Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1190 tal-11 ta’ Awwissu 2020 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/983 dwar il-proċedura għall-ħruġ ta’ Karta Professjonali Ewropea, u l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ twissija skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2020/1190@2020-08-11/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4a(7) tagħha,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/983, għall-istabbiliment u għall-għoti temporanju u okkażjonali ta’ servizzi skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/36/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti l-ewwel għandha tieħu waħda minn għadd ta’ deċiżjonijiet. Fosthom hemm deċiżjoni li testendi l-validità tal-Karta Professjonali Ewropea (KPE).
(2) Madankollu, l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/36/KE japplika biss għal sitwazzjonijiet fejn is-servizzi jridu jiġu pprovduti għall-ewwel darba. Għaldaqstant, fil-kuntest tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/983, deċiżjoni biex tiġi estiża l-validità tal-KPE mhijiex rilevanti.
(3) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/983 jiġi kkoreġut skont dan.
(4) Il-miżura prevista f’dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali msemmi fl-Artikolu 58(1) tad-Direttiva 2005/36/KE,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Fl-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/983, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 1
1. Għall-istabbiliment u għall-għoti temporanju u okkażjonali ta’ servizzi skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/36/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew tieħu d-deċiżjoni li toħroġ il-KPE, jew id-deċiżjoni li tirrifjuta li toħroġ il-KPE, jew id-deċiżjoni li tapplika miżuri ta’ kumpens skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4), jew skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2005/36/KE.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-11 ta’ Awwissu 2020. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen