummerċjant relatat domestiku tagħha. Fi kwalunkwe każ, ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tindika li dan il-bejgħ lin-negozjant relatat kienx ġie effettwat f'ambjent ta' kompetizzjoni ġusta jew le, kif spjegat f'aktar dettall fil-premessi (437) sa (441). Bħala konsegwenza, il-kalkoli ġew emendati kif xieraq billi tqies biss il-bejgħ domestiku lil klijenti indipendenti.
(437) Sa huwa kkonċernat il-prezz medju ta' bejgħ għall-esportazzjoni, Bafang sostniet, fir-rigward tal-istess bejgħ indirizzati fil-premessi (435) u (436) li l-prezzijiet tal-magni esportati permezz tal-kummerċjant relatat domestiċi tagħha għandhom jiġu aġġustati kif xieraq biex jitneħħew l-SG&A u l-qligħ ta' dan tal-aħħar.
(438) F'dan il-kuntest, ma kienx possibbli li jiġi aċċertat jekk it-tranżazzjonijiet bejn Bafang u l-kumpanija relatata magħha sarux f'ambjent ta' kompetizzjoni ġusta jew jekk il-bejgħ għall-esportazzjoni lil klijenti mhux relatati minn din il-kumpanija relatata kellux jiġi aġġustat b'ammont raġjonevoli għall-qligħ u SG&A. Fi kwalunkwe każ, il-livell ta' referenża għall-kejl tal-prezz tal-bejgħ ta' esportazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-prezz attwali tal-esportazzjoni, imħallas mix-xerrej indipendenti peress li dan jitqies bħala prezz tas-suq ħieles minn distorsjonijiet mis-suq domestiku, irrispettivament mil-livelli ta' SG&A u tal-qligħ li sar mill-kummerċjant ta' Bafang. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat tqabbil xieraq ta' bejgħ domestiku u bejgħ ta' esportazzjoni fl-istess livell ta' kummerċ u biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-aġġustament fil-prezz tal-bejgħ domestiku spjegat fil-premessi (435) u (436), il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi dan il-bejgħ ta' esportazzjoni indirett permezz tal-kummerċjant domestiku relatat u emendat il-kalkolu tal-prezz medju tal-esportazzjoni kif xieraq. Bħala riżultat, il-paragun bejn il-prezzijiet domestiċi u tal-esportazzjoni saret fil-kunsiderazzjoni biss ta' bejgħ dirett minn Bafang lil klijenti indipendenti kemm domestikament kif ukoll fis-swieq ta' esportazzjoni. Il-livell ta' rappreżentattività tal-bejgħ rilevanti aġġustat b'dan il-mod kien għadu sinifikanti u kien jammonta għal kważi 70 % tal-bejgħ kollu għall-esportazzjoni. Dawn il-kostatazzjonijiet kienu wkoll divulgati mill-ġdid f'divulgazzjoni finali lill-partijiet interessati kollha.
(439) Wara d-divulgazzjoni mill-ġdid, Bafang affermat li l-bejgħ ta' esportazzjoni mill-kumpanija relatata tagħha klijenti mhux relatati ma għandhux jiġi eskluż u affermat b'żieda ma' dan li t-tranżazzjonijiet ta' bejgħ korrispondenti għandhom jiġu debitament aġġustat 'l isfel billi jitneħħew l-ispejjeż SG&A (spejjeż ta' bejgħ, ġenerali, u amministrattivi) u l-qligħ. Bafang iddikjara wkoll li l-Kummissjoni setgħet titlob din l-informazzjoni matul l-investigazzjoni sabiex jiġi aċċertat li l-bejgħ lill-klijenti relatati ikun sar f'ambjent ta' kompetizzjoni ġusta.
(440) F'dan ir-rigward, għandu jitfakkar li dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar għall-fini uniku tal-istabbiliment ta' livell referenzjarju għal magni li jinbiegħu għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. B'segwitu għall-kummenti ta' Bafang dwar l-iżvelar, kien ikkunsidrat xieraq li jiġu esklużi t-tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni li saru permezz tal-kummerċjant relatat, kif sostnut minn Bafang, billi tali tranżazzjonijiet kienu jinkludu l-SG&A u l-qligħ u ma setax jiġi aċċertat jekk il-prezzijiet tal-bejgħ ta' dawn it-tranżazzjonijiet kinux affidabbli.
(441) Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li l-eżistenza tal-SG&A u ta' qligħ fil-livell tal-kumpanija kummerċjali saret magħrufa mis-servizzi tal-Kummissjoni biss wara li seħħet iż-żjara ta' verifika u li Bafang ma qajmitx din il-kwistjoni meta pprovdiet informazzjoni rigward il-profittabilità tagħha fiż-żewġ swieq differenti jew meta ġew identifikati elementi li setgħu jiġġustifikaw differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet domestiċi u dawl tal-esportazzjoni (ara l-premessa (397)). Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnutat li Bafang ma ssostantjatx l-affermazzjoni tagħha bi provi ta' sostenn peress li ma ppreżentatx xi informazzjoni ulterjuri dwar il-livell ta' tali SG&A u qligħ fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar jew l-iżvelar mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessa (437), il-livell referenzjarju korrett għal bejgħ tal-esportazzjoni seta' jiġi bbażata biss fuq il-prezz reali lill-klijent finali irrispettivament minn kwalunkwe bejgħ intermedju u xi livelli korrispondenti ta' SG&A u qligħ tal-kummerċjanti, peress li dawn huma irrilevanti meta jiġi stabbilit il-prezz tas-suq xieraq għall-kalkolu tal-benefiċċju tas-sussidju. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.
(442) Tabella 3 Il-forniment ta' magni b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata
L-ammont ta' sussidju stabbilit fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal: Kumpanija/Grupp Rata tas-Sussidju Bodo Vehicle Group 5,44 % Giant Group 0,84 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,78 % Suzhou Rununion Motivity 3,96 % Yadea Group 2,99 %
Il-forniment ta' batteriji b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata Is-sjieda tal-fornituri domestiċi ta' batteriji għal roti elettriċi
(443) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-GTĊ dwar in-numru u s-sjieda ta' fornituri domestiċi ta' batteriji għal roti elettriċi, il-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, hija analizzat rapport speċifiku tal-industrija dwar l-industrija Ċiniża tal-batteriji tal-litju għar-roti elettriċi pprovdut mill-ilmentatur, kif ukoll is-sitwazzjoni tal-fornituri tal-batteriji tal-ħames produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.
(444) B'mod parallel, il-Kummissjoni identifikat 23 fornitur Ċiniż tal-batteriji, li mill-inqas tlieta (3) minnhom kienu membri tas-CBA u mill-inqas wieħed kien parzjalment proprjetà tal-Istat. Dawn il-fornituri rrappreżentaw 33 % tal-kwantità totali tal-batteriji u 31 % tal-valur totali ta' dan ix-xiri fil-perjodu ta' investigazzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessi (133) sa (139), matul il-perjodu kkunsidrat, is-CBA kienet taħt il-ġestjoni tal-Kunsill tal-Istat. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (382), is-CBA timponi ċerti obbligi fuq il-membri tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali.
(445) Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni qieset li l-membri tas-CBA huma marbuta b'obbligi stretti lejn l-assoċjazzjoni tagħhom li hija taħt il-gwida u s-superviżjoni tan-negozju tal-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni u s-Superviżjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat. Konsegwentement, il-membri tas-CBA, inklużi l-fornituri ta' batteriji, huma meqjusa bħala operaturi ewlenin subordinati fl-industrija tar-roti fdati mill-GTĊ sabiex jimplimentaw il-politika nazzjonali bil-għan li jintlaħqu l-objettivi usa' relatati mal-produzzjoni ta' roti elettriċi. Għalhekk, anki fil-każ tal-batteriji, il-Kummissjoni kompliet tinvestiga dawn il-politiki.
(446) B'mod simili bħal fil-każ tal-magni, bosta partijiet iddikjaraw li CBA hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, li l-membri tagħha huma kumpaniji, unitajiet ta' riċerka u assoċjazzjonijiet lokali fl-industrija tar-roti li kienu b'mod volontarju ngħaqdu magħha. Dawn il-partijiet sostnew ukoll li l-biċċa l-kbira tal-membri tas-CBA huma kumpaniji ta' sidien privati.
(447) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tagħmel referenza għall-premessi (166) u (168) li jipprovdu li, minħabba r-rifjut tal-GTĊ li jipprovdi informazzjoni dwar is-sjieda ta' fornituri domestiċi ta' materjali ta' input, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli. Dawn urew li diversi membri tas-CBA huma wkoll SOEs.
(448) Il-GTĊ affermat li l-Kummissjoni naqset milli turi li s-CBA huwa korp pubbliku.
(449) F'dan ir-rigward, qiegħda ssir referenza għall-premessa (138) u kkonfermat il-konklużjoni tagħha li s-CBA topera taħt il-gwida politika u s-superviżjoni tal-Kunsill tal-Istat, il-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili u tal-unità tan-negozju kompetenti tas-soċjetà. Dan kien ukoll il-każ fis-sena 2016, meta kien ġie approvat it-13-il Pjan tar-Roti.
(450) Il-GTĊ afferma wkoll li skont il-ġurisprudenza eżistenti, is-sjieda tal-Istat mhux biżżejjed bħala prova ta' inkarigu u direzzjoni.
(451) Filwaqt li s-sjieda tal-Istat mhix kundizzjoni biżżejjed biex tingħata prova ta' inkarigu u direzzjoni, hija element importanti f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li, kif stipulat fil-premessi (452) sa (484) hawn taħt, l-analiżi tal-Kummissjoni hija bbażata fuq numru ta' fatturi oħra li tissostanzja l-argument li l-fornituri domestiċi ta' batteriji lill-industrija tar-roti elettriċi ġew inkarigati u diretti mill-GTĊ. Fuq din il-bażi, dawn il-kummenti kellhom jiġu miċħuda.
Politiki u objettivi tal-gvern
(452) Il-Kummissjoni identifikat diversi sorsi legali li jindikaw l-appoġġ pubbliku lill-industrija tal-batteriji, minħabba l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista industrijali tar-roti elettriċi.
(453) L-ewwel dokument huwa l-Pjan ta' Żvilupp għall-Industrija tal-Manifattura fuq Skala Żgħira (2016-2020), imħejji mill-GTĊ sabiex jimplimenta t-13-il Pjan ta' Ħames Snin u Made in China 2025. Il-pjan jidentifika l-batteriji fost l-industriji ewlenin. Fir-rigward tal-batteriji, il-pjan jirrakkomanda Il-promozzjoni tal-industrija tal-batteriji sabiex tiżviluppa f'direzzjoni ekoloġika, sikura, ta' prestazzjoni għolja u b'ħajja twila. It-tħaffif tar-R&Ż u l-industrijalizzazzjoni tal-materjali tal-elettrodu ta' prestazzjoni għolja ta' batterija tal-jon tal-litju, dijaframmi tal-batteriji, elettroliti, teknoloġija ta' integrazzjoni tas-sistema avvanzata u addittiva ta' tip ġdid, it-teknoloġija fuq batterija taċ-ċomb ta' tip ġdid, bħal batterija tal-karbonju taċ-ċomb u koljata, u l-batterija taċ-ċomb tal-ġenerazzjoni li jmiss, bħal gradilja bipolari u mhux tal-pjanċa taċ-ċomb u materjali ewlenin […]. L-enfasi fuq l-iżvilupp ta' batterija primarja ta' tip ġdid, batterija taċ-ċomb ta' tip ġdid, batterija tal-enerġija għal vettura li taħdem bl-enerġija ġdida u ċellola tal-fjuwil. It-tħaffif tal-veloċità tat-tagħmir tekniku li jittrasforma u jammeljora l-intrapriża ewlenija f'konformità mal-Kundizzjonijiet Standard għall-Industrija tal-Batteriji tal-Aċidu taċ-Ċomb (Verżjoni tal-2015). It-tisħiħ b'mod attiv tal-kostruzzjoni tas-sistema ta' riċiklaġġ tal-batteriji taċ-ċomb mormija.
(454) Il-pjan jidentifika wkoll miżuri ta' politika konkreti li għandhom jiġu promossi f'kull waħda minn dawn l-industriji ewlenin. Dawn huma stipulati fil-premessi (101) sa (106) u jinkludu, fost l-oħrajn, self preferenzjali, appoġġ għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni u appoġġ għall-politika fiskali.
(455) It-tieni dokument huwa l-Istrateġija Made in China 2025. Din hija strateġija nazzjonali li tiffoka fuq għaxar setturi ewlenin li jirċievu appoġġ u attenzjoni speċjali fil-perjodu sal-2025. L-appoġġ jingħata permezz ta' self minn banek tal-Istat fuq bażi mhux kummerċjali, kif ukoll eżenzjoni mill-konformità ma' ċerti standards u regolamenti, fost privileġġi oħrajn. L-industrija tal-batteriji Ċiniża hija parti mill-oqsma appoġġjati mill-istrateġija nazzjonali. Dan huwa evidenti mill-inklużjoni tas-silta li ġejja:
Tagħmir elettroniku: […] Tippromwovi l-iżvilupp ta' tagħmir ġdid tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, tagħmir avvanzat għall-ħażna tal-enerġija, u trażmissjoni u trasformazzjoni tal-enerġija ta' netwerk intelliġenti u tagħmir terminali tal-utent. L-innovazzjoni fit-teknoloġiji tal-manifattura u l-applikazzjoni għal komponenti u materjali ewlenin, inklużi mezzi elettroniċi ta' potenza għolja u materjal superkonduttiv ta' temperatura għolja u tissawwar il-kapaċità tal-industrijalizzazzjoni. (Kapitolu III, Taqsima VI, Subtaqsima 7).
(456) It-tielet dokument huwa t-13-il Pjan ta' Ħames snin għall-Industrija tar-Roti u r-Roti Elettriċi, li jelenka l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-iskemi ta' appoġġ ewlenin għall-industrija tar-roti u tar-roti elettriċi u l-industriji tal-komponenti ewlenin tagħhom, inkluża l-industrija tal-batteriji:
Tkompli tippromwovi l-iżvilupp ta' roti differenti, tad-ditta u ta' livell għoli fl-industrija, u gradwalment jiżdied il-proporzjon ta' nies li jivvjaġġaw bir-rota u l-proporzjon ta' roti ta' livell medju u ta' livell għoli; ir-realizzazzjoni tal-batterija tal-litju ħafifa u tar-roti elettriċi intelliġenti u t-titjib kostanti tas-sehem mis-suq ta' roti b'batterija tal-litju u l-proporzjon ta' roti elettriċi għall-esportazzjoni. (It-Taqsima V Il-kompiti ewlenin tal-iżvilupp tal-industrija matul it-13-il perjodu ta' 5 snin, Subtaqsima I tal-Pjan).
It-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni komprensiva ta' erba' komponenti elettriċi ewlenin, jiġifieri, kontrollur, batterija, mutur u ċarġer, bil-għan li tiġi żviluppata s-sistema elettrika effiċjenti, li tiffranka l-enerġija, sikura u affidabbli ta' rota elettrika. (Taqsima V, Subtaqsima II tal-Pjan).
Il-Pjan jipprevedi t-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni komprensiva ta' batterija tal-aċidu taċ-ċomb; l-applikazzjoni estiża tal-batterija tal-litju fir-roti elettriċi; ir-riċerka u l-iżvilupp ta' tipi ġodda ta' batterija għall-ħażna tal-enerġija. (Il-Punt 4 tat-Tabella 3 Innovazzjonijiet Teknoloġiċi Ewlenin tal-Industrija matul it-13-il perjodu ta' 5 snin).
(457) Ir-raba' dokument huwa t-12-il Pjan ta' Ħames snin għall-industrija tal-batteriji, adottat fl-2015 u għalhekk applikabbli matul il-bidu tal-perjodu li qed jiġi investigat:
Batterija tal-jon tal-litju: Inżidu l-użu ta' batteriji tal-jon tal-litju f'roti elettriċi, muturi elettriċi, karozzi tal-linja u vetturi elettriċi puri żgħar (inklużi vetturi elettriċi b'veloċità baxxa), inżidu s-sehem mis-suq tal-batteriji tal-enerġija tal-jon tal-litju u nagħmlu ħilitna sabiex naraw li jintużaw għodod bil-magna tat-tnax-il tarf b'batteriji tal-jon tal-litju sabiex jilħqu aktar minn 50 % tal-batterija totali għall-għodod elettriċi, u l-proporzjon tar-roti elettriċi b'batterija tal-jon tal-litju huwa ta' madwar 20 %. (Kapitolu V, Taqsima II).
Nippromwovu l-kooperazzjoni bejn il-batteriji u l-ktajjen industrijali upstream u downstream permezz tal-formazzjoni ta' alleanzi tal-industrija jew alleanzi ta' kollaborazzjoni teknika, bħal batteriji tal-enerġija tal-jon tal-litju u roti elettriċi, vetturi elettriċi, sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija u oqsma oħrajn ta' skambji u kooperazzjoni, norganizzaw ir-riċerka, intejbu t-teknoloġija tal-prodotti u nippromwovu l-promozzjoni u l-applikazzjoni. (Kapitolu VI Miżuri ewlenin u rakkomandazzjonijiet ta' politika, Taqsima I).
Nimplimentaw gwida politika u nistabbilixxu liġijiet u regolamenti rilevanti sabiex i) tippromwovi l-irtirar gradwali mis-suq ta' vetturi tqal li jniġġsu ħafna, u l-ħela tar-riżorsi tal-prodotti li jikkonsmaw l-enerġija, ii) gwida prodotti b'teknoloġija għolja lejn l-industrijalizzazzjoni, u iii) iżidu s-sehem tagħhom fis-swieq internazzjonali (Taqsima VI Subtaqsima V).
Huwa rrakkomandat li jiġu introdotti politiki industrijali li jinkoraġġixxu l-espansjoni ta' tipi ġodda ta' batteriji tal-enerġija (inklużi batteriji tal-jon tal-litju, batteriji tan-nikil tal-idroġenu, batteriji ġodda tal-aċidu taċ-ċomb, eċċ.) u ċelloli solari, bħal inċentivi fiskali u sussidji mill-gvern, sabiex tingħata promozzjoni lit-tnedija tas-suq u l-konservazzjoni tal-enerġija. Huwa rrakkomandat li tiġi introdotta politika ta' sussidju għar-roti elettriċi b'batterija tal-jon tal-litju sabiex tippromwovi l-popolarizzazzjoni tar-roti elettriċi b'batterija tal-jon tal-litju. (Kapitolu VI, Taqsima V).
(458) Il-ħames dokument huwa t-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-industrija tal-batterji adottat mill-Assoċjazzjoni taċ-Ċina dwar l-Industrija tal-Kimika u l-Enerġija Fiżika (China Chemical and Physical Power Industry Association) fit-18 ta' Jannar 2016:
Kompiti ewlenin u prijoritajiet tal-iżvilupp, Taqsima II Enfasi tal-iżvilupp tal-industrija tal-enerġija kimika matul it-13-il Pjan ta' Ħames Snin, Subtaqsima 2 Industrija tal-batterija tal-jon tal-litju u katina industrijali (Kapitolu V):
Aħna għandna nagħmlu ħilitna sabiex nespandu l-esportazzjonijiet tagħna f'kompetizzjoni ordnata (żieda annwali medja ta' 10 %) u nżommu l-iżvilupp veloċi tas-suq domestiku (żieda annwali medja ta' 20 %) bl-appoġġ tal-politiki favorevoli tal-Istat għal vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida; u nagħtu importanza u nippromwovu l-formazzjoni u l-iżvilupp ta' intrapriżi ultra-kbar (jew konsorzji ta' intrapriżi), nippromwovu l-innovazzjoni tal-intrapriżi fit-teknoloġija u l-prodotti, il-marki kummerċjali magħrufa u l-intrapriżi ta' livell għoli.
Inkomplu nappoġġjaw it-teknoloġiji ewlenin ta' materjali ewlenin u tagħmir ewlieni, intejbu l-kostruzzjoni tal-katina tal-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju mill-aktar fis possibbli, nappoġġjaw l-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju u t-titjib tal-prodotti u nnaqqsu l-ispejjeż.
Nippromwovu l-kooperazzjoni bejn il-batteriji u l-ktajjen industrijali upstream u downstream permezz tal-formazzjoni ta' alleanzi tal-industrija jew alleanzi ta' kollaborazzjoni teknika, bħal batteriji tal-jon tal-litju u roti elettriċi […]. (Kapitolu V Miżuri ewlenin u rakkomandazzjonijiet ta' politika, Taqsima I).
(459) Minbarra s-sorsi legali murija hawn fuq, il-Kummissjoni straħet fuq rapport dwar l-industrija Ċiniża tal-batteriji tal-litju għar-roti elettriċi (Yubo Zhiye Business Consulting). Ir-rapport (Analiżi fil-fond tal-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju għar-roti elettriċi fil-perjodu 2018-2023 u rapport ta' gwida dwar it- 13-il pjan ta' żvilupp ta' Ħames Snin'), disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kumpanija ta' Konsulenza (www.chinabgao.com), jikkonferma li l-industrija hija ssussidjata ħafna u li dawn is-sussidji jingħataw bil-għan li minnhom tibbenifika b'mod ġenerali l-industrija tar-roti elettriċi:
Inkomplu nappoġġjaw it-teknoloġiji ewlenin ta' materjali ewlenin u tagħmir ewlieni, intejbu l-kostruzzjoni tal-katina tal-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju mill-aktar fis possibbli, nappoġġjaw l-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju u t-titjib tal-prodotti u nnaqqsu l-ispejjeż. (Kapitolu II, Taqsima III, Subtaqsima III, Punt I).
Il-kooperazzjoni bejn il-batterija u l-katina industrijali upstream u downstream, bħal batterija tal-enerġija tal-jon tal-litju u rota elettrika, vettura elettrika u sistema ta' ġestjoni tal-provvista tal-enerġija, ser tiġi promossa permezz ta' alleanza industrijali jew alleanza ta' kooperazzjoni teknika. (Kapitolu II, Taqsima III, Subtaqsima III, Punt II).
Fil-preżent, il-kost għoli jrażżan l-iżvilupp tal-industrija tal-ħażna tal-enerġija, u s-suq qed jistenna sussidji politiċi għolja għall-industrija tal-ħażna tal-enerġija. Huwa mistenni li dan jiġi realizzat fl-industrija tal-batteriji tal-litju fuq perjodu ta' żmien medju u twil. (Kapitolu V, Taqsima III).
Appoġġ għal politiki nazzjonali: Il-gvernijiet statali u lokali appoġġjaw b'mod attiv l-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi u l-industrija tal-aċċessorji u introduċew għadd ta' politiki preferenzjali għall-iżvilupp tal-industriji relatati, li kkontribwixxew ħafna għall-iżvilupp tal-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju għal roti elettriċi. B'mod partikolari, l-iżvilupp mgħaġġel ta' roti elettriċi li jaħdmu bl-enerġija ġdida f'dawn l-aħħar snin jagħti wkoll appoġġ qawwi għall-iżvilupp tal-batterija tal-jon tal-litju tal-e-bikes fiċ-Ċina. (Kapitolu X, Taqsima III).
(460) Fil-qosor, dawn id-dokumenti jixhdu l-appoġġ tal-gvern għall-industrija tal-batteriji u jiddeskrivu wkoll il-miżuri ta' appoġġ disponibbli li minnhom setgħu jibbenifikaw f'dawn l-aħħar snin (finanzjament preferenzjali, ribassi/eżenzjoni tat-taxxa u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni). Barra minn hekk, huma jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu integrati aktar l-industriji tal-batteriji u tar-roti elettriċi permezz ta' kooperazzjoni u alleanzi avvanzati, filwaqt li jirrikonoxxu l-eżistenza ta' politika ta' sussidju għar-roti elettriċi b'batterija sabiex tippromwovi l-popolarizzazzjoni u l-esportazzjoni tar-roti elettriċi.
(461) Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-batteriji hija industrija appoġġjata li tista' tibbenifika minn diversi sussidji u l-iżvilupp tagħha huwa marbut mill-qrib ma' dak tal-industrija tar-roti elettriċi.
Inkarigu u direzzjoni
(462) Fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ, ma waslet ebda tweġiba għall-kwestjonarju mingħand il-fornituri ta' materjal ta' input u, għalhekk, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni kruċjali fir-rigward tas-suq domestiku tal-fornituri tal-batteriji. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku sabiex tistabbilixxi s-sejbiet tagħha fuq l-inkarigu. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni kienet tikkonsisti mill-pjanijiet tal-gvern kif deskritti fit-taqsima 3.1, l-informazzjoni miġbura mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-rigward tal-fornituri domestiċi tagħhom tal-batteriji, l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar is-CBA u l-membri tagħha u l-informazzjoni miġbura minn Bafang, l-uniku fornitur tal-inputs li kkoopera.
(463) Il-Kummissjoni sabet diversi sorsi legali li jindikaw il-fatt li l-GTĊ ħa azzjonijiet sabiex inaqqas il-kost tal-batteriji bil-għan li jagħti benefiċċju lill-industrija downstream tal-produtturi tar-roti elettriċi.
(464) L-ewwel dokument huwa t-13-il Pjan dwar ir-Roti. Il-pjan jiddikjara li ser jinkisbu skoperti f'sitt teknoloġiji ewlenin. Waħda minnhom hija t-titjib tal-prestazzjoni komprensiva ta' batterija tal-aċidu taċ-ċomb u batterija tal-jon tal-litju. Il-pjan jiffissa wkoll tliet objettivi kwantifikabbli:
Fir-rigward tas-sehem tal-batteriji tal-litju: il-perċentwal tar-roti b'batterija tal-litju fil-volum tal-produzzjoni totali tar-roti elettriċi jaqbeż it-30 %.
Fir-rigward tal-kost tal-batterija: Filwaqt li jinżamm il-proporzjon għoli tal-effiċjenza enerġetika ta' batterija tal-litju, isiru innovazzjonijiet fil-proċess tal-produzzjoni u l-materjali u jitbaxxa l-kost tal-produzzjoni tal-batteriji tal-litju.
Fir-rigward tal-prezz tal-batterija: Ikompli jittejjeb il-proporzjon tal-prestazzjoni tal-prezz ta' batterija tal-litju kważi sal-livell ta' batterija tal-aċidu taċ-ċomb.
(465) It-tieni dokument huwa t-13-il Pjan ta' ħames snin dwar il-Batteriji. Il-pjan jistabbilixxi diversi konnessjonijiet mal-industrija downstream u, b'mod partikolari, mar-rota elettrika, kif deskritt fil-premessa (458). Barra minn hekk, huwa jistabbilixxi wkoll konnessjoni bejn is-sussidjar tal-industrija tal-batteriji u l-industrija tar-roti elettriċi: Huwa rrakkomandat li tiġi introdotta politika ta' sussidju għar-roti elettriċi b'batterija tal-jon tal-litju sabiex tippromwovi l-popolarizzazzjoni tar-roti elettriċi b'batterija tal-jon tal-litju (Kapitolu V, Taqsima V).
(466) It-tielet dokument huwa r-rapport speċifiku tal-industrija dwar il-batteriji fil-premessa (459) li jiċċara li l-applikazzjonijiet ewlenin futuri tal-batteriji tal-jon tal-litju ser jiffokaw fuq għodod bil-magna, e-bikes elettriċi ħfief, vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida u sistemi għall-ħażna tal-enerġija (Kapitolu V, Taqsima II). Dan jiċċara l-fehim tal-Kummissjoni li l-industrija Ċiniża tar-roti elettriċi qed taqleb għal batteriji tal-litju. Dan ġie kkonfermat ukoll mit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.
(467) Ir-raba' dokument huwa L-Opinjonijiet dwar l-Implimentazzjoni tal-Promozzjoni Ulterjuri tal-Iżvilupp b'Saħħtu tal-Industrija tar-Roti fil-Belt Tagħna (The Implementation Opinions of Further Promoting Healthy Development of Bicycle Industry in Our City), li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Muniċipali tal-Ekonomija u t-Teknoloġija tal-Informatika ta' Tianjin. Skont id-dispożizzjonijiet inklużi fit-13-il Pjan dwar ir-Roti, l-Opinjonijiet jirrakkomandaw l-użu ta' batteriji domestiċi fil-produzzjoni ta' roti elettriċi u tnaqqis tal-kost tagħhom: Filwaqt li nistrieħu fuq il-batterija tal-litju ewlenija domestika u r-R&Ż materjali u intrapriżi tal-manifattura bħal Lishen, BAK u Gateway, aħna għandna nsaħħu r-R&Ż ta' batteriji tal-litju ta' prestazzjoni għolja, kost baxx, sikuri u affidabbli għar-roti elettriċi u t-teknoloġiji ta' sostenn relatati.
(468) Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, jidher ċar li l-politika mfassla mill-GTĊ tistabbilixxi konnessjoni bejn l-iżvilupp tal-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju u l-industrija tar-roti elettriċi. Barra minn hekk, il-politika tipprevedi wkoll li l-industrija tal-batteriji għandha tnaqqas il-kostijiet u l-prezzijiet tagħha, permezz ta' sussidji, bil-għan li tippromwovi l-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi. Dan juri b'mod ċar li, permezz ta' dawn il-politiki, il-GTĊ jafda u jagħti direzzjonijiet lill-produtturi tal-batteriji sabiex ibiegħuhom bi prezz baxx għall-benefiċċju tal-industrija tar-roti elettriċi downstream.
(469) Safejn huma kkonċernati l-fornituri tal-batteriji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbilixxiet fil-premessa (444) li l-membri tas-CBA li pprovdew batteriji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irrappreżentaw 33 % tal-kwantità domestika totali fornuta lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u 31 % tal-valur totali tax-xiri domestiku matul il-PI. Barra minn hekk, fil-premessa (383), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-membri tas-CBA, inklużi l-fornituri ta' parts, huma operaturi ewlenin subordinati li huma fdati sabiex jimplimentaw politika nazzjonali bil-għan li jintlaħqu l-objettivi usa' relatati mal-produzzjoni tar-roti elettriċi. Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, dan tqies bħala rappreżentattiv tas-sitwazzjoni fis-suq domestiku Ċiniż tal-batteriji.
(470) B'mod aktar speċifiku, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn kwalunkwe fornitur tal-manifattura tal-batteriji, il-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq l-informazzjoni miġbura minn Bafang, li biegħet batteriji fis-suq domestiku u għall-esportazzjoni. F'dan il-kuntest, l-investigazzjoni żvelat li hija kienet biegħet mudelli ta' batteriji ekwivalenti bi prezzijiet ferm aktar favorevoli (aktar baxxi) domestikament milli għall-esportazzjoni. Id-differenza kienet bejn 30 % u 50 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.
(471) Bosta partijiet iddikjaraw li l-bejgħ ta' batteriji minn Bafang ma setax jintuża bħala valur referenzjarju għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, Bafang mhuwiex produttur ta' batteriji. Fit-tieni, parti mill-batteriji esportati kif ukoll mibjugħa domestikament minn Bafang huma importati. Huma sostnew ukoll li l-paragun tal-prezzijiet ta' Bafang ma setax jintuża bħala valur referenzjarju għall-batteriji billi l-volum ta' batteriji mibjugħa minn Bafang kien baxx ħafna matul il-perjodu ta' investigazzjoni.
(472) F'dan ir-rigward, l-ewwel nett huwa fakkar li, fid-dawl ta' kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, kif imsemmi fit-taqsima 3.3.3 u peress li l-ebda manifattur tal-batteriji ma kkoopera, il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, tqies li l-fatti disponibbli; jiġifieri d-data relevanti li tikkonċerna lil Bafang kienet xierqa u raġonevoli. It-tieni, fid-dawl tal-politika u d-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-pjan tar-Roti, maħruġa minn CBA, li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni tal-prezzijiet tal-batteriji tal-litju u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi tar-roti elettriċi kif imsemmi fil-premessi (112), (113) u (464), ġie kkunsidrat li s-sors tal-provvista, jiġifieri jekk il-batteriji kinux prodotti internament, jew mixtrija domestikament jew saħansitra importati, kien irrilevanti. Dak li hu rilevanti għall-fini tal-investigazzjoni huwa d-differenza għall-produtturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat bejn bil-prezz issussidjat ta' batteriji effettivament imħallas u prezz rappreżentattiv tas-suq li kienu jħallsu fin-nuqqas ta' sussidjar. Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, dawn l-affermazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda.
(473) Dawn il-mudelli kienu ekwivalenti, hekk kif kienu identifikati bl-istess kodiċi ta' referenza tal-prodott intern u kellhom l-istess kapaċità f'mAH. Madankollu, id-differenza sostanzjali fil-prezz stabbilita bejn is-swieq domestiċi u tal-esportazzjoni għal mudelli ekwivalenti ma tistax tkun iġġustifikata. Bl-istess mod, fir-rigward tal-magni, ma kien hemm l-ebda informazzjoni fil-fajl li tispjega li l-livelli differenti tal-prezzijiet kienu dovuti għal kundizzjonijiet partikolari tas-suq fis-swieq differenti fejn inbiegħu l-batteriji. Tali ipoteżi kienet kontradetta b'mod partikolari mill-informazzjoni miġbura fl-investigazzjoni, jiġifieri li, bħala membru tas-CBA, Bafang hija subordinata għal din l-assoċjazzjoni u li t-13-il Pjan dwar ir-Roti, li jaffettwa direttament lis-CBA, jimmira li jtejjeb il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi ta' roti elettriċi kif imsemmi fil-premessi (112) u (113) ta' hawn fuq. Konsegwentement, sabiex tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tar-roti elettriċi, Bafang hija fdata jew mogħtija direzzjonijiet sabiex tbiegħ l-input bi prezzijiet orħos fis-suq domestiku, sabiex b'hekk il-produtturi esportaturi ta' roti elettriċi jkunu jistgħu joffru l-prodotti tagħhom bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-kompetituri tagħha fis-swieq tal-esportazzjoni, li għandhom iġibu l-magni bi prezzijiet mhux issussidjati. Billi jagħmlu dan, il-fornituri tal-batteriji jkunu qegħdin isegwu mġiba irrazzjonali li jbiegħu batteriji għal prezz aktar baxx fis-suq domestiku aktar milli jfittxu l-massimizzazzjoni tal-profitti tagħhom billi jbiegħu l-istess mudelli ta' batteriji fis-swieq tal-esportazzjoni bi prezzijiet sostanzjalment ogħla, sabiex b'hekk irendu profitt sostanzjalment ogħla. Konsegwentement, sabiex tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija, hija fdata sabiex tbiegħ l-input bi prezzijiet orħos fis-suq domestiku sabiex il-produtturi esportaturi ta' roti elettriċi jkunu jistgħu joffru l-prodotti tagħhom bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-kompetituri tagħha fis-swieq tal-esportazzjoni, li għandhom iġibu l-magni bi prezzijiet mhux issussidjati.
(474) Il-Yadea Group u Bafang affermaw li l-mudelli li huma mibjugħa domestikament u esportati mhumiex l-istess u li dawn il-mudelli jinkisbu minn fornituri differenti. Għalhekk, Bafang issuġġeriet li l-paragun għandu jsir biss abbażi ta' eżattament l-istess mudelli ta' batteriji li jkunu nkisbu minn fornitur wieħed, li l-prodotti tiegħu huma kemm esportati kif ukoll mibjugħa domestikament. Bafang ikkummentat ukoll li, billi tillimita l-paraguni għall-batteriji mibjugħa mill-fornitur indikat, xorta waħda jirriżultaw f'differenza sinifikanti bejn il-prezzijiet domestiċi u tal-esportazzjoni, għalkemm sensibbilment inqas bl-użu tal-mudelli mill-fornituri l-oħra kollha.
(475) F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li dan il-paragun sar għal prodotti li għandhom l-istess numru ta' referenza intern għal Bafang. Bħala konsegwenza ta' dan, kien ikkunsidrat li dawn il-mudelli kienu simili speċjalment minħabba l-fatt li huma għandhom l-istess kapaċità ta' enerġija. Il-fatt li paragun ibbażat fuq mudelli akkwistati minn eżattament l-istess sors xorta waħda jirriżulta f'differenza sinifikanti fil-prezz instab li kien irrilevanti. Għal dawn ir-raġunijiet, l-affeermazjonijiet ta' hawn fuq ġew miċħuda.
(476) Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ qed jafda jew jagħti direzzjonijiet lill-produtturi Ċiniżi tal-batteriji sabiex jipprovdu dan l-input b'rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata lill-produtturi domestiċi tar-roti elettriċi.
(477) Wara l-iżvelar, Giant ippreżenta l-argument li skont l-Entità ta' Appekk tad-WTO fl-Istati Uniti – Investigazzjoni dwar id-dazju kumpensatorju fuq DRAMs, is-sempliċi dikjarazzjoni ta' politika ma tistax tikkostitwixxi inkarigu jew direzzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim SCM. Barra minn dan, inkarigu u direzzjoni – permezz tal-għoti ta' responsabbiltà lil xi entità privata, jew l-eżerċizzju tal-awtorità fuqha – jimplikaw rwol aktar attiv milli sempliċi atti ta' inkoraġġiment. Il-Bord tal-Appell ikkonkluda li l-evidenza ta' inkarigu jew direzzjoni ta' entità privata tkun tinvolvi xi forma ta' theddid jew forza. Barra minn dan, Giant irreferiet ukoll għall-Bord tad-WTO fl-Istati Uniti – Restrizzjonijiet għall-Esportazzjoni, li nnota li kemm l-att tal-inkarigu u dak tal-għoti tad-direzzjoni għalhekk bilfors iġorru magħhom it-tliet elementi li ġejjin: (i) azzjoni espliċita u affermattiva, kemm jekk delega jew kmand; (ii) indirizzata lil xi parti partikolari; kif ukoll (iii) l-objettiv tal-azzjoni jkun kompitu jew dmir partikolari. Is-sempliċi superviżjoni jew l-eżerċizzju ta' poteri regolatorji ġenerali għalhekk ma humiex biżżejjed biex jinstabu l-inkarigu u d-direzzjoni.
(478) F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-konklużjoni tal-Kummissjoni mhix ibbażata biss fuq sempliċi dikjarazzjoni ta' politika li hija spjegata fit-Taqsima 3.1. Hija bbażata wkoll fuq ir-rwol tas-CBA, li, bħala assoċjazzjoni li tiġbor fi ħdanha mhux biss lill-produtturi tar-roti iżda wkoll lill-manifatturi tal-magni, hija ssorveljata u ggwidata mill-ogħla awtorità Ċiniżi, jiġifieri l-Kunsill tal-Istat. Barra minn hekk, huwa mfakkar ukoll li l-membri tas-CBA huma marbuta li jimplimentaw ir-riżoluzzjonijiet tiegħu u għaldaqstant, kienu kkunsidrati bħala subordinati. F'dan ir-rigward qiegħed jitfakkar li s-CBA ħareġ it-13-il Pjan dwar ir-Roti bl-għan tabilħaqq li tittejjeb il-prestazzjoni fejn tidħol esportazzjoni ta' prodotturi li jesportaw ir-roti elettriċi kif imsemmi fil-premessi (112) u (113). Il-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq huma appoġġati wkoll minn bosta siltiet tar-rapport speċifiku dwar l-industrija tal-batteriji elenkati fil-premessa (459) u b'mod aktar ġenerali fil-premessi (464) sa (467), li juru li l-appoġġ lis-settur tal-batteriji huwa funzjonali għall-pożizzjoni tiegħu fil-katina tal-provvista ta' roti elettriċi. Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(479) Giant ikkunsidrat ukoll li l-Kummissjoni kienet qalbet l-oneru tal-prova u rreferiet għall-kooperazzjoni parzjali tal-GTĊ fir-rigward il-konklużjonijiet li saru. Giant enfasizzat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-Kummissjoni u li l-Kummissjoni ma wrietx li l-provvista ta' batteriji għar-roti elettriċi hija prassi li normalment tkun tal-gvern.
(480) Bl-istess mod tal-konklużjoni li saret fil-premessa (415), huwa kkunsidrat li anke fil-każ tal-batteriji, il-provi disponibbli, li huma bbażati fuq fatti disponibbli, huma biżżejjed biex juru inkarigu u direzzjoni. Huwa mfakkar ukoll li l-GTĊ ma qajjem l-ebda kumment jew ma ppreżenta l-ebda informazzjoni ulterjuri wara li ġie infurmat li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni tapplika l-fatti disponibbli fir-rigward tal-forniment ta' inputs għal rimunerazzjoni inqas minn adegwata. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni qieset li hija ma qalbitx l-oneru tal-prova. Din l-affermazzjonijiet kellha għalhekk tiġi miċħuda.
Sussidjar tal-produtturi tal-batteriji
(481) Il-Kummissjoni l-ewwel tfakkar li, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ, hija kellha tistabbilixxi l-kostatazzjonijiet tagħha abbażi tal-fatti disponibbli, li kienu jikkonsistu mill-politiki tal-gvern fit-taqsima 3.7.3.2 u mir-rapport speċifiku tal-industrija pprovdut mill-ilmentatur u l-informazzjoni pprovduta mill-uniku fornitur tal-batteriji li kkoopera, li wieġeb għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni.
(482) Il-Kummissjoni nnotat fil-premessi (453) u (454) li l-industrija tal-batteriji hija elenkata fil-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija Ħafifa bħala l-industrija prinċipali u dan il-pjan jidentifika għadd ta' miżuri ta' politika fil-forma ta' appoġġji amministrattivi, tas-suq, finanzjarji u fiskali disponibbli għat-tali industriji ewlenin.
(483) Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (459), ir-rapport speċifiku għall-industrija tal-batteriji fih evidenza li din l-industrija rċeviet politiki preferenzjali.
(484) Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-batteriji rċevew sussidji f'diversi forom.
(485) Bosta partijiet ikkummentaw billi rreferew l-Artikolu 14(d) tal-Ftehim WTO SCM kif ukoll l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku dwar l-adegwatezza tar-remunerazzjoni li għandha tiġi stabbilità f'relazzjoni mal-kondizzjonijiet tas-suq prevalenti għal-prodott jew servizz inkwistjoni fil-pajjiż tal-forniment jew tax-xiri. Fi kliem ieħor, li l-parametru referenzjarju wżat jenħtieġ li jirrelata mal-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq Ċiniż; jew fuq il-bażi tal-patti u l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq ta' pajjiż ieħor jew fis-suq dinji li huma disponibbli għar-reċipjent.
(486) Il-Kummissjoni sabet li l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq fir-RPĊ kienu distorti minħabba l-politiki nazzjonali u settorjali applikabbli, implimentati mill-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni kruċjali dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-batteriji fiċ-Ċina u dwar aġġustamenti possibbli li riedu jsiru. Sa fejn jolqot il-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq ta' pajjiż ieħor jew fis-suq dinji, tali informazzjoni ma kinitx disponibbli f'livell ta' dettall biżżejjed li jkun jippermetti tqabbil sinifikanti. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq l-informazzjoni disponibbli. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq Ċiniż ma kinux jiġġustifikaw xi aġġustamenti u kkalkulat l-parametru referenzjarju bl-użu tal-metodoloġija deskritta fil-premessa (495).
(487) Giant u l-GTĊ iddikjaraw li l-approċċ tal-Kummissjoni kiser l-Artikoli 1.1(b), 10 u 32.1 tal-Ftehim WTO SCM, billi l-Kummissjoni ma tistax tevita l-obbligu tagħha li tikkonkludi li l-manifatturi huma inkarigati jew ordnati. Għal dan, Giant argumentat li l-Kummissjoni trid: (1) tanalizza jekk kienx hemm sussidji mogħtija lill-manifatturi; (2) tanalizza jekk il-batteriji kinux nxtraw bi prezz ta' distakkament; (3) tikkalkula kemm mis-sussidji ġew ittrasferiti.
(488) F'dan ir-rigward, huwa kkunsidrat li l-konklużjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq biżżejjed raġunijiet dettaljati. Sa fejn huma kkonċernati l-kummenti ta' Giant, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ u li fornitur wieħed biss ikkoopera fuq l-inizjattiva tiegħu stess, hija ma kellhiex informazzjoni kruċjali. Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u tal-analiżi li l-Kummissjoni wettqet, kien ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet biex tikkonkludi dwar l-inkarigu u d-direzzjoni kienu sodisfatti. Għal dak li jirrigwarda t-trasferiment, billi l-analiżi tal-Kummissjoni kopriet l-inkarigu u d-direzzjoni tal-fornituri ta' batteriji biex jipprovdu batteriji lil produtturi tar-roti elettriċi għal anqas minn remunerazzjoni adegwata u mhux is-sussidji riċevuti mill-fornituri ta' batteriji, din it-talba tqieset irrilevanti u għalhekk ġiet miċħuda.
Speċifiċità
(489) Kif intwera fil-premessi minn (452) sa (474), diversi dokumenti legali li huma speċifikament immirati għall-kumpaniji fis-settur tar-roti elettriċi, jidderieġu lill-fornituri tal-input biex jipprovdu batteriji għal anqas minn remunerazzjoni adegwata għall-industrija tar-roti elettriċi. Fuq il-bażi ta' dawn id-dokumenti, qiegħed jintwera li l-fornituri tal-input jipprovdu biss batteriji lil għadd limitat ta' industriji / intrapriżi li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ.
(490) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta' forniment ta' batteriji għal anqas minn remunerazzjoni adegwata mhumiex ġeneralment disponibbli iżda huma speċifiċi fl-ambitu tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ppreżentat evidenza li tissuġġerixxi li tali forma ta' sussidji hija bbażata fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.
Benefiċċju
(491) Il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun xtraw batteriji lokalment mingħand kumpaniji mhux relatati iżda importaw ukoll xi kwantitajiet.
(492) Fid-dawl ta' dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, l-ebda fornitur ta' manifattura ta' batteriji ma pprovda informazzjoni lill-Kummissjoni billi wieġeb għall-kwestjonarju speċifiku maħsub għall-fornituri ta' input fiċ-Ċina. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku sabiex jiġi ddeterminat il-livell tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li xtraw il-batteriji fis-suq domestiku. Il-fatti disponibbli kienu jikkonsistu fl-informazzjoni miġbura mingħand l-uniku fornitur ta' batteriji li kkoopera fl-investigation. Kif spjegat fil-premessa (470), Bafang, bħala operatur subordinat inkarigat biex jimplimenta politika nazzjonali, biegħ il-batteriji bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi fis-suq domestiku tiegħu milli għall-dak tal-esportazzjoni. Bħala konsegwenza l-produtturi esportaturi Ċiniżi gawdew minn batteriji mibjugħa b'remunerazzjoni anqas milli adegwata.
(493) Bosta partijiet iddikjaraw li skont l-Artikoli 2(a) u 2(b) tar-Regolament Bażiku il-gvern biss huwa eliġibbli li jkun il-fornitur ta' sussidju. Billi Bafang hija kumpanija privata, ma tistax titqies bħala l-gvern, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(b) u għalhekk ma tistax tkun fornitur ta' sussidji.
(494) F'dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li dan il-kumment ma kienx rilevanti fid-dawl tal-konklużjoni milħuqa fil-premessa (476); jiġifieri li l-fornituri tal-batteriji lill-produtturi ta' roti elettriċi huma inkarigati u ordnati mill-GTĊ sabiex jipprovdu dan l-input għal remunerazzjoni anqas milli adegwata.
Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(495) Il-benefiċċju għall-kumpaniji fil-kampjun kien għalhekk ikkalkulat billi jitqabblu l-prezzijiet lokali u dawk tal-esportazzjoni lil klijenti mhux relatati li Bafang ħadet matul il-PI. Sar aġġustament biex jittieħed kont ta' differenzi fil-kostijiet tat-trasport u tal-importazzjoni. Dan il-paragun sar għall-bejgħ ta' mudelli identiċi u rriżulta f'differenza fil-prezz ta' bejn it-30 % u l-50 % fil-PI. Il-perċentwal ikkalkulat kien applikat għall-prezzijiet imħallsa mill-produtturi esportaturi fil-kampjun għall-batteriji mixtrija minn fornituri lokali Ċiniżi.
