Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/871 tas-26 ta' Marzu 2019 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2018 (notifikata bid-dokument C(2019) 2357) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/871@2019-03-26/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, u b'mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-Korpi ta' Ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament qabel il-31 ta' Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja kkonċernata.
(2) F'konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta' Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2018, jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mir-Renju Unit bejn is-16 ta' Ottubru 2017 u l-15 ta' Ottubru 2018, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014.
(3) Billi r-Renju Unit diġà kkomunika l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa lill-Kummissjoni, huwa xieraq li jipproċedi għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet rilevanti skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
(4) L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew li jistgħu jitħallsu lilu, skont id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta' dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti billi l-pagamenti ta' kull xahar imħallsa għas-sena finanzjarja kkonċernata jitnaqqsu mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont l-Artikolu 33(1).
(5) Wara t-trażmissjoni tal-informazzjoni mir-Renju Unit, u wara l-kontrolli u l-emendi kollha meħtieġa, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti li ġejjin: Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs, The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate, Welsh Government u Rural Payments Agency fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG). Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni li tressqet mir-Renju Unit u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lir-Renju Unit qabel id-data ta' adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, flimkien mal-emendi meħtieġa.
(6) Għal dawn l-aġenziji tal-pagamenti, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa.
(7) F'konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014, kull data ta' skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru trid titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata mir-Renju Unit matul dawk ix-xhur fl-2018 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tiffissa t-tnaqqis rilevanti.
(8) Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni diġà naqqset għadd ta' pagamenti ta' kull xahar relatati mar-Renju Unit għas-sena finanzjarja 2018 minħabba nuqqas ta' konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti. F'din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis dawn l-ammonti mnaqqsa sabiex tevita li jsiru xi pagamenti jew rimborżi mhux xierqa jew mhux f'waqthom, ta' ammonti li iktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja. Meta jkun xieraq, l-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati, skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
(9) Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat irid iħallas 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba' snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin f'każ li l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jirrikjedi li flimkien mal-kontijiet annwali li jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri jehmżu wkoll tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu minnhom skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri jridu jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba' snin jew għal iżjed minn tmien snin rispettivament, abbażi tat-tabelli li l-Istati Membri jkunu mlew.
(10) Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed biss jekk l-ispejjeż li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x'aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista' jsir minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin f'każ li l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru jenħtieġ li jitħallsu 100 % mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom ir-Renju Unit iddeċieda li ma jsegwix l-irkupru u l-bażi li fuqha jkun ħa d-deċiżjoni jinsabu fir-rapport ta' sinteżi msemmi fl-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 flimkien mal-punt (c)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 102(1) ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li t-tali ammonti ma jitħallsux mir-Renju Unit iżda jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni minflok.
(11) F'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs, The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate, Welsh Government u Rural Payments Agency huma b'dan approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), fir-rigward tas-sena finanzjarja 2018. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jistabbilixxi l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand ir-Renju Unit jew li jistgħu jitħallsu lilu skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu fil-futur skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2019. Għall-Kummissjoni Phil Hogan Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI SENA FINANZJARJA 2018 NB: Ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew jitħallas lilu
Nomenklatura 2019: 05 07 01 06, 6701, 6702 SM 2018 - Nefqa / Dħul Assenjat lill-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma Total ta' a + b Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha Ammont li jrid jiġġarrab skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 1306/2013 Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet Pagamenti li saru lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja Ammont li jrid jiġi rkuprat minn (-) jew imħallas lil (+) l-Istat Membru approvat diżassoċjat = nefqa/dħul assenjat iddikjarati fid-dikjarazzjoni annwali = total tan-nefqa/tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar a b c=a+b d e f=c+d+e g h=f-g UK GBP 0,00 0,00 0,00 0,00 – 81567,52 – 81567,52 0,00 – 81567,52 UK EUR 3134431581,76 0,00 3134431581,76 – 7568165,96 0,00 3126863415,80 3131942681,20 – 5079265,40 SM Nefqa Dħul assenjat Artikolu 54(2) (=e) Total (=h) 05 07 01 06 6701 6702 i j k l = i+j+k UK GBP 0,00 0,00 – 81567,52 – 81567,52 UK EUR 0,00 – 5079265,40 0,00 – 5079265,40