Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/967 tas-6 ta' Ġunju 2019 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2019/967@2019-06-06/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Lussemburgiż,
Billi:
(1) Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116, (UE) 2015/190 u (UE) 2015/994 li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-13 ta' Lulju 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1015, is-Sur Tom JUNGEN ġie sostitwit mis-Sur Jeff FELLER bħala membru supplenti.
(2) Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sinjura Sam TANSON u tas-Sur Jeff FELLER saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
Is-Sinjura Linda GAASSCH, conseillère communale de la Ville de Lussemburgu,
Is-Sinjura Carole HARTMANN, conseillère communale de la Ville d'Echternach.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019. Għall-Kunsill Il-President A. Birchall