(496) Giant sostniet li ma hemm l-ebda rabta bejn il-batteriji mixtrija lokalment u r-roti elettriċi esportati lejn l-UE.
(497) F'dan ir-rigward, huwa kkunsidratli l-benefiċċju ddefinit fil-premessi minn (491) sa (494)huwa ta' vantaġġ għall-produtturi esportaturi ta' roti elettriċi li jixtru batteriji domestiċi b'remunerazzjoni anqas milli adegwata u mhuwiex relatat ma' mudelli speċifiċi ta' roti elettriċi mibjugħa. Għalhekk, ġie konkluż li Giant Group irċieva benefiċċju meta xtara lokalment magni bi prezzijiet distorti minħabba l-inkarigu u d-direzzjoni tal-GTĊ deskritti fil-premessi minn (462) sa (476). Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(498) Sa fejn l-aġġustamenti huma kkonċernati, Bafang sostniet li l-kostijiet ta' trasport relatati ma' roti elettriċi ma setgħux ikunu parametru referenzjarju xieraq għat-trasport ta' batteriji u talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar dettalji dwar il-kalkoli magħmula.
(499) B'segwitu għal dawn il-kummenti, il-Kummissjoni pprovdiet żvelar addizzjonali finali lill-parti kkonċernata li pprovdiet informazzjoni addizzjonali. Fi kwalunkwe każ, kien ikkunsidrat li l-informazzjoni mitluba kienet ta' natura kunfidenzjali u li ċ-ċifri speċifiċi għall-kumpanija ma setgħux jiġu żvelati. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li din it-talba ma kienet appoġġata minn ebda evidenza. F'dan ir-rigward ma ġie riċevut ebda kumment.
(500) Xi partijiet interessati oħra allegaw li d-data ta' Bafang ma kinetx parametru referenzjarju xieraq fil-każ tagħhom billi dawn ma kienu xtraw l-ebda batteriji minn Bafang.
(501) F'dan ir-rigward, huwa nnotat li, fid-dawl tal-kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ u fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn kwalunkwe fornitur ieħor ta' batteriji, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli; jiġifieri, l-informazzjoni pprovduta minn Bafang, li l-Kummissjoni setgħet tivverifika. Fuq it-tali bażi, it-talba ġiet miċħuda.
(502) Tabella 4 Forniment ta' batteriji għal rimunerazzjoni anqas milli adegwata
L-ammont tas-sussidju stabbilità fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun jammonta għal: Kumpanija / Grupp Rata tas-Sussidju Bodo Vehicle Group 6,91 % Giant Group 0,38 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 5,51 % Suzhou Rununion Motivity 8,97 % Yadea Group 2,74 %
Għoti ta' drittijiet tal-użu tal-art (LUR, land use rights) għal rimunerazzjoni anqas milli adegwata Introduzzjoni
(503) L-art kollha fir-RPĊ hija proprjetà tal-Istat jew ta' kollettività ta' villaġġi jew bliet żgħar ikkostitwiti, qabel ma t-titolu ġuridiku jew ekwitabbli tal-art ikun jista' jingħata privattiva jew jingħata lil sidien korporattivi jew individwali. Il-biċċiet ta' art kollha f'zoni urbanizzati huma proprjetà tal-Istat u l-biċċiet ta' art kollha f'żoni rurali huma proprjetà tal-irħula jew tal-bliet żgħar fihom.
(504) Skont il-liġi kostituzzjonali tar-RPĊ u l-Liġi dwar l-Artijiet, il-kumpaniji u l-individwi jistgħu madankollu jixtru drittijiet għall-użu tal-art. Għal art industrijali, il-kera hija normalment ta' 50 sena, u tiġġedded għal perjodu ieħor ta' 50 sena.
(505) Skont il-GTĊ, mill-31 ta' Awwissu 2006, permezz tal-Artikolu 5 tan-Notifika tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tisħiħ tar-Regolamentazzjoni tal-Art (GF [2006] Nru 31), titolu għal art industrijali jista' jingħata biss mill-Istat lil intrapriżi industrijali permezz ta' offerta jew ta' proċess simili ta' offerti pubbliċi fejn il-prezz finali miftiehem ma jridx ikun inqas mill-prezz minimu tal-offerta. Il-GTĊ huwa tal-fehma li fir-RPĊ hemm suq ħieles għall-art u li l-prezz imħallas minn intrapriża industrijali għat-titolu ta' twellija tal-art jirrifletti l-prezz tas-suq.
Bażi ġuridika
(506) Id-dispożizzjoni tad-dritt tal-użu tal-art fiċ-Ċina taqa' taħt il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Barra minn hekk, id-dokumenti segwenti huma wkoll parti mill-bażi legali:
Il-liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Amministrazzjoni tal-Proprjetà Immobbli Urbana (Ordni tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 18);
Ir-Regolamenti interim tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li Jirrigwardaw l-Għoti u t-Trasferiment tad-Dritt għall-Użu ta' Art tal-Gvern fiż-Żoni Urbani;
Ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Ordni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina [2014] Nru 653);
Id-dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta' Art tal-Gvern għall-Kostruzzjoni permezz ta' Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni;
In-notifika tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tisħiħ tar-Regolamentazzjoni tal-Art (GF [2006] Nru 31).
Is-sejbiet tal-investigazzjoni
(507) Skont l-Artikolu 10 tad-Dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta' Art għall-Kostruzzjoni tal-Istat permezz ta' Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni, l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezzijiet tal-art skont is-sistema tal-evalwazzjoni tal-art urbana, li tiġi aġġornata kull tliet snin biss, u l-politika industrijali tal-gvern.
(508) F'investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet imħallsa għal-Drittijiet għall-Użu tal-Art (LUR) fir-RPĊ ma kinux rappreżentattivi ta' prezz tas-suq iddeterminat mill-provvista u d-domanda tas-suq ħieles, billi s-sistema tal-irkant instabet li ma kinitx ċara, ma kinitx trasparenti u ma kinitx qed tiffunzjona fil-prattika, u nstab li l-prezzijiet kienu stabbiliti b'mod arbitrarju mill-awtoritajiet. Kif issemma fil-premessa preċedenti, l-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta' Evalwazzjoni tal-Art Urbana li, fost kriterji oħrajn, tagħtihom struzzjonijiet sabiex jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali, jiġifieri għotja eż. aċċess preferenzjali għal art industrijali li tappartjeni lil xi industriji.
(509) L-investigazzjoni attwali ma wriet ebda tibdil notevoli f'dan ir-rigward. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kien għadda minn proċess ta' offerti jew minn proċess simili ta' offerti pubbliċi għal kwalunkwe wieħed mil-LURs, lanqas għad-drittijiet tiegħu għall-użu tal-art miksuba riċentament. L-LURs miżmuma mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kienu allokati mill-awtoritajiet lokali bi prezzijiet negozjati.
(510) Minbarra s-sistema ta' monitoraġġ tal-art urbana hemm ukoll sistema dinamika ta' monitoraġġ tal-art. Fir-reviżjoni tal-iskadenza tal-Panelli Solari li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet fid-sistema dinamika ta' monitoraġġ tal-art huma ogħla mill-prezzijiet ta' referenza minimi stabbiliti mis-sistema ta' evalwazzjoni tal-art urbana u użati mill-gvernijiet lokali, minħabba li dawn tal-aħħar kienu aġġornati biss kull tliet snin, filwaqt li l-prezzijiet tal-monitoraġġ dinamiku kienu aġġornati kull tliet xhur. Madankollu, fl-investigazzjoni attwali bħal fir-rieżami ta' skadenza msemmija hawn fuq, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' prezzijiet tal-art li jkunu bbażati fuq il-prezzijiet tal-monitoraġġ dinamiku. Il-GTĊ, waqt il-verifika dwar il-panelli solari, kien ikkonferma li s-sistema ta' monitoraġġ dinamiku tal-prezz tal-art timmonitorja l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-prezz tal-art f'ċerti żoni (jiġifieri l-105 ibliet Ċiniżi) fir-RPĊ u hija ddisinjata biex tevalwa l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-art. Madankollu, il-prezzijiet inizjali fl-offerti u l-irkanti kienu bbażati fuq il-parametri referenzjarji stabbiliti mis-sistema tal-evalwazzjoni tal-art. Barra minn hekk, fil-każ inkwistjoni, il-gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun irċevew il-biċċiet ta' art tagħhom permezz ta' allokazzjoni diretta. Għalhekk, il-fatt li din is-sistema tal-aħħar kienet teżisti kien irrilevanti billi ma kinitx tapplika għall-produtturi esportaturi fil-kampjun.
(511) Il-Kummissjoni sabet li wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kien rċieva rifużjonijiet mill-awtoritajiet lokali bħala kumpens għall-prezzijiet li kien ħallas għall-parti mil-LURs tiegħu u li produttur esportatur ieħor fil-kampjun ma ħallasx l-ammont sħiħ ta' LUR.
Konklużjoni
(512) Is-sejbiet ta' din l-investigazzjoni juru li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-provvista u l-akkwist tal-art fir-RPĊ mhijiex trasparenti u li l-prezzijiet ġew stabbiliti b'mod arbitrarju mill-awtoritajiet.
(513) Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet sostnew li l-konklużjoni ta' hawn fuq kienet ibbażata prinċipalment fuq is-sejbiet fl-investigazzjonijiet preċedenti, u l-Kummissjoni ma wriet ebda evidenza biex turi li s-sitwazzjoni kienet l-istess bħal din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li hija sabet evidenza kif deskritt fil-premessi minn (509) sa (511) hawn fuq, li appoġġaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet preċedenti kienu għadhom validi. Barra minn hekk, ma kienet ippreżentata l-ebda evidenza ġdida biex issostni l-oppost. Fuq din il-bażi, dawn it-talbiet tagħhom kellhom jiġu miċħuda. Għaldaqstant, l-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-art mill-GTĊ jenħtieġ li jitqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta' provvista ta' prodotti li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. Kif ġie spjegat fil-premessi minn (507) sa (510) ta' hawn fuq, ma hemm l-ebda suq funzjonanti għall-art fir-RPĊ u l-użu ta' valur referenzjarju estern (ara l-premessi minn (517) sa (527) hawn taħt) juri li l-ammont li l-produtturi esportaturi fil-kampjun ħallsu għad-drittijiet għall-użu tal-art huwa ferm inqas mir-rata normali tas-suq. Fil-kuntest ta' aċċess preferenzjali għall-art industrijali għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, il-prezz stabbilit mill-awtoritajiet lokali jrid iqis il-politika industrijali tal-gvern, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (508). F'din il-politika industrijali, kif deskritt fil-premessa (101) l-industrija tar-roti elettriċi hija meqjusa bħala industrija prinċipali tal-Industrija Ħafifa Ċiniża. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat titlob li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw li l-art tiġi pprovduta biex tinċentiva lill-industriji. L-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Nru 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma ristretti ma jkollhomx aċċess għad-drittijiet għall-użu tal-art. Minn dan isegwi li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4 (2)(c) tar-Regolament bażiku għaliex l-għoti preferenzjali ta' art huwa limitat għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji u l-prattiki tal-gvern f'dan il-qasam mhumiex ċari u mhumiex trasparenti.
(514) Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet qalu li l-Kummissjoni ma sostanzjatx id-determinazzjoni tagħha tal-ispeċifiċità fuq il-bażi ta' evidenza pożittiva li turi li l-industrija tar-roti elettriċi hija fost dawk l-industriji li jiksbu LUR b'rati preferenzjali.
(515) F'dan ir-rigward, issir referenza għall-premessa (129) u għad-Deċiżjoni 40 b'mod partikolari fejn il-politiki preferenzjali fuq l-art jenħtieġ li jiġu implimentati għal proġetti inċentivati. Kif deskritt fil-premessa (100) r-rota elettrika hija industrija ewlenija. Kien ukoll suġġett għat-13-il Pjan tar-Roti maħruġ mis-CBA li min-naħa tagħha hija taħt il-gwida u s-superviżjoni tal-Kunsill tal-Istat. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-industrija tar-roti elettriċi hija waħda mill-industriji li kisbet LUR b'rati preferenzjali. Dan ġie kkonfermat ukoll mis-sejbiet tal-investigazzjoni kif ipprovdut fil-premessi minn (507) sa (511). Barra minn hekk, l-industrija tar-roti kienet diġà ġiet indikata bħala industrija inċentivata sa mill-11-il Pjan ta' Ħames Snin tar-Roti, fejn it-tkabbir tal-volum ta' produzzjoni (output) għal roti u roti elettriċi, kien appoġġjat. Ir-referenzi għat-titjib u t-tisħiħ tal-industrija tar-roti elettriċi dehru wkoll f'artikolu rilevanti ppubblikat miċ-China Bicycles Association li tiġbor fil-qosor l-għanijiet ta' żvilupp stabbiliti fl-ispirtu tal-11-il Pjan ta' Ħames Snin tar-Roti. Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(516) Konsegwentement, dan is-sussidju kien meqjus kumpensabbli.
Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju
(517) Bħal f'investigazzjonijiet preċedenti u skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-art mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (Tajpej Ċiniża) ntużaw bħala parametru referenzjarju estern. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ġabbret l-informazzjoni rigward il-prezzijiet tal-artijiet industrijali mis-sit web uffiċjali (http://lvr.land.moi.gov.tw/login.action) stabbiliti mill-Ministeru tal-Intern tat-Tajwan għall-parks industrijali ewlenin ta' sitt ibliet li jinsabu fuq il-kosta tal-punent tal-gżira ta' Tajwan inklużi l-ibliet ta' Taipei, New Taipei, Taoyuan, Taichung, Tainan, u Kaohsiung. It-tagħrif mogħti fil-bażi tad-data tal-Ministeru tal-Intern jirreferi għal prezzijiet tat-tranżazzjoni reali aktar milli offerti għal art industrijali.
(518) Wara d-divulgazzjoni waħda mill-partijiet ikkummentat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tagħżel parametru referenzjarju estern xieraq għall-prezzijiet tal-artijiet billi naqset li twettaq analiżi speċifika għall-każ tal-fatti pertinenti għal postijiet rispettivi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-Kummissjoni ma laqgħetx il-kumment u nnutat li kif ġie deskritt fil-premessa (517) l-għażla tagħha ġiet ibbażata fuq sitt distretti fejn jinsabu l-aktar parks industrijali Tajwaniżi. Billi l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun jinsabu f'żoni industrijali fiċ-Ċina, il-fattur tal-post ġie kkunsidrat. Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(519) Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jiġi kkalkulat billi tiġi kkunsidrata d-differenza bejn l-ammont effettivament imħallas minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun (jiġifieri l-prezz effettiv imħallas kif iddikjarat fil-kuntratt u, meta applikabbli, il-prezz iddikjarat fil-kuntratt imnaqqas bl-ammont ta' rifużjonijiet / għotjiet mill-gvern lokali) għad-drittijiet għall-użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas fuq il-bażi tal-parametru referenzjarju ta' Tajpej Ċiniża.
(520) Il-Kummissjoni tqis lil Tajpej Ċiniża bħala valur referenzjarju estern xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:
il-livell paragunabbli ta' żvilupp ekonomiku, PDG u lstruttura ekonomika f'Tajpej Ċiniża u fil-parti l-kbira mill-provinċji u l-ibliet fir-RPĊ fejn huma bbażati l-produtturi esportaturi fil-kampjun;
il-prossimità fiżika tar-RPĊ u ta' Tajpej Ċiniża;
il-livell għoli ta' infrastruttura industrijali kemm f'Tajpej Ċiniża kif ukoll f'ħafna provinċji tar-RPĊ;
ir-rabtiet ekonomiċi u l-kummerċ transfruntier b'saħħithom li jeżistu bejn Tajpej Ċiniża u r-RPĊ;
id-densità għolja tal-popolazzjoni f'ħafna mill-provinċji tar-RPĊ u f'Tajpej Ċiniża;
ix-xebh bejn it-tip ta' art u t-tranżazzjonijiet użati għat-tiswir tal-valur referenzjarju rilevanti f'Tajpej Ċiniża u dawk tar-RPĊ; u
l-karatteristiċi demografiċi, lingwistiċi u kulturali komuni bejn Tajpej Ċiniża u r-RPĊ.
(521) Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li dan il-parametru referenzjarju huwa sors affidabbli ta' data aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.
(522) Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet qalu li t-Tajpej Ċiniża ma kinitx xierqa bħala parametru referenzjarju estern. Huma sostnew li x-xebh u r-rabta bejn ir-RPĊ u Tajpej Ċiniża deskritti fil-premessa (520), jirriflettu s-sitwazzjoni fi snin riċenti biss minflok is-sena meta nxtara d-dritt tal-użu tal-art.
(523) F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-valur referenzjarju kkalkulat ġie aġġustat biex jirrifletti l-bidliet matul iż-żmien b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-PGD u l-inflazzjoni, kif deskritt fil-premessa (527) hawn taħt. Konsegwentement, il-fatt li xi drittijiet tal-użu tal-art inkisbu f'passat remot kien diġà ttieħdet inkunsiderazzjoni.
(524) Parti interessata ddikjarat li t-Tajlandja tkun aktar xierqa mit-Tajpej Ċiniża minħabba komparabilità aħjar tal-iżvilupp ekonomiku u d-densità tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, din iddikjarat li t-Tajlandja għandha grad għoli ta' infrastruttura industrijali. Wara kunsiderazzjoni tat-talba l-Kummissjoni qieset li l-għażla ta' Tajpej Ċiniża bħala parametru referenzjarju estern xieraq kienet ibbażata fuq l-eżami ta' diversi fatturi elenkati fil-premessa (520) li ġġustifika l-għażla tagħha bħala parametru referenzjarju validu. Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(525) Barra minn hekk, parti oħra ddikjarat li l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit parametru referenzjarju ta' barra mill-pajjiż għal prezzijiet tal-użu tal-art kienet żbaljata u ssuġġeriet l-użu tal-Indja minflok tat-Tajpej Ċiniża għar-raġunijiet li ġejjin:
Il-prezzijiet tal-art industrijali nġabru minn għadd kbir ta' oqsma industrijali differenti fl-istati ta' Bihar, Maharashtra u Tamil Nadu,
Dawn it-tliet stati huma industrijalizzati ħafna u juru livell għoli ta' żvilupp ekonomiku u infrastruttura industrijali simili lejn iċ-Ċina
Dawn it-tliet stati huma ġeografikament qrib xulxin u lejn iċ-Ċina,
Hemm rabtiet ekonomiċi u kummerċ transfruntier stabbiliti sew bejn l-Indja u ċ-Ċina,
It-22 belt Ċiniża għandhom densitajiet tal-popolazzjoni simili għall-bliet Ċiniżi industrijalizzati,
Fl-aħħar nett, id-data dwar il-prezzijiet tal-art industrijali hija pubblikament disponibbli fl-Indja.
(526) It-talba ta' din il-parti injorat element kruċjali fl-analiżi tagħha, jiġifieri l-livell ta' żvilupp ekonomiku ta' dawn il-provinċji. Skont sorsi pubbliċi, il-livell ta' PDG per capita ta' dawn il-provinċji Indjani huwa inferjuri ħafna minn dak tal-bliet / provinċji fejn huma bbażati l-produtturi esportaturi. Bħala kwistjoni ta' fatt, il-PDG per capita ta' Maharastra, li huwa l-ogħla fost it-tliet provinċji kkwotati, ammonta biss għal USD 2500 fl-2017-2018 filwaqt li l-inqas livell misjub għall-produtturi esportaturi Ċiniżi ammonta għal USD 7932 għal Jinhua fl-2012. L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-PDG per capita għal Kunshan, li ġie elenkat bħala n-Nru 1 tal-ibliet kollha fil-livell ta' kontea Ċiniżi fl-2016 ammonta għal aktar minn USD 20000. Meta jitqies dak ta' hawn fuq u l-fatturi elenkati fil-premessa (520), din it-talba kellha tiġi miċħuda.
(527) Il-Kummissjoni kkalkolat il-medja ponderata tal-prezz tal-art ibbażata fuq it-tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' art fis-sitt ibliet elenkati fil-premessa (517). Din id-data kienet disponibbli biss minn Awwissu 2013 'il quddiem. Għall-perjodu li jibda wara din id-data, il-Kummissjoni użat għalhekk il-prezzijiet attwali mill-Ministeru tal-Intern Tajwaniż. Għal-LURs miksuba qabel din id-data, il-prezzijiet storiċi nbnew fuq l-evoluzzjoni tal-PDG u l-inflazzjoni fit-Tajwan, kif kien il-każ f'investigazzjonijiet preċedenti. B'mod partikolari, il-Kummissjoni kkoreġiet il-prezz medju ponderat tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan permezz tar-rata tal-inflazzjoni u tal-PGD fi prezzijiet kurrenti f'USD għat-Tajwan kif ippubblikat mill-FMI għall-2015.
(528) Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet qalu li l-metodu wżat mill-Kummissjoni sabiex tikkalkola l-prezzijiet tal-art storika ma rriflettiex ir-rata normali tas-suq. Huma sostnew li l-Kummissjoni ma bbażatx ruħha fuq provi li l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-art segwa xejra simili bħal dik tal-PGD u l-inflazzjoni. Madankollu, din it-talba ma ġiet sostnuta minn l-ebda evidenza. Għaldaqstant din kellha tiġi miċħuda.
(529) Żewġ partijiet interessati sostnew ukoll li huma ma rċevew l-ebda benefiċċju mil-LUR billi (i) l-kera kienet riflessa fil-kost tal-produzzjoni tal-kumpaniji; (ii) il-kera mħallsa lill-kumpanija relatata kienet iffissata skont il-kundizzjonijiet tas-suq jew b'kundizzjonijiet ġusti, u (iii) kwalunkwe benefiċċju fi kwalunkwe każ ma ġiex mgħoddi mill-kumpanija relatata. Wieħed mill-produtturi esportaturi, barra minn hekk, stqarr li l-kumpanija relatata tiegħu kienet akkwist l-LURs tagħha wara proċess kompetittiv ta' offerti. Dan tal-aħħar iddikjara wkoll li fi kwalunkwe każ, il-kera mħallsa lill-parti relatata miegħu għal-LUR għandha titnaqqas mill-kalkolu tal-benefiċċju.
(530) Rigward l-iffissar tal-kera li tħallset lill-kumpanija relatata, ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati ma ppreżenta xi evidenza ta' sostenn rigward il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq. L-istess jingħad dwar il-proċess tal-offerti li l-kumpanija relatata allegatament ipparteċipat fih sabiex tikseb l-LUR tagħha, jiġifieri ma ppreżentat l-ebda evidenza f'sostenn ta' din l-allegazzjoni. Għaldaqstant dawn it-talbiet kellhom jiġu rrifjutati.
(531) Rigward il-kalkolu tal-benefiċċju, huwa mfakkar li l-LUR fiċ-Ċina, kif spjegat fil-premessi (507) u lil hinn, instabu li kienu anqas mir-remunerazzjoni adegwata tal-industrija tar-roti elettriċi. Barra minn hekk, dawn il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza dwar il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiċ-Ċina. Fl-aħħar nett, il-benefiċċju jiġi kkalkulat fuq livell ta' grupp u t-tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji għandhom effett newtrali fuq il-kalkolu globali. Għalhekk, dawn it-talbiet ġew miċħuda.
(532) F'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku l-ammont tas-sussidju ġie allokat għall-perjodu ta' investigazzjoni billi ntuża ż-żmien tal-ħajja normali tad-dritt għall-użu tal-art għall-art ta' użu industrijali, jiġifieri 50 sena. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-kumpaniji rispettivi matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma kienx ingħata b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.
(533) Tabella 5 Għoti ta' drittijiet tal-Użu tal-Art għal rimunerazzjoni anqas milli adegwata
L-ammont tas-sussidju stabbilità fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun jammonta għal: Kumpanija / Grupp Rata tas-Sussidju Bodo Vehicle Group 1,42 % Giant Group 0,91 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,62 % Suzhou Rununion Motivity 1,46 % Yadea Group 0,43 %
Programmi ta' tnaqqis u ta' eżenzjoni mit-taxxa diretta Privileġġi tal-EIT għal Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida
(534) Skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (il-Liġi EIT), intrapriżi ta' teknoloġija avvanzata u ġdida li għalihom l-Istat jeħtieġ li jagħti appoġġ ewlieni jingħataw tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi ta' 15 % minflok ir-rata ta' taxxa standard ta' 25 %.
Bażi ġuridika
(535) Il-bażi ġuridika ta' dan il-programm huwa l-Artikolu 28 tal-Liġi EIT u l-Artikolu 93 tar-Regoli tal-Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, kif ukoll:
Iċ-Ċirkulari tal-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar ir-reviżjoni u l-ħruġ tal-Miżuri Amministrattivi għar-Rikonoxximent ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata, G.K.F.H. [2016] Nru 32;
Notifika tal-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar ir-Reviżjoni, l-Istampar u l-Ħruġ ta' Gwida għall-Immaniġġar tar-Rikonoxximent ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, GKFH [2016] Nru 195; u
Il-Linji Gwida għall-Iżvilupp ta' Żoni ta' Prijorità Ewlenin għall-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata (2011), maħruġa mill-NDRC, il-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali.
Is-sejbiet tal-investigazzjoni
(536) Kumpaniji li jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa huma parti minn ċerti oqsma ewlenin ta' teknoloġija għolja u ġdida appoġġati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali dwar oqsma ta' teknoloġija għolja appoġġati mill-Istat, kif elenkati fil-Linji Gwida tal-Aħħar Żoni Prijoritarji Ewlenin tal-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata.
(537) Sabiex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji jenħtieġ li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
iżommu ċertu proporzjon ta' spejjeż ta' riċerka u żvilupp meta mqabbla mad-dħul tagħhom mill-bejgħ;
iżommu ċertu proporzjon ta' dħul minn teknoloġija / prodotti / servizzi tat-teknoloġija avvanzata fid-dħul totali tal-intrapriża; u
jżommu ċertu proporzjon ta' persunal tekniku fost l-impjegati kollha tal-intrapriża.
(538) Il-kumpaniji li jibbenefikaw minn din il-miżura jridu jippreżentaw id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tagħhom u l-annessi rilevanti. L-ammont propju tal-benefiċċju huwa inkluż fid-dikjarazzjoni tat-taxxa.
(539) Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) (ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar fiskali. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta' din l-iskema għal intrapriżi biss li joperaw f'ċerti oqsma ta' prijorità ta' teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat.
(540) Wara d-divulgazzjoni waħda mill-partijiet argumentat li t-Tnaqqis tal-EIT għal Intrapriżi ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida stipulat fl-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi mhuwiex sussidju speċifiku. Intqal ukoll li l-Kummissjoni ma wrietx li l-kisba taċ-ċertifikat tal-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida hija limitata għal ċerti intrapriżi. F'dan ir-rigward, issir referenza għall-premessi minn (536) sa (539), li jelenkaw il-kriterji tal-eliġibbiltà f'dan ir-rigward, jiġifieri limitati għal intrapriżi ta' teknoloġija avvanzata u ġdida li l-Istat jenħtieġ jagħti appoġġ ewleni lilhom, u b'hekk tiġi kkonfermata l-speċifiċità tas-sussidju. Fuq il-bażi ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata. Fl-assenza ta' aktar evidenza l-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha.
Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju
(541) L-ammont tas-sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċeventi matul l-PI. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata tat-taxxa normali u t-taxxa pagabbli totali skont ir-rata tat-taxxa mnaqqsa.
(542) Tabella 6 Privileġġi tal-EIT għal Intrapriżi b'Teknoloġija Avvanzata u Ġdida
L-ammont tas-sussidju stabbilità fir-rigward ta' din l-iskema matul l-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun jammonta għal: Kumpanija / Grupp Rata tas-Sussidju Bodo Vehicle Group 0,00 % Giant Group 0,65 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,41 % Suzhou Rununion Motivity 0,00 % Yadea Group 0,70 %
Tpaċija tal-EIT għall-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp
(543) Il-kumpens tat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp jintitola lil kumpaniji għal trattament ta' taxxa preferenzjali għall-attivitajiet ta' RuŻ tagħhom f'ċerti oqsma ta' prijorità ta' teknoloġija għolja stabbiliti mill-Istat u meta jkunu ssodisfati ċerti limiti ta' nfiq għar-RuŻ.
(544) B'mod aktar speċifiku, l-infiq fir-RuŻ biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja' ġodda li ma jiffurmawx assi intanġibbli u jitqiesu bħala profitt u telf attwali, huma soġġetti għal tnaqqis addizzjonali ta' 50 % wara li jitnaqqsu kompletament fid-dawl tas-sitwazzjoni reali. Meta l-infiq tar-RuŻ imsemmi hawn fuq ikun jifforma parti mill-assi intanġibbli, dawn ikunu soġġetti għal amortizzament ibbażat fuq 150 % tal-ispejjeż tal-assi intanġibbli.
Bażi ġuridika
(545) Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta' Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi; kif ukoll l-avviżi li ġejjin:
L-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni u l-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija dwar it-Titjib tal-Politika ta' Tnaqqis Qabel it-Taxxa għal Spejjeż tar-RuŻ. (Cai Shui [2015] Nru 119);
L-Avviż tal-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw il-Politika ta' Tnaqqis Qabel it-Taxxa tal-Ispejjeż tar-RuŻ tal-Intrapriżi; u
Il-Linji Gwida għall-Iżvilupp ta' Żoni ta' Prijorità Ewlenin għall-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata (2011), maħruġa mill-NDRC, il-Ministeru tax-Xjenza tat-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali.
Is-sejbiet tal-investigazzjoni
(546) Matul investigazzjoni preċedenti, ġie stabbilit li t-teknoloġiji, prodotti ġodda u snajja' ġodda li jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa huma parti minn ċerti oqsma ta' teknoloġija għolja appoġġjati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali f'oqsma ta' teknoloġija għolja appoġġjati mill-Istat, kif elenkati fil-Linji Gwida tal-Aħħar Żoni Prijoritarji Ewlenin tal-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata.
(547) Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) (ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar fiskali. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta' din il-miżura għal intrapriżi biss li jġarrbu kostijiet f'ċerti oqsma ta' prijorità ta' teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat.
(548) Wara d-divulgazzjoni xi partijiet argumentaw li tpaċija tal-EIT għal kostijiet marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp mhuwiex sussidju speċifiku u li dan ma ġiex ikkumpensat fl-investigazzjoni antisussidji Kanadiża dwar xi ħajt unitizzat miċ-Ċina minħabba nuqqas ta' speċifiċità. Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (546) u (547) hawn fuq, fejn l-ispeċifiċità ġiet diġà indirizzata. Barra minn hekk, ta' min jinnota li din il-konklużjoni hija kkorroborata wkoll mis-sitwazzjoni ta' produttur esportatur wieħed li gawda minn tali politika fiskali preferenzjali wara l-kisba ta' ċertifikat ta' teknoloġija Avvanzata u Ġdida. Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.
Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju
(549) L-ammont ta' sussidju kumpensatorju kien ikkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan il-benefiċċju kien ikkalkulat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli wara t-tnaqqis addizzjonali ta' 50 % tal-ispejjeż reali fuq RuŻ.
(550) Tabella 7 Tpaċija tal-EIT għall-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp
L-ammont tas-sussidju stabbilità fir-rigward ta' din l-iskema matul l-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun jammonta għal: Kumpanija / Grupp Ammont ta' Sussidju Bodo Vehicle Group 0,21 % Giant Group 0,05 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,19 % Suzhou Rununion Motivity 0,00 % Yadea Group 0,51 %
Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati
(551) L-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati hija il-prattika ta' sussidju ġenerali ta' eżenzjonijiet u / jew tnaqqis tat-taxxa diretta fuq l-introjtu.
Bażi ġuridika
(552) Il-bażijiet ġuridiċi ta' din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi huma l-Artikoli 25-26 tal-Liġi EIT u l-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu mill-Intrapriżi.
Is-sejbiet tal-investigazzjoni
(553) Il-Kummissjoni sabet li kumpanija waħda fil-kampjun irċeviet eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati. Din il-kumpanija applikat direttament fl-uffiċċju tat-tassazzjoni lokali għat-tnaqqis tad-dividendi miksuba minn investimenti ta' ekwità mill-introjtu taxxabbli.
Konklużjoni
(554) Il-Kummissjoni tqis li dan huwa sussidju skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpanija kkonċernata. Il-benefiċċju għar-riċevitur huwa ugwali għall-iffrankar fiskali. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni biss għal intrapriżi kkwalifikati residenti li għandhom is-sostenn kbir tal-Istat u li l-iżvilupp tagħhom jiġi inkoraġġit mill-Istat.
(555) F'dan ir-rigward, bosta partijiet iddikjaraw li dan is-sussidju mhuwiex speċifiku u rreferew għall-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-implimentazzjoni tal-EIT, li fih innifsu huwa marbut mal-Artikolu 26(2) tal-EIT, filwaqt li jsostnu li ma hemm l-ebda prova li din l-eżenzjoni tapplika biss għal intrapriżi residenti kkwalifikati li jkollhom s-sostenn kbir tal-Istat u li l-iżvilupp tagħhom jiġi inkoraġġit mill-Istat.
(556) F'dan ir-rigward, issir referenza għall-Artikolu 25 tal-EIT, li hija parti mill-istess Kapitolu bħall-Artikolu 26(2); jiġifieri Kapitolu IV Politiki Fiskali Preferenzjali u li jservi bħala introduzzjoni għal dan il-kapitolu. Dan l-Artikolu jistipula li L-Istat jimplimenta l-politiki fiskali preferenzjali fir-rigward ta' l-industriji u l-proġetti li għandhom l-appoġġ ewlieni tal-Istat, u li l-iżvilupp tagħhom jiġi inkoraġġit mill-Istat. Fuq din il-bażi, tqies li tali politika fiskali preferenzjali hija limitata għal ċerti industriji u proġetti, u għalhekk hija speċifika. L-evidenza fil-fajl uriet ukoll li l-kumpanija li bbenefikat minn din l-iskema kellha ċertifikat ta' teknoloġija Avvanzata u Ġdida. Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, din it-talba kellha tiġi miċħuda.
Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju
(557) Tabella 8 Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati
Il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont tas-sussidju bħala d-differenza bejn l-ammont ta' taxxa normalment miġbur matul l-perjodu ta' investigazzjoni u l-ammont ta' taxxa attwalment imħallas mill-kumpanija kkonċernata. Kumpanija / Grupp Ammont ta' Sussidju Bodo Vehicle Group 0,00 % Giant Group 0,00 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,04 % Suzhou Rununion Motivity 0,00 % Yadea Group 0,00 %
Total għall-programmi u l-iskemi kollha ta' eżenzjoni u tnaqqis mit-taxxa diretta
(558) Tabella 9 Eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa diretta
L-ammont ta' sussidju totali stabbilit fir-rigward tal-iskemi kollha ta' taxxa diretta matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien kif ġej: Kumpanija / Grupp Ammont ta' Sussidju Bodo Vehicle Group 0,21 % Giant Group 0,70 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,63 % Suzhou Rununion Motivity 0,0 % Yadea Group 1,21 %
Programmi tat-Taxxa Indiretta u tat-Tariffi tal-Importazzjoni
(559) Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u mit-taxxi tal-importazzjoni għal importazzjonijiet ta' tagħmir kapitali wżat fil-produzzjoni tagħhom. Biex jibbenefika mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jistax ikun jaqa' f'lista ta' tagħmir mhux eliġibbli u l-impriża li titlob l-eżenzjoni trid tikseb Ċertifikat ta' Proġett Inċentivat mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew mill-NDRC skont il-leġiżlazzjoni relevanti dwar l-investiment, it-taxxa u d-dwana.
Bażi ġuridika
(560) Il-bażijiet ġuridiċi ta' dan il-programm huma:
Ċirkulari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament dwar il-Politiki Fiskali dwar Tagħmir Importat, Guo Fa [1997] Nru 37;
Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar l-Aġġustament ta' Ċerti Politiki Preferenzjali dwar id-Dazju fuq l-Importazzjoni;
Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Amministrazzjoni Doganali Ġenerali u tal-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni [2008] Nru 43;
Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jikkonċernaw l-Immaniġġjar tal-Ittra ta' konferma dwar Proġetti Domestiċi jew b'Finanzjament Barrani inċentivati mill-Istat sabiex jiġu żviluppati, [2006] Nru 316; u
Katalogu dwar il-Prodotti importati li ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju kemm għall-FIEs kif ukoll għall-intrapriżi domestiċi, 2008.
Is-sejbiet tal-investigazzjoni
(561) Il-Kummissjoni ddeċidiet li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma bbenefika minn dan il-programm.
Programmi ta' għotjiet Sussidji ad hoc mogħtija mill-awtoritajiet muniċipali / reġjonali;
(562) Fl-ilment tiegħu, l-ilmentatur allega u pprovda evidenza li wriet li l-industrija tar-roti elettriċi fir-RPĊ tista' tirċievi diversi għotjiet ta' darba jew rikorrenti minn livelli differenti ta' awtoritajiet tal-gvern, jiġifieri lokali, reġjonali u nazzjonali.
(563) L-investigazzjoni wriet li l-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun irċevew għotjiet ta' darba jew rikorrenti sostanzjali minn diversi livelli tal-gvern li wasslu biex ġew riċevuti benefiċċji matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Uħud minn dawn kienu ġew irrapportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fit-tweġibiet rispettivi tagħhom għall-kwestjonarju, filwaqt li oħrajn instabu fil-post matul iż-żjarat ta' verifika. L-ebda waħda minnhom ma ġiet divulgata fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-GTĊ.
Bażi ġuridika
(564) Dawn l-għotjiet ingħataw lill-kumpaniji minn awtoritajiet tal-gvern nazzjonali, provinċjali, tal-belt, tal-kontea jew tad-distrett u kollha dehru li kienu speċifiċi għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, jew speċifiċi f'termini ta' lokalità jew tip ta' industrija. Il-livell ta' dettall ġuridiku għal-liġi eżatta li fuq il-bażi tagħha ngħataw dawn il-benefiċċji, jekk kien hemm bażi ġuridika għalihom, ma kienx divulgat. Madankollu, il-Kummissjoni xi kultant ingħatat kopja ta' dokument maħruġ minn awtorità governattiva li kien jakkumpanja l-għoti ta' fondi (imsejjaħ l-avviż).
Is-sejbiet tal-investigazzjoni
(565) Minħabba l-ammont kbir ta' għotjiet li nstabu fl-ilment u / jew li nstabu fil-kotba tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, fir-Regolament hu ppreżentat biss sommarju tas-sejbiet ewlenin. Evidenza tal-eżistenza ta' diversi għotjiet u li kienu ngħataw minn livelli varji tal-GTĊ inizjalment kienet ipprovduta mill-erba' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, u sejbiet dwar dawn l-għotjiet huma pprovduti lill-kumpaniji individwali fid-dokumenti ta' divulgazzjoni speċifiċi tagħhom.
(566) Eżempji ta' dawn l-għotjiet kienu fondi għall-privattivi, fondi u premjijiet għax-xjenza u għat-teknoloġija, fondi ta' żvilupp tan-negozju, fondi għall-promozzjoni tal-esportazzjoni, għotjiet għall-parteċipazzjoni f'wirjiet, għotjiet biex jiġi promoss l-aġġornar tat-tagħmir tal-manifattura, għotjiet li jappoġġaw taħriġ f'ħiliet vokazzjonali, fondi ta' appoġġ ipprovduti fil-livell ta' distrett jew provinċja.
Konklużjoni
(567) Dawn l-għotjiet jikkostitwixxu sussidji fl-ambitu tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u (2) tar-Regolament bażiku minħabba li kien seħħ trasferiment ta' fondi mill-GTĊ fil-forma ta' għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat u b'hekk kien ingħata benefiċċju.
(568) Dawn l-għotjiet huma wkoll speċifiċi fis-sens tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li jidhru li huma limitati għal ċerti kumpaniji jew proġetti speċifiċi f'reġjuni speċifiċi u / jew l-industrija tar-roti elettriċi. Barra minn hekk, uħud mill-għotjiet huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni fl-ambitu tal-Artikolu 4(4)(a). Dawn l-għotjiet ma ssodisfawx ir-rekwiżiti ta' nuqqas ta' speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla attwali għall-intrapriżi biex ikunu eliġibbli mhumiex trasparenti, mhumiex oġġettivi u ma japplikawx awtomatikament.
(569) F'kull każ il-kumpaniji pprovdew informazzjoni dwar l-ammont tal-għotja u mingħand min ġiet din l-għotja. Il-kumpaniji kkonċernati rreġistraw dan l-introjtu l-aktar taħt l-intestatura introjtu mhux operattiv u s-subintestatura gvern jew introjtu mis-sussidju fil-kontijiet tagħhom u raw li dawn il-kontijiet isirilhom awditu indipendenti. Dan ittieħed bħala evidenza pożittiva ta' sussidju li ta benefiċċju kumpensabbli.
(570) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn is-sejbiet kienu jirrappreżentaw indikatur raġonevoli tal-livell ta' sussidjar f'dan ir-rigward. Billi dawk l-għotjiet kellhom karatteristiċi komuni, ingħataw minn awtorità pubblika u ma kinux parti minn programm ta' sussidju separat, iżda għotjiet individwali lil din l-industrija (inċentivata), il-Kummissjoni vvalutathom flimkien.
Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju
(571) Il-benefiċċju kien ikkalkulat bħala l-ammont riċevut fil-PI, jew allokat lill-PI, fejn l-ammont kien ġie deprezzat tul il-ħajja utli tal-assi fissi li miegħu kienet marbuta l-għotja. Il-Kummissjoni kkunsidrat jekk tapplikax rata ta' imgħax kummerċjali annwali addizzjonali skont it-Taqsima F.a) tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont tas-sussidju. Madankollu, approċċ bħal dan kien jinvolvi varjetà ta' fatturi ipotetiċi kumplessi li għalihom ma kien hemm ebda informazzjoni preċiża disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li kien aktar xieraq li talloka ammonti għall-perjodu ta' investigazzjoni skont ir-rati ta' deprezzament tal-assi fissi relatati, f'konformità mal-metodoloġija ta' kalkolu wżata f'każijiet preċedenti.
(572) Yadea sostniet li waħda mill-għotjiet riċevuti qabel il-perjodu ta' investigazzjoni ġiet allokata ħażin fuq perjodu ta' tliet snin, inklużi l-perjodu ta' investigazzjoni u sostniet li dan jenħtieġ li jiġi eskluż billi ma kienx relatat mal-PI.
(573) Din it-talba ġiet aċċettata u l-kalkolu ġie aġġornat skont dan.
(574) Giant Group saħaq li xi għotjiet li ġew riċevuti ma kinux speċifiċi u jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kalkolu. Għall-għotjiet ikkonċernati kollha ħlief waħda l-kumpanija ma ssottomettiet l-ebda evidenza ta' sostenn. Għalhekk, din it-talba setgħet tiġi aċċettata biss f'relazzjoni ma' għotja waħda, filwaqt li għall-kumplament tal-għotjiet ġiet miċħuda. Giant Group ġibed ukoll l-attenzjoni għal żball klerikali fil-kalkolu li ġie kkoreġut. Din il-korrezzjoni madankollu ma kellha l-ebda effett fuq l-ammont ta' sussidju totali tal-kumpanija.
(575) Tabella 10 Għotjiet ad hoc
L-ammont tas-sussidju stabbilit fir-rigward ta' dan it-tip ta' sussidji matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien kif ġej: Kumpanija / Grupp Ammont ta' Sussidju Bodo Vehicle Group 0,15 % Giant Group 0,14 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,25 % Suzhou Rununion Motivity 0,07 % Yadea Group 0,07 %
Skemi ta' għotjiet oħrajn
(576) Il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċevew ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-kumplament ta' programmi ta' għotjiet imsemmija fit-Taqsima 3.3(iii) aktar 'il fuq matul il-PI.
Total għall-iskemi tal-għotjiet kollha
(577) Tabella 11 Għotjiet
L-ammonti tas-sussidju totali stabbiliti fir-rigward tal-għotjiet kollha matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kienu kif ġej: Kumpanija / Grupp Ammont ta' Sussidju Bodo Vehicle Group 0,15 % Giant Group 0,14 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 0,25 % Suzhou Rununion Motivity 0,07 % Yadea Group 0,072 %
Konklużjoni dwar is-sussidjar
(578) Il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont ta' sussidji kumpensabbli f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku għall-produtturi esportaturi fil-kampjun billi eżaminat kull sussidju jew programm ta' sussidju, u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien biex tikkalkula ammont totali ta' sussidjar għal kull produttur esportatur għall-perjodu ta' investigazzjoni. Bil-għan li tikkalkula s-sussidjar globali ta' hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat il-perċentwal tas-sussidjar, li huwa l-ammont tas-sussidju bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-kumpanija. Dan il-perċentwal kien imbagħad użat biex jiġi kkalkulat is-sussidju allokat għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tal-Unjoni matul il-PI. L-ammont tas-sussidju għal kull unità tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-PI, u l-marġnijiet ta' hawn taħt ġew ikkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-Kostijiet, Assigurazzjoni u Nol (Costs, Insurance and Freight, CIF) tal-istess esportazzjonijiet għal kull unità.
(579) Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju totali għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun se jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont medju ponderat totali ta' sussidji kompensatorji stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw bl-esklużjoni ta' ammonti negliġibbli kif ukoll l-ammont ta' sussidji stabbiliti għal entrati li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-Kummissjoni mhix se tinjora is-sejbiet relatati mas-self preferenzjali, anki jekk kellha toqgħod parzjalment fuq il-fatti disponibbli biex tiddetermina dawk l-ammonti. Il-Kummissjoni tqis li l-fatti disponibbli u użati f'dawk il-każijiet ma affettwawx sostanzjalment l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-ammont ta' sussidjar permezz tas-self preferenzjali b'mod ġust, sabiex il-produtturi esportaturi li ma kinux intalbu jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jiġux ippreġudikati bl-użu ta' dan l-approċċ.
(580) Tabella 12 Sussidji kompensatorji
Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-ammont għall-kumpaniji l-oħra kollha fil-livell tal-ogħla ammont stabbilit għall-produtturi esportaturi. L-ammont għall-kumpaniji l-oħrajn kollha se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Isem tal-kumpanija Ammont ta' sussidji kumpensabbli Bodo Vehicle Group 15,1 % Giant Group 3,9 % Jinhua Vision Industry u Yongkang Hulong Electric Vehicle 8,5 % Suzhou Rununion Motivity 17,2 % Yadea Group 10,7 % Kumpaniji oħra li kkooperaw 9,2 % Il-kumpaniji l-oħrajn kollha 17,2 %
DANNU Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(581) Fil-bidu tal-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, wieħed u erbgħin produttur immanifatturaw il-prodott simili fl-Unjoni. Erbgħa minnhom waqqfu l-produzzjoni tagħhom matul il-perjodu ta' investigazzjoni.
(582) Wara kummenti minn partijiet interessati, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid u stabbilit li sitt kumpaniji inizjalment meqjusa bħala parti mill-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-interess rappreżentat minnhom permezz tal-attività ta' importazzjoni tagħhom qabeż l-interess rappreżentat permezz tal-attività ta' produzzjoni tagħhom fl-Unjoni.
(583) Wara din l-esklużjoni, 31 produtturi jikkostitwixxu l-Industrija tal-Unjoni fl-ambitu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.
(584) Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni ġiet stabbilità f'livell ta' madwar 1,1 miljun unità. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi taċ-ċifra tal-konsum ippreżentata mill-Konfederazzjoni tal-Industrija Ewropea tar-Roti (Confederation of the European Bicycle Industry,CONEBI), tal-istatistika dwar l-importazzjoni, u tal-proporzjon ta' bejgħ imqabbel mal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.
(585) Parti interessata saħqet li l-kumpanija ATALA u l-kumpanija relatata tagħha Accell Nederland jenħtieġ li ma jiffurmawx parti mill-industrija tal-Unjoni, minħabba li ATALA timporta roti elettriċi mir-RPĊ. Madankollu, ATALA u Accell mhumiex relatati fl-ambitu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku. F'kull każ, l-importazzjonijiet waħedhom ma jikkostitwixxux raġuni għal esklużjoni mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.
Il-konsum tal-Unjoni
(586) Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata minn CONEBI.
(587) Tabella 13 Il-konsum tal-Unjoni (unitajiet)
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Sors: CONEBI 2014 2015 2016 PI Total tal-Unjoni Konsum (unitajiet) 1139000 1363842 1666251 1982269 Indiċi 100 120 146 174
(588) Il-konsum tal-Unjoni żdied b'mod kostanti minn 1,1 miljun unità fl-2014 għal kważi 2 miljun unità matul il-perjodu ta' investigazzjoni, li jirrifletti tkabbir ta' 74 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan l-iżvilupp kien dovut għal sensibilizzazzjoni ambjentali akbar u investiment kontinwu fil-kummerċjalizzazzjoni u fil-promozzjoni, kif ukoll fl-iżvilupp teknoloġiku tar-roti elettriċi.
Importazzjonijiet mir-RPĊ Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
(589) Mill-2017, ir-roti elettriċi ġew ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 87116010. Qabel l-2017, ir-roti elettriċi kienu kklassifikati taħt (dak li kien) il-kodiċi NM 87119010, li taħtu kienu inklużi prodotti oħra. Biex jegħleb din il-kwistjoni, l-ilmentatur ippreżenta statistika dettaljata tad-dwana Ċiniża li fiha huwa seta' jidentifika l-esportazzjonijiet Ċiniżi tar-roti elettriċi.
(590) Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat, billi estrapolat sal-kodiċi HS rilevanti l-proporzjon ta' esportazzjonijiet Ċiniżi ta' roti elettriċi (kif stabbilit hawn fuq) fuq l-esportazzjonijiet totali mir-RPĊ taħt l-istess kodiċi HS. Għad-disa' xhur tal-2017, l-istatistika Ċiniża dwar l-importazzjoni ġiet ibbażata direttament fuq l-Eurostat.
(591) Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif jidher fit-Tabella 13 tal-premessa (586).
(592) Tabella 14 Volum tal-importazzjoni (unitajiet) u sehem mis-suq
L-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej: Sors: Eurostat, statistika dwar l-esportazzjoni Ċiniża 2014 2015 2016 PI Volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ (unitajiet) 199728 286024 389046 699658 Indiċi 100 143 195 350 Is-sehem mis-suq 18 % 21 % 23 % 35 % Indiċi 100 120 133 201
(593) Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ qabeż it-triplu, fejn żdied minn kważi 200000 unità fl-2014 għal kważi 700000 unità fil-perjodu ta' investigazzjoni. Il-pass tat-tkabbir aċċelera bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni.
(594) B'mod parallel, is-sehem mis-suq tal-Unjoni li kellu l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied minn 18 % fl-2014 għal 35 % fil-perjodu tal-investigazzjoni.
(595) Is-CCCME u s-CEIEB esprimew it-tħassib tagħhom rigward l-affidabbiltà tal-istatistika tad-dwana Ċiniża li ġiet ippreżentata mill-ilmentatur, u talbet id-divulgazzjoni tal-istatistika dettaljata u s-sors ta' din id-data.
(596) L-ilmentatur qiegħed l-istatistika ddettaljata li ntużat bħala sostenn għall-ilment tiegħu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. Fuq il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, l-ilmentatur qiegħed għad-dispożizzjoni ċ-ċifri aggregati tal-esportazzjoni għal kull sena. L-ilmentatur indika wkoll li s-sors kien id-dwana Ċiniża, semma l-kodiċijiet użati u spjega l-metodoloġija tiegħu biex jeskludi prodotti oħra li mhumiex il-prodott ikkonċernat.
(597) Permezz ta' verifika ta' din id-data, il-Kummissjoni stabbiliet li l-ilmentatur kien xtara l-istatistika tad-dwana Ċiniża pprovduta minn kumpanija li ilha stabbilità f'dan il-qasam, u li l-istess informazzjoni kienet disponibbli minn fornituri ta' servizzi Ċiniżi oħra.
(598) Il-verifika wriet ukoll li l-ilmentatur kien iddeskriva bir-reqqa fil-fajl miftuħ il-metodoloġija segwita sabiex jiġu stabbiliti l-esportazzjonijiet ta' roti elettriċi mir-RPĊ.
(599) Barra minn hekk, id-data dettaljata ppreżentata mill-ilmentatur ġiet ikkontroverifikata ma' sorsi oħra ta' informazzjoni u kienet affidabbli. Ebda parti oħra ma pproponiet sors alternattiv ta' informazzjoni jew ta' metodoloġija alternattiva.
(600) Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li d-data dettaljata u l-identità tal-kumpanija li tforni din l-informazzjoni kienu ta' natura kunfidenzjali fl-ambitu tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament bażiku. Id-divulgazzjoni tal-identità tal-fornitur tal-informazzjoni jkollu effett negattiv sinifikanti fuq il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq il-persuna li mingħandha tkun inkisbet l-informazzjoni.
(601) F'dawn iċ-ċirkostanzi, u minħabba l-livell ta' divulgazzjoni tad-data aggregata u l-metodoloġija fuq il-fajl mhux kunfidenzjali, il-Kummissjoni qieset li d-data tal-input u l-identità tal-kumpanija li qed tbigħhom mill-ġdid mhumiex meħtieġa biex il-parti kkonċernata teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha.
(602) Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi miċħud.
(603) Il-partijiet interessati ddikjaraw li l-importazzjonijiet mir-RPĊ segwew xejriet tas-suq, billi kemm il-konsum fl-Unjoni kif ukoll l-esportazzjonijiet Ċiniżi kienu qegħdin jiżdiedu. Madankollu, huwa osservat li d-daqs tat-tkabbir bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-konsum fl-Unjoni huwa differenti ħafna. Bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'250 % filwaqt li l-konsum fl-Unjoni żdied b'pass ħafna iktar bil-mod b'74 %. Għalhekk, filwaqt li x-xejra kienet ċertament l-istess, id-daqs taż-żieda kien differenti ħafna.
Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezz
(604) Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat, billi segwiet il-metodu deskritt fil-premessa (589).
(605) Tabella 15 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR / unità)
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej: Sors: Eurostat, statistika dwar l-esportazzjoni Ċiniża 2014 2015 2016 PI Ir-RPĊ 472 451 477 422 Indiċi 100 96 101 89
(606) Il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ naqas bi 11 % bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni, bl-ewwel tnaqqis ta' 4 % bejn l-2014 u l-2015 u t-tieni tnaqqis ta' 12 % bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni.
(607) Billi t-taħlita ddettaljata tat-tip tal-prodott ma kinitx magħrufa minħabba n-natura ġenerali tal-Eurostat, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet mhijiex kompletament affidabbli. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu sinifikattivament taħt dawk tal-produtturi tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għajr ir-RPĊ. Barra minn hekk, filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi espandew il-firxa ta' prodotti tagħhom mibjugħa fis-suq tal-Unjoni u inkludew roti elettriċi aktar għaljin, il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas.
(608) Wara d-divulgazzjoni, għadd ta' produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni kienet evalwat b'mod żbaljat l-evoluzzjoni tal-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi billi osservat li kien ferm anqas mill-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi. Dawn il-partijiet iddikjaraw li l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma żvela xejn dwar twaqqigħ tal-prezz potenzjali fin-nuqqas ta' analiżi ta' similitudni, jiġifieri analiżi fuq il-bażi tat-tip ta' prodott. Huma sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi li tnaqqis fil-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi jista' ikun li jirrifletti biss bidla fit-taħlita tal-prodott.
(609) Kif indikat fil-premessa (606), il-Kummissjoni taqbel li bidla fit-taħlita tal-prodott tista' tinfluwenza l-evoluzzjoni tal-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Madankollu, jibqa' l-fatt li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu kontinwament u b'mod sinifikanti taħt il-prezzijiet medji minn kwalunkwe sors ieħor ta' provvista minkejja kuntest li fih l-istess partijiet interessati iddikjaraw li l-prodott ikkonċernat tjieb fil-kwalità u ġie estiż għal segmenti ogħla tal-prezzijiet. Barra minn hekk, din ix-xejra għandha tiġi kkunsidrata b'rabta mal-analiżijiet ta' similitudni li waslu għal sejbiet ta' twaqqigħ tal-prezz sostanzjali.
(610) Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi pparagunat:
(610)
(a) il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati, skont it-tip ta' prodott, tal-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ġew iddebitati lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u
(b) l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti, għal kull tip ta' prodott, tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ kkampjunati lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali ta' 6 % u għall-kostijiet tal-importazzjoni.
(611) Il-GTĊ stqarret li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz jenħtieġ li tieħu inkunsiderazzjoni diversi elementi, bħalma huma t-tip ta' roti elettriċi (pereż. city-bike elettrika u mountain bike elettrika), il-post fejn tinsab il-magna (muturi propulsivi jew muturi ċentrali), il-qawwa tal-batterija u l-materjal li minnu ssir ir-rota elettrika (pereż. l-azzar, l-aluminju, l-karbonju). Huwa kkonfermat li dawn il-fatturi kollha kienu kkunsidrati meta saret l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz.
(612) Il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet fuq bażi ta' tip b'tip għat-tranżazzjonijiet, aġġustati kif xieraq fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis ta' ribassi u skontijiet. Rigward il-livell ta' kummerċ ta' dawn it-tranżazzjonijiet, ġie stabbilit li kemm il-produtturi tal-Unjoni kkampjunati kif ukoll il-produtturi esportaturi Ċiniżi kkampjunati jbigħu kemm lil klijenti OEM kif ukoll taħt il-marka tagħhom stess. Għalhekk, ġie eżaminat jekk kienx iġġustifikat aġġustament għal-livell ta' kummerċ. F'dan ir-rigward, ġie eżaminat jekk hemmx differenza konsistenti u distinta fil-prezzijiet bejn il-bejgħ lil klijenti OEM u l-bejgħ taħt il-marka tagħhom stess. Ġie stabbilit li ma teżisti ebda differenza konsistenti u distinta bħal din fil-prezzijiet għall-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.
(613) Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Wera marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz li jvarjaw minn 16,2 % sa 43,2 %.
(614) Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ u produttur esportatur flimkien ma' importaturi relatati fl-Unjoni argumentaw li l-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni fil-kalkolu tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet applikat l-Artikolu 2(9) tar-Regolament antidumping bażiku b'analoġija. Dawn il-partijiet qalu li b'dan il-mod il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2 u l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku kif ukoll marret kontra l-każistika tal-UE u tad-WTO. Dawn il-partijiet argumentaw li l-metodoloġija tal-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali u li l-użu ta' prezz maħdum tas-CIF kiser l-obbligi tagħha biex tqabbel il-prezzijiet fejn ssir il-kompetizzjoni u fl-istess livell ta' kummerċ.
(615) Il-Kummissjoni tfakkar li, rigward it-twaqqigħ tal-prezzijiet, ir-Regolament bażiku ma jippreskrivi l-ebda metodoloġija speċifika. Għalhekk, l-istituzzjonijiet igawdu minn marġni wiesa' ta' diskrezzjoni sabiex jivvalutaw dan il-fattur ta' dannu. Din id-diskrezzjoni hija limitata mill-ħtieġa li l-konklużjonijiet ikunu bbażati fuq evidenza pożittiva u li jsir eżami oġġettiv, kif mitlub mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Jenħtieġ li jitfakkar ukoll li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku jipprovdi speċifikament li l-eżistenza ta' twaqqigħ tal-prezz sinifikanti għandha tiġi eżaminata fil-livell tal-importazzjonijiet sussidjati, u mhux fil-livell ta' kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti tal-prezz fis-suq tal-Unjoni.
(616) Fuq il-bażi ta' dan, fir-rigward tal-elementi kkunsidrati għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (b'mod partikolari l-prezz tal-esportazzjoni), il-Kummissjoni trid tidentifika l-ewwel punt li fih isseħħ (jew tista' isseħħ) kompetizzjoni ma' produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan il-punt huwa l-prezz tax-xiri tal-ewwel importatur mhux relatat għaliex il-kumpanija fil-prinċipju għandha l-għażla li tagħmel l-akkwist tagħha jew mill-industrija tal-Unjoni jew minn fornituri barranin. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni, li huwa meqjus bħala livell komparabbli mal-prezz tal-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni. Fil-każ ta' bejgħ ta' esportazzjonijiet permezz ta' importaturi relatati, il-punt ta' tqabbil jenħtieġ li jkun eżatt wara li l-oġġett jaqsam il-fruntiera tal-Unjoni, u mhux fi stadju aktar tard fil-katina tad-distribuzzjoni, pereż. meta jinbiegħ lill-utent finali tal-prodott. Għalhekk, ir-regoli dwar il-kostruzzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni kif jinsabu fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku antidumping huma pertinenti, u huma applikati b'analoġija, bħalma huma pertinenti għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għal skopijiet ta' dumping. L-applikazzjoni b'analoġija tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament antidumping bażiku tippermetti li wieħed jasal għal prezz li huwa kompletament komparabbli mal-prezz CIF (il-fruntiera tal-Unjoni) li jintuża meta jiġi eżaminat il-bejgħ magħmul lil klijenti mhux relatati.
(617) Dan l-approċċ jiżgura wkoll koerenza f'każijiet fejn produttur esportatur qed ibigħ il-prodotti direttament lil klijent mhux relatat (kemm jekk huwa importatur kif ukoll jekk huwa utent finali) minħabba li f'dan ix-xenarju, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ma jintużawx bħala regola. Approċċ differenti jwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi esportaturi bbażata biss fuq il-kanal tal-bejgħ li jużaw. Il-Kummissjoni tqis li l-istabbiliment tal-prezz tal-importazzjoni rilevanti għat-twaqqigħ tal-prezz u s-sottokwotazzjoni jenħtieġ li ma jkunx influwenzat minn jekk l-esportazzjonijiet humiex magħmula lil operaturi relatati jew indipendenti fl-Unjoni. Il-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni tiżgura li ż-żewġ ċirkostanzi jirċievu trattament ugwali.
(618) Għalhekk, sabiex ikun jista' isir tqabbil ġust, huwa meħtieġ tnaqqis tal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u tal-amministrazzjoni u l-profitt mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lil klijenti mhux relatati magħmula mill-importatur relatat sabiex jinkiseb prezz CIF affidabbli.
(619) Għalhekk, dawn it-talbiet ġew miċħuda.
(620) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi qalu li ċ-ċaħda tat-talba tagħhom għal livell ta' aġġustament tal-kummerċ skont il-premessa (611) ma indirizzatx id-differenza tal-prezzijiet li tirriżulta fil-livell tal-klijent tal-OEM. Dawn il-partijiet interessati sostnew li tqabbil ġust tal-prezzijiet jirrikjedi aġġustament 'il fuq biex jirrifletti l-marġni kummerċjali tal-klijent tal-OEM u d-detenturi tal-marki kummerċjali ta' wara l-importazzjoni.
(621) Il-Kummissjoni kkunsidrat, kif diġà spjegat fil-premessa (611), it-talba għal aġġustament tal-livell tal-kummerċ u kkonkludiet li ma hemm l-ebda differenza fil-prezz konsistenti u distinta għal bejgħ tal-OEM u tad-detenturi tal-marki kummerċjali fl-Unjoni. L-aġġustament 'il fuq tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi permezz tal-marġni kummerċjali tal-importaturi tal-marka kummerċjali li allegatament jirrifletti d-differenza fil-livell ta' kummerċ ikun qed jippreġudika s-sejbiet tal-investigazzjoni li ma hemm l-ebda differenza fil-prezz konsistenti u distinta għal bejgħ tal-OEM u tad-detenturi tal-marki kummerċjali fl-Unjoni. Għaldaqstant, din it-talba ġiet miċħuda.
Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni Rimarki ġenerali
(622) F'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet issussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.
(623) Kif imsemmi fil-premessa (27), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.
(624) Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi ta' dannu.
(625) Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjieg, it-tkabbir, il-produttività, il-kobor tal-marġni tas-sussidjar, u l-irkupru mis-sussidjar fl-imgħoddi) fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn CONEBI, tal-istatistika dwar l-importazzjoni u tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.
(626) Il-Kummissjoni vverifikat iċ-ċifra tal-konsum ippreżentata minn CONEBI. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li din l-informazzjoni kienet ibbażata ġenwinament fuq l-informazzjoni miġbura minn assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-produtturi Ewropej, li kienet idderivata minn dikjarazzjonijiet tal-impriżi jew stimi raġonevoli u li din kienet appoġġata minn dokumentazzjoni adegwata u proċeduri ta' riċerka.
(627) L-indikaturi tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-kapaċità u tal-impjieg tal-Industrija tal-Unjoni jidderivaw minn din l-informazzjoni. Dawn ġew stmati fuq il-bażi tal-proporzjonijiet rilevanti tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati. Dan l-approċċ isegwi l-metodoloġija deskritta mill-ilmentatur fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment. Ebda parti interessata ma għamlet xi kumment dwar din il-metodoloġija.
(628) Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sett ta' data makroekonomika huwa rappreżentattiv tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.
(629) Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi (prezzijiet medji tal-bejgħ ta' kull unità, il-kostijiet lavorattivi, il-kost tal-unità, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta' flus, l-investimenti, u r-redditu fuq l-investimenti) fuq il-bażi tad-data fit-tweġibiet tal-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati, verifikati kif xieraq. Id-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.
Indikaturi makroekonomiċi Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità
(630) Tabella 16 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Sors: CONEBI, produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 PI Volum tal-produzzjoni (unitajiet) 831142 976859 1095632 1066470 Indiċi 100 118 132 128 Il-kapaċità tal-produzzjoni (unitajiet) 1110641 1366618 1661587 1490395 Indiċi 100 123 150 134 L-użu tal-kapaċità 75 % 71 % 66 % 72 % Indiċi 100 95 88 96
(631) Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b'28 % matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja tnaqqis ta' 3 % bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni.
(632) Iż-żieda fil-produzzjoni ġiet xprunata miż-żieda fil-konsum. Il-produzzjoni trid tiġi ppjanata qabel staġuni ta' bejgħ qosra ħafna, u għalhekk sa ċertu punt tiddependi fuq it-tbassir tal-bejgħ. Għalhekk, it-tnaqqis fil-produzzjoni bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni kien primarjament relatat ma' telf kontinwu tas-sehem mis-suq għall-importazzjonijiet mir-RPĊ, li ġiegħel lill-Industrija tal-Unjoni biex terġa' tivvaluta l-aspettattivi tagħha.
(633) Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'34 % bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Bejn l-2014 u l-2016, il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'50 %, u mbagħad naqset b'10 % bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni.
(634) L-użu tal-kapaċità naqas minn 75 % fl-2014 għal 72 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Bejn l-2014 u l-2016, l-użu tal-kapaċità naqas minn 75 % għal 66 % minħabba aktar tkabbir fil-kapaċità milli fil-produzzjoni. Ix-xejra marret għall-kuntrarju bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni, meta l-kapaċità naqset aktar mit-tnaqqis fil-produzzjoni, li ġġenera żieda minn 66 % għal 72 % fl-użu tal-kapaċità.
(635) Il-kapaċità tirreferi għall-għadd teoretiku ta' roti elettriċi li jistgħu jiġu mmanifatturati fil-linji ta' produzzjoni disponibbli. Il-linji ta' produzzjoni li attwalment jintużaw għall-manifattura ta' roti elettriċi huma prinċipalment ikkonvertiti mil-linji ta' produzzjoni eżistenti li qabel kienu jintużaw għal roti konvenzjonali. Din il-konverżjoni tista' ssir malajr u ma tiswiex ħafna flus. Il-kapaċità ta' manifattura tar-roti elettriċi tirrappreżenta porzjon żgħir mill-kapaċità eżistenti għall-manifattura ta' roti konvenzjonali. Għalhekk, l-indikaturi tal-kapaċità u l-użu tal-kapaċità huma ta' rilevanza limitata billi jistgħu jiġu adattati biex jieħdu kont tal-iżviluppi tas-suq. F'dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li l-konverżjoni bejn ir-roti elettriċi u dawk konvenzjonali wkoll ma teħtieġx investiment sinifikanti (b'impatt fuq il-likwidità, l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital, jew it-tkomplija ta' operazzjonijiet), spiża fissa sinifikanti (b'impatt kbir fuq il-profittabbiltà marbuta mal-użu), jew restrizzjoni biex tiżdied il-produzzjoni.
(636) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi argumentaw li t-tkabbir fil-produzzjoni ma kienx jindika dannu. Huma sostnew ukoll li l-produtturi tal-Unjoni kienu żiedu l-kapaċità tagħhom mill-2014 u l-2016. Dawn il-partijiet interessati sostnew li kien possibbli biss għaliex l-industrija tal-Unjoni ma affaċċjatx kompetizzjoni sal-2016 kif kien rikonoxxut fl-ilment tagħhom. Huma jsostnu li, bejn l-2014 u l-2016, l-industrija tal-Unjoni bniet kapaċità żejda kbira sakemm dawn irrealizzaw li din il-kapaċità żejda kienet qed taffettwa l-profittabbiltà tagħhom u naqqsu mill-kapaċità biex itejbu l-profittabiltà meta l-bejgħ baqa' b'saħħtu. Huma nnotaw madankollu li l-użu tal-kapaċità baqa' b'saħħtu u li t-tnaqqis osservat fil-perjodu 2015-16 kien jikkorrispondi għal żieda sinifikanti fil-kapaċità.
(637) Il-Kummissjoni nnotat li l-ilment qatt ma ddikjara li l-industrija tal-Unjoni ma affaċċjatx kompetizzjoni bejn l-2014 u l-2016. Kif ddikjarat fil-premessa (631), iż-żieda fil-produzzjoni ġiet xprunata miż-żieda fil-konsum. Madankollu, wara l-2015, il-produzzjoni u l-konsum varjaw b'mod konsiderevoli u dejjem aktar, b'mod li dan wassal għal pressjoni fuq il-bejgħ u telf kontinwu ta' sehem mis-suq. Bl-istess mod, il-kapaċità żdiedet bl-istess ritmu bħall-konsum sal-2016 u d-deterjorament tal-użu tal-kapaċità kien għalhekk marbut mal-istess mudell. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (634), l-indikaturi għall-kapaċità u l-użu tal-kapaċità huma ta' rilevanza limitata fir-rigward tal-profittabbiltà.
(638) Wara d-divulgazzjoni, is-CEIEB sostniet li ma kien hemm l-ebda rabta bejn id-deterjorament tal-kapaċità u l-użu tal-kapaċità u l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina billi kien allegatament diffiċli biex jiġi ddeterminat liema parti hija wżata għal konvenzjonali u liema parti għal roti elettriċi, b'mod partikolari billi l-produzzjoni ta' roti konvenzjonali naqsu bi 3,7 % fl-2016 skont ċifri ppubblikati minn CONEBI.
(639) Il-Kummissjoni fakkret li l-kapaċità u l-użu tal-kapaċità ġew ivverifikati f'relazzjoni mal-prodott investigat u eskludew ir-roti konvenzjonali. It-talba kienet għalhekk miċħuda.
Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq
(640) Tabella 17 Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Sors: CONEBI, produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 PI Volum ta' bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (unitajiet) 850971 932846 1061975 1019001 Indiċi 100 110 125 120 Is-sehem mis-suq 75 % 68 % 64 % 51 % Indiċi 100 92 85 69
(641) Il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2014 u l-2016, il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'25 %, u mbagħad naqas b'4 % bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni.
(642) B'mod simili għall-iżvilupp tal-volum tal-produzzjoni, iż-żieda fil-kwantità ta' bejgħ bejn l-2014 u l-2016 kienet xprunata minn konsum li kien qed jiżdied. It-tnaqqis fil-kwantità ta' bejgħ bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni kien relatat direttament mat-telf kontinwu ta' sehem mis-suq għall-importazzjonijiet mir-RPĊ.
(643) Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'rata ħafna aktar bil-mod milli l-iżvilupp tal-konsum. B'konsegwenza ta' dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'mod sinifikanti, minn 75 % fl-2014 għal 51 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni.
(644) Wara d-divulgazzjoni, is-CCCME affermat li ż-żieda globali ta' 20 % tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat trid tiġi meqjusa bħala prestazzjoni qawwija u ma jistax jikkostitwixxi indizju ta' dannu materjali.
(645) Madankollu, iż-żieda ta' 20 % fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għandha titqies fid-dawl ta' żieda ta' 74 % fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu, kif indikat fit-Tabella 13. Żieda f'bejgħ li kien daqshekk anqas miż-żieda fil-konsum ma tistax titqies bħala prestazzjoni qawwija, u tabilħaqq tkun indikattiva ta' dannu materjali.
(646) Is-CCCME affermat ukoll li skont l-informazzjoni fl-ilment, il-produtturi li jappoġġaw l-ilment ġarrbu biss tnaqqis żgħir ħafna fis-sehem mis-suq ta' żewġ (2) punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis żgħir allegatament jikkonferma li l-lmentaturi f'din l-investigazzjoni ma ġarrbux dannu materjali mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.
(647) F'dan ir-rigward, huwa osservat li skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku, it-terminu dannu huwa definit bħala dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta dannu għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, mhux biss għall-ilmentaturi. Il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni sofriet telf sinifikanti fis-sehem mis-suq ta' 24 punt perċentwali. Il-fatt li xi produtturi tal-Unjoni tilfu anqas (jew aktar) mis-sehem tas-suq minn oħrajn ma jpoġġix fid-dubju din is-sejba.
Tkabbir
(648) L-Industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika għalkollox mit-tkabbir fil-konsum bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Tabilħaqq, il-konsum żdied b'74 % u l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-bejgħ tagħha b'20 % biss. B'konsegwenza ta' dan, matul dan il-perjodu l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem sinifikanti mis-suq (24 punt perċentwali). L-Industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-produzzjoni, il-bejgħ, l-impjieg u l-kapaċità tagħha bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni, minħabba importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta' sussidjar.
L-impjiegi u l-produttività
(649) Tabella 18 Impjiegi u produttività
Matul il-perjodu kkunsidrat l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej: Sors: CONEBI, produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 PI In-numru ta' impjegati 2488 2958 3458 3493 Indiċi 100 119 139 140 Produttività (unitajiet / impjegat) 334 330 317 305 Indiċi 100 99 95 91
(650) L-industrija tal-Unjoni żiedet il-livell ta' impjieg b'40 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-biċċa l-kbira minn din iż-żieda seħħet bejn l-2014 u l-2016. L-impjiegi baqgħu kważi fl-istess livell bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni.
(651) Il-produttività naqset b'9 % b'riżultat taż-żieda fl-impjiegi li kienet aktar veloċi milli dik fil-produzzjoni.
Kobor tas-sussidjar u rkupru minn sussidjar passat
(652) L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tas-sussidjar fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqies il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.
(653) Ma hemm ebda evidenza ta' sussidjar fil-passat.
Indikaturi mikroekonomiċi Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(654) Tabella 19 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-prezzijiet unitarji medji pponderati tal-bejgħ tal-erba' produtturi tal-Unjoni kkampjunati lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej: Sors: produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 PI Il-prezz unitarju medju tal-bejgħ fl-Unjoni (EUR / unità) 1112 1156 1237 1276 Indiċi 100 104 111 115 Il-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR / unità) 1068 1134 1173 1234 Indiċi 100 106 110 116
(655) Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati żdiedu bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat, f'konformità maż-żieda fil-kost medju tal-produzzjoni li żdied b'16 %.
(656) Billi l-kostijiet u l-prezzijiet medji jiġu affettwati mit-taħlita ta' prodotti mibjugħa minn dawn il-produtturi, dan ma jfissirx li l-kost u l-prezz ta' prodott kumparabbli żdied b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat.
(657) Wara d-divulgazzjoni s-CEIEB, is-CCCME u ċerti produtturi esportaturi argumentaw li l-Kummissjoni ma ġġustifikatx li l-prezz tal-industrija tal-Unjoni kellu fil-fatt jiżdied b'livell ogħla. Hija argumentat li d-dikjarazzjoni fil-premessa (655) li l-prezz medju huwa taħlita tar-roti elettriċi kollha mibjugħa mill-produtturi ikkampjunati li ma jipprovdix tali spjegazzjoni u vvalutat li kien aktar loġiku li jiġi vvalutat li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-istess prodotti kienu qed jiżdiedu b'mod proporzjonali għall-prodott ikkonċernat bħala ħaġa sħiħa.
(658) L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li s-sena ta' referenza biex titkejjel din iż-żieda kienet l-2014, meta l-industrija tal-Unjoni rreġistrat livell baxx ħafna ta' profittabbiltà u marġni ta' profitt l-aktar baxx tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. It-tieni nett, f'dan il-kuntest, iż-żieda fil-prezzijiet medji kienet tirrifletti l-evoluzzjoni tal-kostijiet medji tal-produzzjoni u ma marritx lil hinn minnha. It-tielet nett, kif iddikjarat fil-premessa (655), din l-evoluzzjoni ma tfissirx neċessarjament li l-kost u l-prezz ta' prodott komparabbli żdiedu bl-istess mod bħall-kost u l-prezz medju billi l-firxa tal-prodott tinbidel kull staġun. Meta jiġu kkunsidrati dawn l-elementi u s-sejbiet li jikkonċernaw it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-Kummissjoni għalhekk ma taqbilx mal-argument li ż-żieda fil-prezz medju tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni tinvalida l-eżistenza ta' trażżin tal-prezzijiet jew ta' dipressjoni.
Kostijiet lavorattivi
(659) Tabella 20 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi medji tal-erba' produtturi tal-Unjoni kkampjunati żviluppaw kif ġej: Sors: produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 PI Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR) 38348 37042 34818 34659 Indiċi 100 97 91 90
(660) Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba ż-żieda fl-għadd ta' ħaddiema tal-fabbriki meta mqabbel maż-żieda fl-għadd ta' membri tal-persunal impjegati fil-funzjonijiet tal-bejgħ u dawk amministrattivi.
Inventarji
(661) Tabella 21 Inventarji
Il-livelli tal-istokk tal-erba' produtturi tal-Unjoni kkampjunati żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Sors: produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 PI Stokks tal-għeluq (unitajiet) 59375 73521 90573 98412 Indiċi 100 124 153 166
(662) Il-livell ta' stokks tal-għeluq tal-erba' produtturi tal-Unjoni kkampjunati żdied b'66 % matul il-perjodu kkunsidrat.
(663) Għandu jiġi osservat li l-livell ta' stokks fil-perjodu ta' investigazzjoni ttieħed fi tmiem Settembru, meta normalment l-istokks ikunu baxxi billi dan jikkoinċidi ma' tmiem l-istaġun tal-bejgħ. Għall-kuntrarju, il-livell ta' stokks fil-perjodi l-oħra ttieħed fi tmiem Diċembru, meta huwa normali li l-istokks ikunu għoljin biex jiġi antiċipat l-istaġun tal-bejgħ li jkun imiss.
(664) Iż-żieda fl-istokks kienet għalhekk sinifikanti. Instab li dan kien minħabba l-iżvilupp ġenerali tas-suq u minħabba li filwaqt li l-volumi ta' produzzjoni nżammu 'l isfel sew miż-żieda fil-konsum, il-volumi ta' bejgħ żviluppaw b'rata inqas mgħaġġla minn tal-produzzjoni, li ġġeneraw akkumulazzjoni ta' stokks li kienet partikolarment viżibbli fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni.
Il-profitabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
(665) Tabella 22 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-erba' produtturi tal-Unjoni kkampjunati żviluppaw kif ġej: Sors: produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 PI Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ) 2,7 % 4,3 % 3,8 % 3,4 % Indiċi 100 160 142 125 Fluss tal-flus (EUR) 5178860 – 5433666 17079409 4955399 Indiċi 100 – 105 330 96 Fluss tal-flus (% tal-fatturat mill-bejgħ) 1,1 % – 1,0 % 2,5 % 0,6 % Indiċi 100 – 89 218 55 Investimenti (EUR) 6775924 17773148 7888936 11965802 Indiċi 100 262 116 177 Redditu fuq l-investimenti 18 % 30 % 38 % 37 % Indiċi 100 164 213 203
(666) Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.
(667) Minn bażi baxxa ta' 2,7 % fl-2014, il-marġnijiet tal-profitt naqsu minn 4,3 % fl-2015 għal 3,4 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.
(668) Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus naqas b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat, u qaleb għan-negattiv fl-2015. Dan ma kopriex l-investimenti mġarrba matul il-perjodu kkunsidrat.
(669) It-tqabbil bejn il-marġni tal-profitt, f'perċentwal tal-fatturat, u l-fluss tal-flus operazzjonali espress fuq l-istess bażi juri konverżjoni dgħajfa ħafna tal-profitt fi flussi tal-flus, minħabba l-varjazzjoni fl-istokks.
(670) L-investimenti żdiedu b'77 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li rrappreżentaw mhux aktar minn 2 % tal-bejgħ.
(671) Il-proporzjon tar-redditu fuq l-investimenti żdied b'103 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, filwaqt li strutturalment l-industrija tar-roti elettriċi hija negozju b'użu intensiv ta' flus kontanti, hija teħtieġ ftit assi biex topera u dawn ġeneralment diġà jeżistu mill-produzzjoni ta' roti konvenzjonali. F'dan il-kuntest, ir-redditu fuq l-investimenti huwa ta' rilevanza limitata.
(672) Il-prestazzjoni finanzjara dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni f'termini ta' profitti u fluss tal-flus matul il-perjodu ta' investigazzjoni illimitat il-kapaċità tagħha li tiġġenera l-kapital.
(673) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi argumentaw li l-livell tal-marġni ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni u l-evoluzzjoni tiegħu matul il-perjodu kkunsidrat ma kklassifikax sitwazzjoni ta' dannu materjali.
(674) Filwaqt li l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta' volum sinifikanti ta' importazzjonijiet sussidjati u twaqqigħ tal-prezzijiet, hija stabbilixxiet ukoll is-saħħa fid-domanda fis-suq tar-roti elettriċi li xi ftit illimita l-effetti negattivi fuq il-marġni tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni. Din l-osservazzjoni tinkludi l-perjodu bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni fejn iż-żieda f'daqqa fl-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkoinċidiet ma' tnaqqis relattivament żgħir fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni minħabba saħħa kontinwa fil-konsum. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li l-marġni tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni naqas fis-snin kollha ħlief wieħed u kien globalment f'livelli baxxi. Barra minn hekk, il-konklużjoni ta' dannu materjali mhijiex ibbażata fuq indikatur wieħed. Indikaturi oħra, li xi wħud minnhom huma ta' natura finanzjarja bħall-fluss tal-flus, ġew analizzati flimkien mal-evoluzzjoni tal-marġni ta' profitt biex ikun hemm konklużjoni favur sitwazzjoni ta' dannu materjali. Għalhekk it-talba kellha tiġi miċħuda.
(675) Wara d-divulgazzjoni, is-CEIEB vvalutat li l-marġni ta' profitt immirata ta' 4,3 % ma kienx ogħla b'mod sinifikanti mill-marġini ta' profitt matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' 3,4 % u sostniet li l-livell ta' profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni ma kinitx evidenza ta' dannu.
(676) Kif intqal fil-premessa (670), l-industrija tar-roti elettriċi huwa negozju b'użu intensiv ta' flus kontanti. Għalhekk huwa importanti li wieħed jara jekk il-profittabiltà miksuba tista' tiġġenera fluss tal-flus suffiċjenti biex issostni l-operazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni. Kif muri fit-Tabella 22, il-fluss tal-flus tal-industrija tal-Unjoni kien dgħajjef matul il-perjodu ta' investigazzjoni, li jammonta għal 0,6 % biss tal-fatturat tal-bejgħ. Għalhekk, meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, u mhux meta wieħed iħares lejn il-profitabbiltà f'iżolament, tinżamm is-sejba dwar il-prestazzjoni finanzjarja batuta tal-Unjoni.
(677) Wara d-divulgazzjoni, is-CCCME nnotat li investimenti u impjiegi kbar jistgħu jimplikaw żieda sostanzjali fil-kostijiet fissi għall-produtturi tal-Unjoni u għandhom impatt sinifikanti fuq il-profittabiltà, speċjalment jekk l-użu tal-kapaċità kien baxxa.
(678) Fir-rigward tal-investimenti, dan il-kumment ġie analizzat fit-Taqsima 5.2.3 ta' dan ir-regolament, b'mod partikolari fil-premessi minn (705) sa (707) fejn il-Kummissjoni spjegat li n-nefqa kapitali ma kellhiex impatt materjali fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.
(679) Fir-rigward tal-impjieg, is-CCCME argumentat li ż-żieda fil-kapaċità enormi kienet riflessa f'żieda sostanzjali ta' żieda fl-impjegati. Madankollu, huwa ċar ukoll li ż-żieda fl-impjiegi kienet xprunata wkoll minn żieda sinifikanti fil-produzzjoni.
(680) Il-Kummissjoni sabet li, b'mod partikolari bejn l-2014 u l-2016, l-impjiegi rriflettew il-produzzjoni ħafna aktar mill-qrib milli l-kapaċità tal-produzzjoni. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, fejn il-bejgħ u l-produzzjoni tal-Unjoni żviluppaw b'mod negattiv minkejja l-konsum dejjem akbar tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tnaqqas mill-impjiegi u dan iwassal għal tnaqqis fil-produttività għal kull impjegat. Tali tnaqqis fil-produttività u l-impatt negattiv konsegwenti fuq il-profittabiltà tal-industrija tal-Unjoni huma madankollu marbuta direttament ma' kwantitajiet dejjem akbar ta' importazzjonijiet sussidjati ta' roti elettriċi Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat.
Konklużjoni dwar id-dannu
(681) Iffaċċata bi fluss dejjem jaċċelera ta' importazzjonijiet miċ-Ċina li huma l-oġġett ta' sussidjar, l-Industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikkapitalizza fuq it-tkabbir tas-suq tar-roti elettriċi. Il-bejgħ żdied b'20 % fil-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum żdied b'74 %. Intilfu 24 punt fis-sehem mis-suq, li minnhom 17 marru għall-importazzjonijiet Ċiniżi li waqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bejn 16 % u 43 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.
(682) Il-pressjoni fuq il-bejgħ inħasset fuq il-produzzjoni, l-istokks, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità u l-livelli ta' impjieg. F'termini wiesgħa, bejn l-2014 u l-2015, il-produzzjoni żdiedet bl-istess rata bħall-konsum (+18 % u +20 % rispettivament). Madankollu, wara l-2015, l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata terġa' tivvaluta mill-ġdid l-aspettattivi tal-bejgħ tagħha. Ix-xejra fil-produzzjoni mbagħad ma segwietx b'mod sinifikanti u dejjem aktar l-iżvilupp ġenerali tas-suq, bi produzzjoni li żdiedet b'9 % u konsum li żdied b'45 % bejn l-2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni.
(683) Minkejja dan, minbarra fl-2014, il-produzzjoni kienet sistematikament ogħla mill-bejgħ, li wassal għal żieda sinifikanti fl-istokks. Il-kapaċità ta' produzzjoni, li sal-2016 kienet żdiedet f'konformità mal-konsum, imbagħad naqset biex twaqqaf id-deterjorament tar-rata ta' użu tal-kapaċità li tilfet 9 punti perċentwali bejn l-2014 u l-2016.
(684) Bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni, kumplessivament, naqset il-produzzjoni, l-istokks kienu ogħla wara l-istaġun tal-bejgħ milli qablu, naqset il-kapaċità u waqaf l-impjieg, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'155 punt perċentwali.
(685) Il-pressjoni fuq il-prezzijiet u l-inabbiltà li jinħatfu ekonomiji ta' skala f'suq li għadu kemm jibda żammew il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni f'livelli baxxi matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Dan il-livell baxx ta' profitt u l-varjazzjoni tal-istokks wasslu għal flussi tal-flus operazzjonali baxxi li kienu taħt il-livell ta' investiment imġarrab matul il-perjodu kkunsidrat, u dan ħoloq element addizzjonali ta'vulnerabbiltà għal dan in-negozju b'użu intensiv ta' flus kontanti li jiddependi ħafna fuq il-likwidità pprovduta mill-banek. Erba' produtturi fallew matul il-perjodu ta' investigazzjoni.
(686) Kien hemm żvilupp negattiv fl-indikaturi tad-dannu għat-tkabbir, is-sehem mis-suq, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-istokks, il-marġnijiet tal-profitt, il-flussi tal-flus u l-abbiltà li jiġi ġġenerat kapital. Kien biss bis-saħħa tat-tkabbir sottostanti qawwi fid-domanda li l-indikaturi l-oħra ma qalbux ukoll għan-negattiv.
(687) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi ssottomettew li l-parametri tal-kompetizzjoni ma kinux ġew indirizzati fl-analiżi tad-dannu. Huma sostnew li l-ilment ammetta li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma kinitx kwistjoni għas-suq sal-2016, sakemm dawn iffokaw fuq is-segmenti ta' livell baxx u livell medju fis-suq tal-Unjoni u li l-analiżi tad-dannu kellha tiffoka fuq dawn is-segmenti speċifiċi.
(688) Minkejja l-fatt li dawn id-dikjarazzjonijiet saru fuq qari ineżatt tal-ilment, il-Kummissjoni tfakkar li l-konklużjonijiet tagħha ma kinux ibbażati fuq l-ilment imma fuq l-investigazzjoni tagħha stess u s-sejbiet dwar is-sussidju, id-dannu u l-kawżalità. Kif stabbilit fil-premessa (746), l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni hija attiva fis-segmenti kollha tas-suq. Tali differenzjazzjoni tal-prodott ikkonċernat għalhekk ma kinitx iġġustifikata u t-talba kellha tiġi miċħuda. Wara d-divulgazzjoni, is-CCCME argumentat li billi t-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni laqat l-aktar il-produtturi tal-Unjoni għajr l-ilmentaturi, kif spjegat fil-premessa (645), l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-produzzjoni tal-ilmentaturi allegatament kienu f'ħafna segmenti distinti tas-suq. Madankollu, kif diġà ssemma fil-premessa (646), l-analiżi tad-dannu tkopri l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, mhux biss l-ilmentaturi. Mhuwiex ikkontestat li l-industrija tal-Unjoni sofriet telf sinifikanti fis-sehem mis-suq ta' 24 punt perċentwali, l-aktar minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi, li kisbu 17-il punt perċentwali ta' sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat.
(689) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi ssottomettew li d-dikjarazzjoni magħmula fil-premessa (685) li l-indikaturi kollha ċċitati hemm żviluppaw b'mod negattiv kienet falza u qarrieqa. Dawn il-partijiet interessati ddikjaraw li l-indikatur ta' tkabbir f'termini kemm ta' produzzjoni u kif ukoll ta' bejgħ, u ta' bejgħ f'termini kemm ta' valur u kif ukoll ta' volum, kien sostanzjalment pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, ġie sostnut li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'mod sostanzjali u li kemm il-profittabbiltà u kif ukoll il-prezzijiet kienu żdiedu wkoll matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn il-partijiet interessati sostnew li kuntrarjament għal dak li kien ġie ddikjarat fil-premessi (684) u (685), l-indikaturi tal-prestazzjoni u b'mod partikolari l-profittabbiltà ma naqsux matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-aħħar nett, intqal li, billi ppreżentat l-ilment stess kien ammetta li l-importazzjonijiet mi-RPĊ ma kinux bdew jikbru u jsiru kompetittivi sal-2016, marġni ta' profitt baxx fl-2014 seta' biss ikun id-dannu kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni nfushom. Bl-istess mod, is-CEIEB issottomettiet li x-xejriet pożittivi fil-produzzjoni, il-bejgħ, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-impjiegi jpaċu għat-telf tas-sehem mis-suq u l-pressjoni fuq il-prezzijiet u l-profittabiltà. Hija sostniet li t-telf tas-sehem mis-suq kien l-uniku indikatur li kellu xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat u li fih innifsu ma kienx biżżejjed biex jiġġustifika l-eżistenza ta' dannu. Il-Kummissjoni tfakkar li l-iskop tal-analiżi tad-dannu tagħha huwa li tivvaluta l-livell ta' dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni. Dan jinvolvi valutazzjoni tar-relevanza tal-indikaturi kollha tal-prestazzjoni, ir-relazzjonijiet u l-evoluzzjoni tagħhom u matul il-perjodu kkunsidrat. Tqabbil sempliċi tal-punti tat-tmiem ta' kull indikatur meħud separatament ma jistax jirrifletti x-xejriet ekonomiċi li hemm fl-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, is-sejba dwar l-indikatur tat-tkabbir ġiet spjegata fil-premessi (647) u (680) u bbażat ruħha fuq diverġenza sostanzjali u dejjem tikber bejn l-evoluzzjoni tal-konsum u l-evoluzzjoni tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li ssarrfet f'telf sinifikanti tas-sehem mis-suq. Kif spjegat fil-premessi minn (681) sa (683), l-impatt ta' din id-diverġenza infirex maż-żmien fuq il-produzzjoni, l-istokks, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità u l-livell ta' impjiegi. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (684), il-marġni tal-profitt baqa' ċertament f'livell baxx u f'xejra ta' tnaqqis fis-snin kollha ħlief waħda. Barra minn hekk, meta wieħed iqis li n-negozju tar-roti elettriċi huwa intensiv fil-flus kontanti u jiddependi fuq il-finanzjament bankarju, l-analiżi tal-pożizzjoni finanzjarja trid tieħu inkunsiderazzjoni t-tisrif ta' profitti fi flussi ta' flus tal-operat li ma kinitx biżżejjed u taħt il-marġnijiet ta' profitt sew. B'mod ġenerali, il-Kummissjoni għalhekk ikkonfermat li x-xejriet msemmija qabel f'din il-premessa kkaratterizzaw sitwazzjoni batuta u negattiva u kkonfermaw il-konklużjoni tagħha li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali.
(690) Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma qablitx mal-argument li l-marġni ta' profitt baxx tal-industrija tal-Unjoni fl-2014 seta' ikun biss l-iżball kummerċjali tagħha billi l-ilmentatur kien ammetta li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma bdewx jikbru u jsiru kompetittivi sal-2016. Il-Kummissjoni vvalutat li din it-talba kienet ibbażata fuq qari ineżatt tal-ilment u, fi kwalunkwe każ, li din kienet ikkontradita mis-sejbiet tal-investigazzjoni li wrew li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kellhom sehem sinifikanti mis-suq ta' 18 % fl-2014 u kienu diġà irdoppjaw fil-volum sal-2016. Din it-talba ġiet għalhekk miċħuda.
(691) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi allegaw li l-evoluzzjoni tal-indikaturi indiċjati mhux kunfidenzjali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fixklet sostanzjalment il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali.
(692) Bħalma hija prattika standard tal-Kummissjoni u kif ġie stabbilit fil-premessa (628), il-Kummissjoni kkunsidrat l-indikaturi mikroekonomiċi tad-dannu bl-użu tad-data vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Dawk l-indikaturi ikkontribwixxew għas-sejba ta' dannu materjali iżda ma jistgħux jiġu interpretati bħala li, fihom infushom, jagħmlu s-sejba tad-dannu materjali kompleta (jew, inkella, jissostitwixxu d-determinazzjoni ġenerali tad-dannu mwettqa mill-Kummissjoni). Fir-rigward tal-indikaturi makroekonomiċi tad-dannu, dawn kienu stabbiliti għall-industrija tal-Unjoni kollha. Għalhekk l-argument ġie miċħud.
(693) Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha dwar id-dannu stabbilit fil-premessi (680) to (685) hawn fuq.
RABTA TA' KAWŻALITÀ
(694) F'konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta' sussidjar mir-RPĊ ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn setgħux fl-istess ħin għamlu dannu lill-industrija tal-Unjoni.
(695) Il-Kummissjoni rat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr mill-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ ma ġiex attribwit lill-importazzjonijiet issussidjati. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-bejgħ għall-esportazzjoni, u impatt allegat tal-investiment u tal-espansjoni tal-kapaċitajiet.
Effetti tal-importazzjonijiet issussidjati
(696) Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' sussidjar mir-RPĊ waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, bil-marġnijiet ta' twaqqigħ mifruxa bejn 16,2 % u 43,2 %. Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet 24 punt mis-sehem mis-suq f'suq li qed jikber b'74 %, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'250 % u rebħu 17-il punt mis-sehem mis-suq, minn 18 % għal 35 %. Il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta' sussidjar mir-RPĊ żammet il-profitti u l-flussi tal-flus f'livelli baxxi.
Effetti ta' fatturi oħrajn Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(697) Tabella 23 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Sors: Eurostat Pajjiż 2014 2015 2016 PI It-Tajwan Volum (unitajiet) 21335 43095 79312 108817 Indiċi 100 202 372 510 Is-sehem mis-suq 2 % 3 % 5 % 5 % Prezz medju 622 571 843 1016 Indiċi 100 92 135 163 il-Vjetnam Volum (unitajiet) 37892 74259 91468 101376 Indiċi 100 196 241 268 Is-sehem mis-suq 3 % 5 % 5 % 5 % Prezz medju 435 539 542 570 Indiċi 100 124 125 131 l-Iżvizzera Volum (unitajiet) 883 14310 30477 28440 Indiċi 100 1621 3452 3221 Is-sehem mis-suq 0 % 1 % 2 % 1 % Prezz medju 1140 1391 1606 1606 Indiċi 100 122 141 141 il-Ġappun Volum (unitajiet) 16994 4217 1613 1710 Indiċi 100 25 9 10 Is-sehem mis-suq 1 % 0 % 0 % 0 % Prezz medju 1098 1406 1687 952 Indiċi 100 128 154 87 Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ Volum (unitajiet) 77104 135881 202870 240343 Indiċi 100 176 263 312 Is-sehem mis-suq 7 % 10 % 12 % 12 % Prezz medju 641 666 828 897 Indiċi 100 104 129 140
(698) Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ żviluppa bil-qawwa, fejn żied is-sehem mis-suq tiegħu minn 7 % fl-2014 (77000 unità) għal-12 % (240000 unità fil-perjodu ta' investigazzjoni). Iżda r-rata taż-żieda ddeċellerat meta l-produtturi esportaturi Ċiniżi intensifikaw l-attività tagħhom wara l-2015.
(699) Dawn l-importazzjonijiet oriġinaw kważi esklużivament mit-Tajwan u mill-Vjetnam. Minkejja dan, wara l-2015, Il-Kummissjoni osservat żieda aktar bil-mod fl-importazzjonijiet mill-Vjetnam, li tista' tiġi spjegata mid-differenza sinifikanti u dejjem tikber fil-prezz meta mqabbel mal-importazzjonijiet Ċiniżi. Bl-istess mod, il-progress kontinwu tal-importazzjonijiet mit-Tajwan seħħ waqt żieda daqstant sinifikanti fil-prezzijiet, li jissuġġerixxi li jista' ikun li dawn l-importazzjonijiet ġew spostati lejn is-segment ta' livell għoli fis-suq.
(700) Bħala medja, l-importazzjonijiet mit-Tajwan u mill-Vjetnam kellhom prezzijiet aktar baxxi mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, meta titqies il-firxa wiesgħa ta' prezzijiet tar-roti elettriċi, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li dawn l-importazzjonijiet waqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bl-istess mod. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tagħhom żdiedu, filwaqt li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu.
(701) Minkejja dan, id-differenza bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienet sinifikanti, u ma jistax jiġi eskluż li dawn ikkontribwew għad-dannu b'mod marġinali. Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Vjetnam ma baqgħux jirbħu sehem mis-suq wara l-2015, u l-volumi tagħhom baqgħu żgħar.
(702) Konsegwentement, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha barra r-RPĊ ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' sussidjar mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, u ma setax kellhom aktar minn effett marġinali fuq id-dannu tal-industrija.
Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
(703) Tabella 24 Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun
Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-volum tal-esportazzjonijiet tal-erba' produtturi tal-Unjoni kkampjunati żviluppa kif ġej: Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 PI Volum tal-esportazzjoni (unitajiet) 5539 14529 24922 21548 Indiċi 100 262 450 389 Prezz medju (EUR) 1570 680 676 907 Indiċi 100 43 43 58
(704) L-esportazzjonijiet barra l-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati kienu negliġibbli (3 % tal-volum totali tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat). Anki meta jitqies it-tnaqqis fil-prezz medju, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx kienet kawża ta' dannu.
Investiment u espansjoni tal-kapaċitajiet
(705) Is-CCCME saħqet li l-investiment fil-kapaċità rriżulta fl-2016, f'eċċess ta' kapaċità tal-produzzjoni li jmur lil hinn minn kull aspettattiva realistika tal-bejgħ, u kellu l-effetti kemm li naqqas l-użu tal-kapaċità b'mod sinifikanti kif ukoll li ħalla impatt gravi fuq il-profittabbiltà.
(706) Il-Kummissjoni ma laqgħetx dan l-argument. L-ewwel nett, ma jistax jingħad li l-investiment fil-kapaċità kien lil hinn minn kull aspettattiva realistika tal-bejgħ. Kif jidher fit-Tabella 6 hawn fuq, il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 300000 unità bejn l-2015 u l-2016. Dan jikkonforma kompletament mat-tkabbir fil-konsum bejn l-2015 u l-2016, li wkoll kien ta' 300000 unità kif jidher fit-Tabella 13 hawn fuq. Minħabba l-pressjoni inġusta mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' sussidjar, l-industrija tal-Unjoni sussegwentement naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni b'aktar minn 150000 unità, minkejja li kien hemm tkabbir fis-suq ta' aktar minn 300000 unità.
(707) It-tieni, il-Kummissjoni osservat li l-livell ta' nefqa kapitali ma kienx għoli. Għall-kuntrarju, dan kien taħt 2 % tal-fatturat totali matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni kkonvertiet il-linji ta' produzzjoni eżistenti u għalhekk, iż-żieda fil-kapaċità ma kinitx motivatur kbir tan-nefqiet kapitali.
(708) It-tielet, in-nefqiet kapitali ma ġewx ikkunsidrati fil-profittabbiltà (minbarra għad-deprezzament u l-amortizzament li ma żdidux materjalment) jew fil-flussi tal-flus (li jinsabu f'livell operazzjonali). Għalhekk, mhuwiex preċiż li dawn l-indikaturi jiġu interpretati fid-dawl tal-livell ta' investimenti.
(709) Fl-aħħar nett, l-indikaturi tal-Kummissjoni wrew li l-kost tal-produzzjoni żdied f'linja mal-prezzijiet tal-bejgħ. B'riżultat ta' dan, ma jistax jingħad li ż-żieda fil-kapaċità kellha impatt sproporzjonat fuq il-kost tal-produzzjoni.
Prestazzjoni mill-industrija tal-Unjoni
(710) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi ssottomettew li bosta produtturi tal-Unjoni fl-Ewropa Ċentrali importaw komponenti mir-RPĊ, immuntaw u biegħu roti elettriċi fl-Unjoni. Hija żiedet li l-prezzijiet ta' roti elettriċi prodotti minn dawk il-kumpaniji jidhru li huma relattivament baxxi, li jistgħu jkunu kawża oħra tad-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni li jipproduċu livell għoli ta' roti elettriċi.
(711) Il-Kummissjoni tfakkar li l-ambitu ġeografiku tal-investigazzjoni tagħha huwa s-suq tal-Unjoni, mhux partijiet minnu. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni ta' roti elettriċi kienu attivi fis-setturi kollha u li xi produtturi fil-kampjun kellhom unitajiet ta' produzzjoni li jinsabu fl-Istati Membri li jinsabu f'pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali. Fi kwalunkwe każ, l-affermazzjoni ma kinitx sostanzjata u ġiet miċħuda.
(712) Barra minn hekk, xi produtturi esportaturi ssottomettew li l-prestazzjoni fqira tal-industrija tal-Unjoni setgħet kienet ikkawżata minn żbalji ta' ġestjoni mill-produtturi tal-Unjoni.
(713) L-ewwel nett, il-Kummissjoni osservat li din id-dikjarazzjoni dehret li kienet tikkontradixxi l-istqarrijiet magħmula mill-istess partijiet interessati li s-suq ta' roti elettriċi fl-Unjoni kien iddominat mill-industrija tal-Unjoni, li l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi Ċiniżi kienu għadhom kif gradwalment laħqu mal-kwalità u l-kompetittività u eventwalment li l-kawża tad-dannu l-aktar probabbli kien investiment eċċessiv fil-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.
(714) Il-Kummissjoni nnotat ukoll li dawn il-partijiet interessati sostnew kemm li l-industrija tal-Unjoni marret tajjeb matul il-perjodu kkunsidrat (kif iddikjarat fil-premessa (687)) u kif ukoll li l-ġestjoni ħażina tagħha jispjega għaliex il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied biss b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'250 % fl-istess żmien.
(715) F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni vvalutat li sabiex tiġi kkunsidrata, din it-talba jmissha ġiet speċifikata b'mod preċiż u kkwantifikata. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fakkret li filwaqt li telf fis-sehem mis-suq kien element importanti tal-analiżi tad-dannu tagħha, dan tal-aħħar ma kienx limitat għalih. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi ta' indikaturi oħra ta' dannu u l-konklużjoni tagħha ta' twaqqigħ tal-prezzijiet, li kollha jagħtu raġun lill-valutazzjoni tagħha tal-analiżi ta' dannu ġenerali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba.
Inċentivi għal bejgħ ta' roti elettriċi fis-suq tal-Unjoni
(716) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi argumentaw li s-sussidji fis-suq tal-Unjoni setgħu ffavorixxu l-bejgħ ta' roti elettriċi Ċiniżi orħos u appellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tinvestiga l-impatt ta' sussidji fuq ix-xiri ta' mudelli ta' roti elettriċi fis-suq tal-Unjoni.
(717) L-impatt ta' sussidji li jippromwovu l-użu ta' roti elettriċi hija kwistjoni distinta mis-sejba ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u tad-dannu mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Għal darba oħa, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni hija attiva fis-segmenti kollha tas-suq. Għalhekk, anki jekk l-allegati sussidji kienu rilevanti għal din il-valutazzjoni, dawn ma jispjegawx iż-żieda ta' roti Ċiniżi għad-detriment tar-roti orħos prodotti fl-Unjoni ħlief għall-fatt li r-roti Ċiniżi huma ssussidjati. Għaldaqstant, din it-talba ġiet miċħuda.
Konklużjoni dwar ir-rabta ta' kawżalità
(718) Il-Kummissjoni stabbilixxiet rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' sussidjar mir-RPĊ.
(719) Il-Kummissjoni għamlet distinzjoni u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufin kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati.
(720) Il-fatturi identifikati l-oħra bħal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-bejgħ minn esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni, u l-impatt allegat tal-investiment u tal-espansjoni fil-kapaċità ma nstabux li jkissru r-rabta ta' kawżalità, anki jekk jitqies l-effett ikkombinat possibbli tagħhom.
(721) Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' sussidjar mir-RPĊ u li l-fatturi l-oħra, meqjusa individwalment jew kollettivament, ma attenwawx ir-rabta ta' kawżalità bejn id-dannu u l-importazzjonijiet oġġett ta' sussidjar.
INTERESS TAL-UNJONI
(722) Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx b'mod ċar tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta' sussidjar dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.
Interess tal-fornituri
(723) COLIPED, li tlaqqa' flimkien assoċjazzjonijiet nazzjonali li jirrappreżentaw il-fornituri tal-komponenti, appoġġat l-impożizzjoni ta' miżuri. Madankollu, ebda fornitur ma ħa pożizzjoni individwali f'din l-investigazzjoni.
(724) Skont iċ-ċifri ppreżentati minn CONEBI, il-partijiet tar-roti (kemm għar-roti konvenzjonali kif ukoll għar-roti elettriċi) jiġu mmanifatturati minn 424 kumpanija f'19-il Stat Membru, li jimpjegaw kważi 21000 membru tal-persunal u li, fl-2016, investew aktar minn EUR 660 miljun fil-manifattura u l-innovazzjoni.
(725) Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' dazju kumpensatorju tkun fl-interess tal-fornituri tal-industrija tal-Unjoni.
L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(726) L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn kumpaniji kbar kif ukoll żgħar u medji, u matul il-perjodu kkunsidrat kienet timpjega b'mod dirett madwar 3600 persuna mifruxa fi tnax-il Stat Membru. Barra minn hekk, filwaqt li l-konsum ta' roti elettriċi għadu jirrappreżenta porzjon żgħir mis-suq kumplessiv tar-roti, il-bidla fid-domanda minn roti konvenzjonali għal roti elettriċi hija rapida u tippreżenta sfida strutturali biex jinżammu l-livell ta' attività, il-valur miżjud u l-impjiegi fl-industrija kollha tar-roti.
(727) Kif muri fit-Taqsima 4.4.4 hawn fuq, fl-analiżi tal-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu sa mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija sħiħa tal-Unjoni esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha u kienet affettwata b'mod negattiv mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' sussidjar.
(728) Il-Kummisjoni tistenna li l-impożizzjoni ta' dazju kumpensatorju proviżorju se jippermetti li l-produtturi kollha joperaw skont kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' miżuri, huwa probabbli ħafna li jkun hemm deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.
(729) Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' dazju kumpensatorju tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.
Interess ta' importaturi mhux relatati
(730) Matul il-proċediment, disgħa u għoxrin importatur esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-impożizzjoni ta' miżuri. Dsatax minnhom (19) appartjenu lis-CEIEB. It-tlettax-il kumpanija li qed joġġezzjonaw il-miżuri li għalihom huwa magħruf il-volum tal-importazzjonijiet irrappreżentaw 10 % mill-importazzjonijiet totali mir-RPĊ fil-perjodu ta' investigazzjoni.
(731) Kif spjegat fil-premessa (581), sitt kumpaniji li jimmanifatturaw il-prodott simili ġew esklużi mid-definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u kkwalifikati bħala importaturi. Dawn il-kumpaniji esprimew l-appoġġ tagħhom għall-miżuri. L-importazzjonijiet tagħhom kienu jirrappreżentaw viċin it-12 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni.
(732) Il-preżentazzjonijiet li saru mill-importaturi kkampjunati wrew li l-impożizzjoni tad-dazji x'aktarx kienet se tfixkel il-katini ta' provvista tagħhom mill-inqas temporanjament, kif ukoll thedded il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom jekk ma setgħux jgħaddu l-kostijiet miżjuda relatati mad-dazju lill-klijenti tagħhom.
(733) Il-preżentazzjonijiet li saru mill-importaturi kkampjunati wrew ukoll li l-akbar importaturi setgħu isibu sorsi oħra ta' roti elettriċi xierqa u / jew kellhom sorsi alternattivi potenzjali ta' forniment barra mir-RPĊ, inkluża l-industrija tal-Unjoni.
(734) L-istatistika dwar l-importazzjoni turi li l-Vjetnam u t-Tajwan ipprovdew kwantitajiet sinifikanti ta' roti elettriċi lill-importaturi Ewropej. Huwa probabbli wkoll li pajjiżi oħra li jinsabu f'pożizzjoni tajba fil-manifattura ta' roti konvenzjonali jistgħu potenzjalment ifornu lill-importaturi.
(735) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-impożizzjoni tad-dazji fuq l-importazzjonijiet ta' roti konvenzjonali mir-RPĊ ma kellhiex l-effett li tagħlaq is-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet, u għall-kuntrarju espandiet l-għadd ta' pajjiżi li jfornu roti konvenzjonali. Għall-kuntrarju, fi swieq kbar mingħajr miżuri fuq roti konvenzjonali mir-RPĊ, bħall-Istati Uniti tal-Amerka u l-Ġappun, l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 99 % u 90 % mis-suq rispettivament, u l-biċċa l-kbira minn dawn l-importazzjonijiet kienu ġejjin mir-RPĊ.
(736) Il-Kummissjoni osservat li l-industrija tar-roti tikkonsisti f'aktar minn 450 produttur, li minnhom 37 biss attwalment jimmanifatturaw roti elettriċi. Barra minn hekk, il-manifatturi attwali ta' roti elettriċi diġà jfornu firxa wiesgħa ta' roti elettriċi, u jistgħu jżidu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħhom f'kundizzjonijiet normali tas-suq.
(737) Il-Kummissjoni sabet li l-impożizzjoni tad-dazji jista' jkollha effett negattiv fuq l-importaturi żgħar. Madankollu, hija sabet ukoll li l-impatt negattiv tal-impożizzjoni tad-dazji jista' jiġi mmitigat bid-disponibbiltà ta' sorsi ta' roti xierqa fl-industrija tal-Unjoni, f'pajjiżi terzi oħra u fir-RPĊ bi prezzijiet ġusti.
(738) Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li sitt importaturi li jirrappreżentaw volum kbir ta' importazzjonijiet appoġġaw l-impożizzjoni ta' miżuri, li kkonferma l-kapaċità tal-importaturi li jadattaw l-attività tagħhom għall-impożizzjoni ta' miżuri.
(739) Wara d-divulgazzjoni, is-CEIEB issottomettiet ukoll li l-Kummissjoni ma evalwatx b'mod adegwat id-diffikultà u l-kost involut fl-adattament tal-katina ta' provvista ta' importaturi kkawżati mill-impożizzjoni ta' miżuri u ma kkunsidratx is-sitwazzjoni tal-importaturi żgħar.
(740) Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni u tirreferi għall-premessa (736) fejn l-effett avverż tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi żgħar huwa ddikjarat u għall-premessa (740) fejn hija tikkonkludi li l-impożizzjoni tal-miżuri ma kienx fl-interess tal-importaturi.
(741) Il-Kummissjoni ssostni, madankollu, is-sejba li dan l-impatt negattiv huwa mmitigat mill-possibilità ta' sorsi ta' roti elettriċi xierqa mill-industrija tal-Unjoni, minn pajjiżi terzi oħra u mir-RPĊ bi prezzijiet ġusti, mhux dannużi, u li dan ma jegħlibx l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.
L-interess tal-utenti
(742) Il-Federazzjoni Ewropea taċ-Ċiklisti (ECF, European Cyclists' Federation) interveniet f'din l-investigazzjoni. Il-ECF tirrappreżenta l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet taċ-ċiklisti. Il-ECF ippreżentat l-argument li l-prezz mhuwiex il-fattur li jiddetermina jekk in-nies jużawx ir-roti aktar jew inqas, u pprovdiet evidenza li l-pajjiżi fejn in-nies jużaw l-aktar roti huma dawk fejn ir-roti u r-roti elettriċi huma aktar għaljin.
(743) Din ix-xejra ġiet ikkorroborata minn preżentazzjoni li saret mill-kollettiva tal-importaturi li kienu kontra l-miżuri, li wriet li l-pajjiżi bir-rati l-aktar veloċi ta' adozzjoni tar-roti elettriċi kienu l-pajjiżi fejn, bħala medja, ir-roti elettriċi kienu l-aktar għaljin.
(744) Il-kollettiva tal-importaturi ppreżentat ukoll l-argument li kien hemm rabta qawwija bejn il-prezzijiet tar-roti elettriċi, il-kultura nazzjonali taċ-ċikliżmu, il-kwalità tal-infrastrutturi u, fl-aħħar mill-aħħar, l-adozzjoni tar-roti elettriċi.
(745) Il-ECF tappoġġa kundizzjonijiet tas-suq li jrawmu l-kwalità, l-innovazzjoni u s-servizzi. Għalhekk, li kieku l-eżistenza ta' prattiki kummerċjali inġusti ġiet stabbilità, il-ECF saħqet li dan ikollu rwol negattiv fl-iżvilupp tar-roti elettriċi u, konsegwentement, fuq it-tranżizzjoni għal Ewropa aktar ekoloġika li toffri mobbiltà aktar effettiva liċ-ċittadini tagħha.
(746) Min-naħa l-oħra, il-kollettiva tal-importaturi li kienet kontra l-impożizzjoni tal-miżuri ppreżentat l-argument li l-miżuri ma jħallux lill-produtturi Ċiniżi la jfornu l-prodotti ta' livell baxx u lanqas jiżviluppaw prodotti ta' livell medju u għoli, li jirriżulta f'anqas kompetizzjoni. Billi, allegatament, sa ċertu punt l-industrija tal-Unjoni hija attiva fis-segment medju u f'dak għoli, dan ikun iwassal għal anqas għażla u prezzijiet ogħla għall-konsumaturi Ewropej.
(747) L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni hija attiva fis-segmenti kollha tas-suq, inklużi prodotti ta' livell baxx. F'dan ir-rigward, il-prodotti ta' livell baxx huma dawk ir-roti elettriċi li jkollhom il-karatteristiċi bażiċi fl-istruttura tan-numru ta' kontroll tal-prodott (PCN, product control number). Id-definizzjoni ta' prodotti ta' livell baxx hija differenti mill-allegata differenzjazzjoni tas-suq f'setturi. B'mod partikolari, l-ebda kriterji fiżiċi ma ġew ipprovduti minn kwalunkwe parti interessata li tkun ta' appoġġ għal analiżi bbażata fuq segmentazzjoni tas-suq.
(748) Huwa mistenni li l-miżuri jamplifikaw u jiddiversifikaw il-forniment ta' roti elettriċi billi jirrestawraw il-kompetizzjoni f'kundizzjonijiet ekwi. Ta' min jiftakar li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq roti konvenzjonali ma naqqsitx l-għażla tal-konsumaturi, iżda żiedet id-diversità tal-fornituri u tal-pajjiżi ta' oriġini tagħhom. Għalhekk, instab li l-argument ma kienx sostanzjat u kellu jiġi miċħud.
(749) Filwaqt li l-impożizzjoni tal-miżuri hija mistennija tirrestawra l-prezzijiet tas-suq li huma de facto ogħla mill-prezzijiet li huma l-oġġett ta' sussidjar, il-prezz huwa wieħed mill-fatturi li jiggwida l-għażla tal-konsumaturi, u l-impatt probabbli fuq il-prezzijiet għall-konsumaturi jrid jiġi bbilanċjat minn tqabbil tal-kostijiet-benefiċċji mal-alternattivi għar-roti elettriċi, bħal karozzi, muturi jew scooters.
(750) Il-Kummissjoni sabet li l-interess tal-konsumatur ma jistax jitnaqqas għall-impatt fuq il-prezzijiet li jirriżulta meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ jiġu rrestawrati għal livelli mhux dannużi. Għall-kuntrarju, teżisti ħafna evidenza li l-għażla tal-konsumatur hija xprunata minn fatturi oħra, bħall-varjetà, il-kwalità, l-innovazzjoni u s-servizzi, li jistgħu jinkisbu biss skont kundizzjonijiet normali tas-suq b'kompetizzjoni ġusta u miftuħa.
(751) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ma kinux se jaffettwaw b'mod mhux xieraq is-sitwazzjoni tal-konsumaturi, u li kienu se jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tar-roti elettriċi fl-Ewropa u għall-benefiċċji usa' tiegħu għas-soċjetà, f'termini ta' ħarsien tal-ambjent u mobbiltà aħjar.
(752) Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi ddikjaraw li l-impożizzjoni ta' miżuri tnaqqas l-għażla tal-konsumatur, iżżid l-prezzijiet u tmur kontra politiki ambjentali mfassla biex jinkoraġġixxu l-użu ta' roti elettriċi.
(753) Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (747), huwa mistenni li l-miżuri se jżidu u jiddiversifikaw il-provvista ta' roti elettriċi mill-Industrija tal-Unjoni u minn sorsi alternattivi ta' provvista billi jerġgħu jistabbilixxu l-kompetizzjoni b'kundizzjonijiet ugwali filwaqt li jżommu il-provvista ta' importazzjonijiet mir-RPĊ bi prezzijiet ġusti.
(754) Barra minn hekk, il-livell tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, il-possibbiltà li jiġu kkonvertiti faċilment il-linji ta' produzzjoni eżistenti għal roti tradizzjonali għal roti elettriċi, u l-ħeffa li biha l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tespandi l-kapaċità ta' produzzjoni tagħha bejn l-2014 u l-2016 f'kuntest avverż jindikaw li hija għandha l-potenzjal, ir-riżorsi u l-ħiliet biex taġġusta għan-nuqqasijiet potenzjali fil-provvista.
(755) Il-Kummissjoni terġa' issostni li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq roti konvenzjonali ma naqqsitx l-għażla tal-konsumaturi, iżda żiedet id-diversità tal-fornituri u tal-pajjiżi ta' oriġini tagħhom. L-istess żvilupp fis-suq huwa mistenni fil-każ ta' roti elettriċi.
(756) Fir-rigward tal-impatt tal-miżuri fuq il-prezzijiet, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessi (748) u (749) u b'mod partikolari għall-fatt li l-interess tal-konsumatur ma jistax jiġi limitat għall-impatt tal-prezzijiet billi l-importazzjonijiet mir-RPĊ jinġiebu għal livelli mhux dannużi.
L-interess ta' partijiet oħrajn
(757) Fl-aħħar nett, it-Trade Union Ewropea industriAll ressqet tħassib dwar l-impatt negattiv tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' sussidjar fuq l-istat tal-Industrija tal-Unjoni, kif ukoll appoġġat il-miżuri għall-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi u ta' impjieg kontinwu b'saħħtu fl-Unjoni.
Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(758) Fil-qosor, l-ebda argument ippreżentat mill-partijiet interessati ma juri li hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.
(759) Kull effett negattiv fuq l-importaturi mhux relatati ma jistax jiġi kkunsidrat sproporzjonat u hu mmitigat mid-disponibbiltà tas-sorsi alternattivi tal-provvista, kemm minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni. L-effetti pożittivi tal-miżuri kumpensatorji fuq is-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, jegħlbu l-effett potenzjalment negattiv fuq il-gruppi ta' interess l-oħra.
MIŻURI KOMPENSATORJI DEFINITTIVI
(760) Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni dwar is-sussidjar, il-ħsara, ir-rabta ta' kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri kumpensatorji sabiex tiġi evitata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi sussidjati.
Il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu
(761) Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.
(762) Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' ikun raġonevolment miksub skont kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fl-assenza ta' importazzjonijiet issussidjati.
(763) Biex ikun jista' jiġi stabbilit dan il-profitt li jista' jintlaħaq b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni normali, il-Kummissjoni qieset il-profitti li saru fuq il-bejgħ lil klijenti mhux relatati, li jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu.
(764) Il-profitt fil-mira ġie stabbilit f'livell ta' 4,3 %, li huwa l-ogħla marġni medju ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produtturi tal-Unjoni kkampjunati ma kinux f'pożizzjoni li jipprovdu marġni ta' profitt għall-manifattura ta' roti elettriċi qabel l-2014.
(765) Wara d-divulgazzjoni, produttur esportatur wieħed iddikjara li l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex jiġi kkalkulat il-prezz mhux dannuż tal-produtturi tal-Unjoni kienet difettuża. Huwa sostna li bit-tnaqqis tal-qligħ medju matul il-perjodu tal-investigazzjoni u biż-żieda tal-profitt fil-mira, il-Kummissjoni injorat il-livelli tal-profitt differenti miksuba mill-produtturi tal-Unjoni għal mudelli differenti. Din il-parti interessata sostniet li l-prezz mhux dannuż jenħtieġ li jiġi kkalkulat billi jitnaqqas l-profitt medju mill-prezzijiet reali għal kull PCN qabel ma jiġi miżjud il-profitt fil-mira.
(766) Il-Kummissjoni tfakkar li r-Regolament bażiku ma jipprovdi l-ebda metodoloġija speċifika biex jiġi kkalkolat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu. Barra minn hekk, id-determinazzjoni tal-Kummissjoni tikkonċerna l-prodott simili mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, huwa perfettament aċċettabbli li jitneħħa il-profitt medju tal-industrija tal-Unjoni mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħha sabiex jiġi ddeterminat il-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili u mbagħad jiġi miżjud il-profitt fil-mira biex jiġi kkalkolat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu. Il-Kummissjoni wżat b'mod konsistenti din il-metodoloġija fil-passat u għandha diskrezzjoni sinifikanti fit-twettiq ta' din il-valutazzjoni.
(767) F'din l-investigazzjoni, id-dannu huwa vvalutat għat-tipi kollha tal-prodotti fl-intier tagħhom. L-indikaturi kollha tad-dannu, inklużi l-profittabbiltà u l-profitt fil-mira huma espressi bħala medja għat-tipi ta' prodotti kollha tal-prodott ikkonċernat. Meta jiġi stabbilit il-prezz mhux dannuż, dan isir bil-ħsieb li jitneħħa d-dannu mill-industrija tal-Unjoni kkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati fl-intier tagħhom. Sabiex jitneħħa dan id-dannu, huwa biżżejjed jekk il-prezz mhux dannuż jiġi stabbilit billi jiġi miżjud b'mod uniformi l-prezz tal-bejgħ tat-tipi kollha tal-prodotti bid-differenza bejn il-profitt effettiv matul il-perjodu ta' investigazzjoni u l-profitt fil-mira, u b'hekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista' tikseb il-profitt fil-mira. Mhuwiex meħtieġ li tiġi vvalutata individwalment is-sitwazzjoni tal-profitabbiltà għal kull tip ta' prodott individwali.
(768) Wara d-divulgazzjoni, l-ilmentatur ma qabilx mal-profitt fil-mira wżat mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-prezz mhux dannuż. Huwa sostna li l-profitt fil-mira jenħtieġ li ma jkunx il-profitt medju mill-industrija tal-Unjoni iżda l-profitt medju mill-kumpaniji li ma ġarrbux dannu minn importazzjonijiet Ċiniżi fl-2015. L-ilmentatur argumenta li billi l-profitt fil-mira hu profitt raġonevoli li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jiksbu fin-nuqqas ta' dannu kkawżat minn importazzjonijiet sussidjati, il-Kummissjoni ma setgħetx bħala regola tieħu bħala punt ta' referenza il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li diġà ġarrbu dannu materjali mill-importazzjonijiet sussidjati. Bħala alternattiva, l-ilmentatur issottometta li l-profitt fil-mira ma jistax jiġi ddeterminat b'referenza għall-profitt fil-mira ta' roti tradizzjonali (8 %) aġġustat 'l fuq b'1,5 % biex jirrifletti t-teknoloġija addizzjonali, il-valur miżjud ogħla u rekwiżiti addizzjonali ta' investiment. L-ilmentatur sostna li, f'każijiet oħra, il-Kummissjoni ma mxietx mal-metodoloġija standard tagħha biex tistabbilixxi l-profitt fil-mira b'referenza għaċ-ċirkostanzi rilevanti.
(769) Il-Kummissjoni tfakkar li l-profitt fil-mira huwa l-profitt li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi tista' tikseb fl-assenza ta' sussidjar dannuż. Bħala konsegwenza, dan ma jistax jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-qligħ magħmul minn numru magħżul ta' produtturi tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-argument kellu jiġi miċħud. Rigward it-talba alternattiva (il-profitt fil-mira wżat fl-investigazzjoni dwar roti tradizzjonali aġġustat 'il fuq), il-Kummissjoni tfakkar li kull investigazzjoni hija mwettqa fuq il-bażi tal-fatti speċifiċi tal-każ dwar il-prodott ikkonċernat u mhux fuq il-fatti stabbiliti fl-investigazzjonijiet li jikkonċernaw prodotti oħra. F'dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni kkonfermat li l-profitt fil-mira wżat kien xieraq u li ma kien hemm ebda raġuni għaliha li tirrikorri għal profitt fil-mira ta' prodott ieħor. Għalhekk, it-talba kellha tiġi miċħuda.
(770) Imbagħad, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni medju ponderat tal-produtturi esportaturi kooperattivi kkampjunati fir-RPĊ, aġġustat kif xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji doganali, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mingħajr dannu medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju pponderat tal-importazzjoni.
(771) Barra minn hekk, għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jbiegħu biss roti elettriċi mingħajr marka, il-livell ta' eliminazzjoni ta' dannu ġie ddeterminat bi tnaqqis ta' 2,3 % tal-prezzijiet mhux dannużi tal-industrija tal-Unjoni. Dan l-aġġustament jikkorrispondi għall-proporzjon ta' RuD u l-kostijiet ta' disinn identifikati fil-kontijiet tal-produtturi tal-unjoni kkampjunati u vverifikati u jirrifletti li dawn il-kostijiet huma ġġenerati fl-operazzjonijiet tal-importaturi bl-isem tad-ditta. Il-livell ta' eliminazzjoni ta' dannu ġie aġġustat kif xieraq, li wassal għal tnaqqis ta' 3 % - 5 % tal-marġni tad-dannu. L-imsemmi aġġustament kien suġġett għal talba minn Giant wara d-divulgazzjoni finali. Din it-talba ġiet aċċettata u t-tnaqqis li rriżulta mill-marġni ta' bejgħ bil-prezz imwaqqa' kien żvelat mingħajr l-ebda kumment ulterjuri.
(772) Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għal kumpaniji kooperattivi oħra u għall-kumpaniji l-oħrajn kollha huwa definit bl-istess mod bħall-ammont ta' sussidjar għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi minn (577) sa (579)).
Miżuri definittivi
(773) Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq, dazju kompensatorju definittiv jenħtieġ li jiġi impost f'livell suffiċjenti sabiex jelimina d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati mingħajr ma jaqbeż l-ammont ta' sussidjar li nstab.
(774) Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, id-dazju tal-kumpaniji l-oħrajn kollha ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju li jiġi impost fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Id-dazju għall-kumpaniji l-oħra kollha se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kinux ikkooperaw fl-investigazzjoni.
(775) Għall-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun, elenkati fl-Anness, ir-rata tad-dazju definittiv hija stabbilita fil-medja ponderata tar-rati stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li huma inklużi fil-kampjun.
(776) Tabella 25 Dazju Kompensatorju Definittiv
Konsegwentement, ir-rati tad-dazju kompensatorju proposti huma kif ġej: L-ammont ta' Sussidjar Il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu Ir-rata tad-dazju kompensatorju Bodo Vehicle Group Co., Ltd 15,1 % 73,4 % 15,1 % Giant Electric Vehicle Co., Ltd 3,9 % 24,6 % 3,9 % Jinhua Vision Industry Co., Ltd u Yongkang Hulong Electric Vehicle Co., Ltd 8,5 % 18,8 % 8,5 % Suzhou Rununion Motivity Co., Ltd 17,2 % 79,3 % 17,2 % Yadea Technology Group Co., Ltd 10,7 % 62,9 % 10,7 % Kumpaniji li kkooperaw mhux fil-kampjun 9,2 % 33,5 % 9,2 % Il-kumpaniji l-oħrajn kollha 17,2 % 79,3 % 17,2 %
(777) Ir-rata ta' dazju kompensatorju ta' kumpanija individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġiet stabbilità fuq il-bażi tas-sejbiet ta' dawn l-investigazzjonijiet. Għalhekk, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul dawn l-investigazzjonijiet fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. Għalhekk din ir-rata tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli għall-pajjiż sħiħ għall-kumpaniji l-oħrajn kollha) hija applikabbli b'mod esklussiv għal importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpanija msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
(778) Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni tar-rata ta' dazju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(779) Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju kompensatorju, il-livell tad-dazju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li ma jkunx japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda anki għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.
(780) Fid-dawl tal-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa xieraq li jiġi pprovdut għall-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħalla f'każ ta' rimborż ta' dazji definittivi, għax id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali ma jipprovdux għal din ir-rata tal-imgħax, u l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali twassal għal distorsjonijiet mhux dovuti bejn l-operaturi ekonomiċi skont liema Stat Membru jintgħażel għall-iżdoganar tal-merkanzija.
REĠISTRAZZJONI U RETROATTIVITÀ
(781) Kif imsemmi fil-premessa (21) hawn fuq, fit-3 ta' Mejju 2018 il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/671 (ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni) li jagħmel l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi mir-RPĊ suġġetti għal reġistrazzjoni mill-4 ta' Mejju 2018 'il quddiem.
(782) Fit-18 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni 2018/1012 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mir-RPĊ (ir-Regolament antidumping) f'investigazzjoni li kienet bdiet fl-20 ta' Ottubru 2017.
(783) Mit-18 ta' Lulju 2018, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-fini ta' protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping intemmet permezz tar-Regolament antidumping. F'dak li għandu x'jaqsam ma' din l-investigazzjoni antisussidji u fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-fini tal-investigazzjoni antisussidji b'konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku jenħtieġ li tintemm ukoll.
(784) F'dan il-każ, ma ġiet applikata l-ebda miżura kompensatorja provviżorja. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li d-dazju kompensatorju definittiv ma għandux ikun impost b'mod retroattiv.
OFFERTI GĦAL IMPENN FUQ IL-PREZZ
(785) Wara d-divulgazzjoni produttur esportatur Ċiniż wieħed, Wettsen Corporation, ippreżenta offerta għal impenn fuq il-prezz.
(786) Wettsen Corporation ma kinitx inkluża fil-kampjun, u minkejja li kienet talbet eżami individwali, dik it-talba flimkien ma' kull talba oħra għal eżami individwali kienet miċħuda.
(787) L-offerta ta' impenn fuq il-prezz ġiet miċħuda għal għadd ta' raġunijiet, li ġie kkomunikat lil Wettsen Corporation f'ittra separata. Ir-raġunijiet kienu kif ġej:
l-ewwel, Wettsen Corporation għandha parti relatata barra r-RPĊ li timmanifattura wkoll roti elettriċi;
it-tieni nett, l-offerta ta' impenn fuq il-prezz iffissat il-Prezz Minimu tal-Importazzjoni (PMI) biss għal tliet tipi ewlenin ta' roti elettriċi li ma kinux ikopru t-tipi kollha esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni; u
t-tielet nett, billi l-PMI propost għal kull tip kien medja tal-prezzijiet tal-bejgħ fi ħdan dak it-tip, dan kien jippermetti l-bejgħ ta' roti elettriċi bi prezz ogħla bi prezzijiet dannużi minn Wettsen Corporation filwaqt li kienu jidhru li kienu konformi mal-PMI.
DIVULGAZZJONI
(788) Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti essenzali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta' dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-RPĊ.
(789) Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċikli, b'assistenza ta' pedali, b'mutur elettriku awżiljarju, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 87116010 u ex87116090 (kodiċi TARIC 8711609010).
2. Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel għandha tkun kif ġej: Pajjiż Kumpanija Dazju kompensatorju definittiv Il-kodiċi TARIC addizzjonali Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Bodo Vehicle Group Co., Ltd 15,1 % C382 Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co., Ltd 3,9 % C383 Jinhua Vision Industry Co., Ltd u Yongkang Hulong Electric Vehicle Co., Ltd 8,5 % C384 Suzhou Rununion Motivity Co., Ltd 17,2 % C385 Yadea Technology Group Co., Ltd 10,7 % C463 Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I 9,2 % Ara l-Anness I Kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni antisussidji, iżda li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping parallela elenkata fl-Anness II 17,2 % Ara l-Anness II Il-kumpaniji l-oħrajn kollha 17,2 % C999
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju kompensatorju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tinkludi dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu / isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li (volum) r-roti elettriċi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew immanifatturati minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija kompluta u korretta. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tiġi ppreżentata, ir-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha għandha tapplika.
4. Sakemm ma jiġix speċifikat b'mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jirrigwardaw id-dazji doganali għandhom japplikaw. L-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt ta' ħlas ta' imgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, miżjuda b'punt perċentwali wieħed.
Artikolu 2 Ir-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet li tirriżulta mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/671 li jagħmel importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni għandha tkun imwaqqfa. L-ebda dazju kompensatorju definittiv ma għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet irreġistrati.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Jannar 2019. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS I
Isem Il-Kumpanija Provinċja Kodiċi TARIC addizzjonali Acetrikes Bicycles (Taicang) Co., Ltd. Jiangsu C386 Active Cycles Co., Ltd. Jiangsu C387 Aigeni Technology Co., Ltd. Jiangsu C388 Alco Electronics (Dongguan) Limited Guangdong C390 Changzhou Airwheel Technology Co., Ltd. Jiangsu C392 Changzhou Bisek Cycle Co., Ltd. Jiangsu C393 Changzhou Fujiang Vehicle Co., Ltd. Jiangsu C484 Changzhou Rich Vehicle Technology Co. Ltd. Jiangsu C395 Changzhou Steamoon Intelligent Technology Co. Ltd. Jiangsu C398 Changzhou Sobowo Vehicle Co., Ltd. Jiangsu C397 Cycleman E-Vehicle Co., Ltd Jiangsu C400 Dongguan Benling Vehicle Technology Co. Ltd Guangdong C401 Dongguan Honglin Industrial Co. Ltd Guangdong C402 Easy Electricity Technology Co., Ltd. Hebei C451 Foshan Lano Bike Co., Ltd. Guangdong C405 Foshan Zenith Sports Co., Ltd. Guangdong C406 Guangzhou Symbol Bicycle Co., Ltd. Guangdong C410 Hangzhou Fanzhou Technology Co., Ltd. Zhejiang C411 Jiangsu Imi Electric Vehicle Technology Co., Ltd. Jiangsu C415 Jiangsu Lvneng Electrical Bicycle Technology Co., Ltd. Jiangsu C416 Jiangsu Stareyes Bicycle Industrial Co., Ltd. Jiangsu C417 Jiaxing Onway Ev Tech Co., Ltd. Zhejiang C418 Jinhua Enjoycare Motive Technology Co., Ltd. Zhejiang C419 Jinhua Feirui Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C420 Jinhua Jobo Technology Co., Ltd. Zhejiang C421 Jinhua Lvbao Vehicles Co. Ltd Zhejiang C486 Jinhua Suntide Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C422 Jinhua Zodin E-Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C424 Kenstone Metal (Kunshan) Co., Ltd. Jiangsu C425 Komda Industrial (Dongguan) Co., Ltd. Guangdong C426 Kunshan Sevenone Cycle Co., Ltd. Jiangsu C427 Melton Industrial (Dong Guan) Co., Ltd Guangdong C402 Nantong Tianyuan Automatic Vehicle Co., Ltd. Jiangsu C429 Ningbo Bestar Co., Ltd. Zhejiang C430 Ningbo Lvkang Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C431 Ningbo Nanyang Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C432 Ningbo Oner Bike Co., Ltd. Zhejiang C433 Ningbo Roadsan New Energy Technology Co., Ltd. Zhejiang C435 Ningbo Zixin Bicycle Industry Co., Ltd. Zhejiang C437 Pronordic E-Bikes Limited Company Jiangsu C438 Shenzhen Shenling Car Co., Ltd. Guangdong C442 Sino Lithium (Suzhou) Electric Technology Co., Ltd. Jiangsu C443 Skyland Sport Tech Co., Ltd. Tianjin C444 Suzhou Guoxin Group Fengyuan Imp & Exp. Co., Ltd. Jiangsu C446 Suzhou Leisger Vehicle Co. Ltd Jiangsu C487 Tianjin Luodeshengda Bicycle Co., Ltd. Tianjin C449 Tianjin Upland Bicycle Co., Ltd. Tianjin C450 Ubchoice Co., Ltd. Guangdong C452 Wettsen Corporation Shandong C454 Wuxi Shengda Bicycles Co., Ltd and Wuxi Shengda Vehicle Technology Co.,Ltd Jiangsu C458 Wuxi United Mobility Technology Inc Jiangsu C459 Xiangjin (Tianjin) Cycle Co., Ltd. Tianjin C462 Yong Qi (China) Bicycles Industrial Corp Jiangsu C464 Yongkang Juxiang Vehicle Co, Ltd. Zhejiang C466 Yongkang Lohas Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C467 Yongkang Mars Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C468 Zhejiang Apollo Motorcycle Manufacturer Co., Ltd. Zhejiang C469 Zhejiang Baoguilai Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C470 Zhejiang Goccia Electric Technology Co., Ltd. Zhejiang C472 Zhejiang Hangpai Electric Vehicle Co. Ltd Zhejiang C488 Zhejiang Jsl Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C473 Zhejiang Kaiyi New Material Technology Co., Ltd. Zhejiang C474 Zhejiang Lianmei Industrial Co., Ltd. Zhejiang C475 Zhejiang Tuer Vehicle Industry Co., Ltd. Zhejiang C477 Zhejiang Xingyue Electric Vehicle Co., Ltd., Zhejiang Xingyue Overfly Electric Vehicle Co., Ltd. u Zhejiang Xingyue Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C478 Zhongxin Power (Tianjin) Bicycle Co., Ltd. Tianjin C480
ANNESS II
Isem Il-Kumpanija Provinċja Kodiċi TARIC addizzjonali Aima Technology Group Co., Ltd. Tianjin C389 Beijing Tsinova Technology Co., Ltd. Beijing C391 Changzhou Hj Pedal Co., Ltd. Jiangsu C394 Changzhou Ristar Cycle Co., Ltd Jiangsu C396 Cutting Edge Power Vehicle Int'l TJ Co., Ltd. Tianjin C399 Eco International Elebike Co., Ltd. Jiangsu C403 Everestt International Industries Ltd. Jiangsu C404 Geoby Advance Technology Co., Ltd. Jiangsu C407 Guangdong Commercial Trading Imp. & Exp. Corp., Ltd. Guangdong C408 Guangdong Shunde Junhao Technology Development Co., Ltd. Guangdong C409 Hangzhou Morakot E-Bike Manufacture Co., Ltd. Zhejiang C412 Hangzhou TOP Mechanical And Electrical Technology, Co. Ltd. Zhejiang C413 Hua Chin Bicycle & Fitness (H.Z.) Co., Ltd. Guangdong C414 Jinhua Yifei Electric Science And Technology Co., Ltd. Zhejiang C423 Nanjing Jincheng Machinery Co., Ltd. Jiangsu C428 Ningbo Pugonying Vehicle Technology Co., Ltd. Zhejiang C434 Ningbo Shenchima Vehicle Industry Co., Ltd. Zhejiang C436 Shandong Eco Friendly Technology Co., Ltd. Shandong C439 Shanghai Promising Int'l Trade & Logistics Co., Ltd. Shanghai C440 Shenzhen SanDin Cycle Co., Ltd. Guangdong C441 Suzhou Dynavolt Intelligent Vehicle Technology Co., Ltd. Jiangsu C445 Suzhou Joydeer E-Bicycle Co., Ltd Jiangsu C447 Taioku Manufacturing (Jiangsu) Co., Ltd. Jiangsu C448 Universal Cycle Corporation (Guang Zhou) Guangdong C453 Wuxi Bashan E-Vehicle Co., Ltd. Jiangsu C455 Wuxi Merry Ebike Co., Ltd. Jiangsu C456 Wuxi METUO Vehicle Co., Ltd. Jiangsu C457 Wuyi Simino Industry & Trade Co., Ltd. Zhejiang C460 Wuyi Yuema Leisure Articles Co., Ltd. Zhejiang C461 Yongkang Aijiu Industry & Trade Co., Ltd. Zhejiang C465 Zhejiang Enze Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C471 Zhejiang Luyuan Electric Vehicle Co., Ltd. Zhejiang C476 Zhongshan Qiangli Electronics Factory Guangdong C479